Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 21 kultura@mediatoday.com.mt Dramm ta' Ebejer filKavallier ta' San Ġakbu GĦANDU missier ikun lest li jisfida d-destin u jitlef il-ferħ tiegħu biex ikun jista' jsalva l-ħajja ta' ibnu stess? Madwar 20 sena ilu Marcell (Stefan Farrugia) jikteb rumanz traġiku bl-isem ta' Bwani. Għoxrin sena wara, ibnu Victor (Jacob Piccinino) mingħajr ma jaf, qed jgħaddi mill-istess ġrajjiet li għadda minnhom Bwani fir-rumanz ta' missieru. Jekk Marcell ma jissilitx kontra d-destin ibnu ħa jispiċċa dalwaqt f 'ħalq il-mewt. Imma kemm hi ħafifa għal Marcell li jiġġieled kontra dak li hemm miktub għalih u kontra l-ġibdiet strambi, x'aktarx ta' natura sesswali, li ibnu stess għandu għalih? Francis Ebejer joħloq tensjoni kbira f 'dan itthriller drammatiku li Theatrencore għażel li jtella' biex jiċċelebra l-20 sena mill-mewt ta' Francis Ebejer. Taħt id-direzzjoni ta' Tyrone Grima u bilparteċipazzjoni ta' Mariella Aquilina, Sean Briffa u Nadine Genovese, Bwani huwa xogħol teatrali li jħallik b'nifsek maqtugħ u bil-biża' ta' dak li jista' jseħħ. Id-dramm se jittella' fil-Kavallier ta' San Ġakbu fil-11,12 u t-13 ta' Ottubru fit-8pm. Biljetti mitteatru fuq 2122 3200 jew online minn www.sjcav.org L-ewwel kunċert tal-istaġun mill-Istitut Kulturali Malti L-EWWEL kunċert tal-Istitut Kulturali Malti għall-istaġun 2013/2014 se jsir nhar il-Ħadd 13 ta' Ottubru fil-Le Meridien Hotel & Spa, San Ġiljan, fis7:00pm. Il-programm jinkludi diversi preżentazzjonijiet. Il-mezzo-soprano Marie Therese Vassallo u t-tenur George Saliba, flimkien malpjanista Elaine Mercieca, ser jippreżentaw programm ta' wħud mill-aktar kanzunetti klassiċi, siltiet mill-opri u dwetti l-aktar magħrufa. Il-programm tagħhom se jinkludi xogħlijiet ta' Tosti, Verdi, Lehàr, Romberg u ħafna aktar. Il-klarinettista Beatrix Calleja, akkumpanjata millpjanista Alexander Vella Gregory, se jdoqqu Moviment wieħed minn Sonata ta' Brahms u ieħor minn Sonatina ta' Arnold. Marie Therese Vassallo George Saliba Elaine Mercieca Il-Mary Jane Bellia Ballet School se tippreżenta programm ta' żfin, fosthom Les Patineurs ta' Meyerbeer, La Cumparsita ta' Rodriguez u siltiet minn Don Quixote ta' Minkus. Il-kunċert se jkun imżejjen ukoll b' wirja ta' ritratti millfotografu professjonali u lecturer tal-fotografija, Carmel H. Psaila. Il-kumitat tal-Istitut Kulturali Malti stieden lil xi artisti li jixtiequ jesibixxu x-xogħlijiet tagħhom matul dawn kunċerti biex jikkuntattjaw lid-Direttur fuq wieħed min-numri tat-telefon hawn taħt, jew bl-email. Bħas-soltu, fil-kunċerti tal-Istitut Kulturali Malti kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa bla ħlas iżda donazzjonijiet lejn il-fondi ta' l-MCI, biex wieħed jgħinhom ikopru wħud mill-ispejjeż tal-lejla, huma apprezzati ħafna. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb fuq 21338923 jew Carmel H. Psaila 99800409 jew b'email lil maltacultinst@yahoo.com