Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

Pjazzeta 22 illum | Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 L-awtur u poeta Charles B. Spiteri fil-Mosta It-Tabib Sandy, figura politika fi żmien Borg Olivier Bijografija ta' Alexander Cachia Zammit KITE Publishers fil-ġimgħat li ġejjin se tippubblika l-ktieb It-Tabib Sandy, Bijografija ta' Alexander Cachia Zammit (1924) miktuba minn Sergio Grech. Cachia Zammit kellu karriera politika interessanti. Kien figura importanti filkabinetti ta' Borg Olivier u ta sehmu biex Malta tikseb l-indipendenza u b'hekk il-pajjiż seta' jimxi għal stat sovran minn stat kolonjali mingħajr wisq terremoti. Il-bijografija kif il-qarrejja se jistennew tippreżenta lil Sandy il-politiku imma wkoll lati oħrajn ta' Cachia Zammit li ftit nies jafuhom. Se ngħixu ma' Sandy itTieni Gwerra Dinjija meta kien jispara l-kanuni kontra l-għadu u naraw lil Sandy attiv fil-qasam tal-volontarjat u fil-kamp reliġjuż kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell nazzjonali. Dan kollu kien influwenza diretta tal-familjari tiegħu li kien jemmnu fil-karità. Sandy fost l-oħrajn hu mħallat ma' Alfons Maria Galea li hu magħruf għall-ġesti filantropiċi tiegħu li ma qatgħu qatt. Kapitlu ieħor jagħti ħarsa lejn il-kisbiet li l-Għaqda Mużikali Beland għamlet taħt il-presidenza ta' Sandy. Bejn Sandy u l-Beland hemm relazzjoni intima. Biss biss Cachia Zammit ilu 54 sena President ta' waħda millewwel baned Maltin. Dan barra ż-żmien twil li qatta' missieru fl-istess kariga ta' President tal-istess soċjetà. Wieħed mill-kapitli l-iktar interessanti f 'din il-bijografija huwa dwar iżżmien li Sandy qatta' bħala ambaxxatur għall-Vatikan li matulu kien ġie Malta l-Papa Ġwanni Pawlu II u kien hemm ukoll diversi żviluppi bejn Malta u l-Vatikan. F'din il-bijografija Grech ma jonqosx li juża dokumentazzjoni ġdida li qatt ma ntużat qabel u ma jonqsux xrariet ta' interpretazzjonijiet kontroversjali. Parti mid- dokumentazzjoni ta' dan il-ktieb inbniet fuq serje ta' laqgħat bejn Grech u Cachia Zammit fejn flimkien analizzaw u iddistillaw ħajjet il-politiku u l-istorja tannazzjon Malti. Il-qarrejja prospettivi ta' dan il-ktieb jekk jixtiequ jistgħu wkoll ikollhom sehem dirett f 'dan il-ktieb billi jitniżżel isimhom fitTabula Gratulatoria biex jaqsmu l-ferħ tagħhom mal-awtur għal din ilpubblikazzjoni. Iktar informazzjoni tista' tinkiseb minn info@kitegroup.com. mt. Reġistrazzjonijiet jagħlqu fil-11 ta' Ottubru 2013. Sergio Grech hu gradwat fl-Istorja ta' Malta u kien l-ewwel Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Din hija t-tieni bijografija ta' Sergio Grech. Fis-sena 2004, Grech ippubblika l-bijografija talKapuċċin Feliċjan Bilocca. Is-sena li għaddiet editja l-ktieb Duminku Mintoff Bejn Storja u Miti. Charles B. Spiteri bil-ktieb tiegħu Tifkiriet u Xogħol tal-Imgħoddi IL-ĠURNALISTA, awtur, xandar u poeta Charles B. Spiteri se jkun il-mistieden li jmiss fis-sensiela ta' laqgħat li jsiru mal-awturi millGħaqda Filantropika Talent Mosti, nhar il-Ġimgħa 11 ta' Ottubru, fis-7pm. Charles B. Spiteri beda l-karriera ġurnalistika tiegħu fl-1969 bħala proofreader u aktar tard bħala Features Sub Editor ma' The Allied Malta Newspapers Ltd. Minn hemm daħal ma' Il-Ħajja bħala ġurnalist tal-Qorti u aktar tard sar maniġer għadDipartiment tar-Reklami. Aktar tard insibuh bħala Sub Night Editor mal-Istamperija Nazzjonali, fejn baqa' jokkupa diversi karigi fuq il-ġurnal In-Nazzjon u Il-Mument sa ma rtira. Tul din il-karriera kiteb diversi artikli, il-ktieb Tifkiriet tal-Imgħoddi, li kellu suċċess massiċċ u anki poeżiji. Hu jqis lilu nnifsu bħala l-uniku poeta, li mill- poeżija daħħal il-flus. Mal-introduzzjoni ta' Radio 101, Charles B. intalab jaqra r-rumanzi fuq l-istess stazzjon minn Richard Muscat, li kien id-direttur tal-istazzjon. Dan ix-xogħol wettqu għal 20 sena sħaħ u kiseb post meritevoli fost il-qarrejja tarradjijiet. Kien ukoll produttur ta' diversi sensiliet, bħal MadDaqq tas-Sirena; Mis-Swar 'il Ġewwa; Timbri Maltin u oħrajn. Bħalissa ntefa' fuq l-addattamenti ta' rumanzi Maltin antiki u s'issa, permezz tad-Dar Editriċi BDL, ħareġ mill-ġdid għall-ixkaffi tallibreriji, r-rumanzi Il-Misterji tal-Wardija u Katina Eterna. Fil-futur qrib se jkun ukoll għall-bejgħ, ir-rumanz ċelebri Indri s-Sajjied Malti – rumanz mimli intriċċi bi tmiem mhux tas-soltu. Charles għandu wkoll paġna regolari fil-gazzetta KullĦadd. Għoqda fl-Istonku tiftaħ l-istaġun teatrali fl-Istitut Kattoliku IL-KUMPANIJA Teatru Rjal tiftaħ l-istaġun teatrali fl-Istitut Kattoliku nhar is-Sibt li ġej, it-12 Ottubru fis-7pm u l-Ħadd 13 fis-6pm bil-kummiedja Lino Grech Għoqda Fuq l-Istonku. Jieħdu sehem is-Snits, Simon Curmi, Anthony Ellul, Ray Abdilla, Rina Camilleri, Bernice Darmanin, Tania Bartolo, Mario Camilleri, Franky Borg u Alan Falzon fost oħrajn b'direzzjoni ta' Anthony Ellul u bi produzzjoni ta' Pawlu Testa. Tonina u ħuha Manwel joqogħdu ma' Helena, bint Il-karattri f'Għoqda fuq l-Istonku mill-Kumpanija Teatru Rjal Tonina, u żewġha Philip flimkien mat-tliet uliedhom. L-argumenti bejn Helena u Philip dwar jekk għandhomx jakkomodaw studenti barranin f 'darhom iwaqqa' fuq Philip is-suspetti ta' Stella, il-ġara tagħhom, li ddaħħalha f 'rasha li Philip irid joqtol lil martu. Stella tqabbad lil ħuha Mikele, li miskin ilu jissaportiha, biex iċempel lill-Pulizija u dawn bi żball jarrestaw lil Manwel bla ħtija. Tonina twissi lil bintha Helena dwar żewġha għax mhux qed tieħu gost tarah idur mal-istudenti. Meta Tonina u Manwel jirċievu ittra mingħand persuna biex imorru l-Buskett għax jixtieq iroddilhom lura xi ħaġa li mhix tiegħu, dawn jiddeċiedu li jmorru. Dakinhar Helena tibqa' waħedha d-dar u jiġi jżurha Robert, l-eks-maħbub tagħha. Is-sitwazzjonijiet li jiltaqgħu magħhom... Il-booking jinsab miftuħ mill-Booking Office u Bar tal-Istitut Kattoliku, Carmen Azzopardi, Tereża Bazaar u Pawlu Testa Travel (21223340 / 27223340). Wieħed jista' jibbukkja wkoll fuq www. istitutkattoliku.com jew www.kumpanijateatrurjal.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013