Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

24 illum | Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 Kummerċjali u Klassifikati Aktar vantaġġi mal-Home Pack ta' GO GO issa estendiet il-vantaġġi popolari tal-Limitless għallHome Pack. Il-pakketti ta' GO ferm popolari u li l-aktar jinbiegħu issa ġew miżjuda b'aktar benefiċċji Limitless minn qatt qabel. Abbonati tal-Limitless Home Pack issa jkunu jistgħu jgawdu minn għażla vasta ta' stazzjonijiet tat-TV bl-aqwa kwalità ta' stampa, jirrilassaw b'telefonati bla limitu mid-dar tagħhom, jisserfjaw l-internet fil-kumdità b' dawnlowds tal-internet bla limitu u jibbenefikaw billi jiffrankaw ħafna fuq tariffi tal-mowbajl għall-familja kollha. Klijenti jridu sempliċiment jiskopru l-pakkett li l-aktar jgħodd għalihom. Meta jiffirmaw issa għal ftehim ta' sentejn klijenti jibbenefikaw minn internet ta' veloċità għolja b'xejn għal tliet xhur, 2 sett-top boxes b'xejn, installazzjoni b'xejn, modem tal-internet b'xejn u servizz tal-customer care 24 x 7 ukoll b'xejn. Limitless Home Pack Silver Interactive joffri aktar minn 70 stazzjon tat-TV bl-aqwa kwalità ta' stampa, internet bla limitu b'veloċitajiet ogħla ta' dawnlowds bla limitu kif ukoll telefonati bla limitu lejn il-linji tat-telefon kollha ta' GO – aktar minn 160,000 linji tat-telefon madwar Malta. Limitless Home Pack Silver Interactive jinkludi l-karatteristiċi uniċi tal-GO TV Interactive. Restart li jieħu lit-telespettatur lura għall-bidu ta' kwalunkwe programm, Catch Up li permezz tiegħu t-telespettatur ikollu aċċess għal firxa wiesgħa ta' programmi mill-arkivju on demand ta' GO. Pause, rewind u record – li jippermettu lit-telespettaturi jikkontrollaw kif jixtiequ l-programmi li jaraw. Dan kollu qed jiġi offrut għal €38 fix-xahar biss. Barra minn hekk, il-klijenti jistgħu jibbenefikaw billi jiffrankaw ħafna fuq mowbajl b'roħs ġeneruż ta' kull xahar fuq it-tariffi tal-Limitless35, Limitless60 u Limitless99. It-telefonati bil-mowbajl b'xejn tant popolari ta' GO issa ġew estiżi għal-Limitless Home Pack – il-klijenti tal-Home Pack jistgħu jibbenefikaw minn sa 400 minutia b'xejn lejn sa erba' klijenti GO mobile. Klijenti jistgħu jagħżlu minn erba' pakketti bi prezzijiet aċċessibbli għall-familja kollha. Limitless Home Pack Silver jinkiseb għall-prezz ta' €33 kull xahar, Limitless Home Pack Gold jiswa €43 kull xahar filwaqt li l-prezz ta' Limitless Home Pack Silver Interactive huwa ta' €38 fix-xahar u dak tal-Limitless Home Pack Gold Interactive huwa ta' €48 fixxahar. Il-Limitless Home Pack Gold Interactive għandu 'l fuq minn 100 stazzjon tat-TV bi stampa ta' kwalità inkredibbli. Il-Limitless Home Packs kollha huma disponibbli bis-servizz ta' e-billing ta' GO u permezz tal-ħlas ta' debitu dirett bħala standard. Klijenti tal-Limitless Home Pack ikollhom għażla sħiħa ta' add-ons li jistgħu iżidu mas-servizz tat-TV inkluż l-HD add-on għall-prezz ta' €4.99 biss fix-xahar. HD huwa rakkomandat ħafna għal klijenti li huma abbonati tal-pakketti tal-Home Pack Interactive biex b'hekk itejbu l-esperjenza tagħhom tat-TV bi kwalità ta' stampa u Dolby surround sound eċċezzjonali. Għal €6.99 kull xahar GO Stars juri bosta serje popolari bħal Downton Abbey, Mrs Brown's Boys, Big Bang Theory, u films Premier kull xahar. L-azzjoni kollu tal-isports huwa disponibbli esklussivament fuq GO Sports għal €14.99 biss fix-xahar bis-servizz ta' HD b'xejn meta jintgħażel l-pakkett tal-Home Pack Interactive. Is-supporters tal-futbol ikollhom l-opportunità biex jaraw l-aħjar futbol Ewropew inklużi l-UEFA Champions League, is-Serie A Taljan, ilPremier League Ingliż, il-Ligue 1 Franċiż u aktar avvenimenti sportivi bħal tennis, tlielaq taż-żwiemel, rugby, Formula 1, boxing u golf. Hemm tliet Limitless addons disponibbli mas-servizz tat-telefon: telefonati bla limitu lejn il-linji kollha lokali għal €3 fix-xahar – servizz li jingħata b'xejn maż-żewġ pakketti Gold – telefonati bla limitu lejn il-linji kollha GO mobile għal €5 fixxahar u telefonati bla limitu lejn linji tat-telefon internazzjonali (UE, l-Amerika, il-Kanada u l-Awstralja) għal €8 fix-xahar. Bħala offerta introduttorja, il-Limitless Home Pack huwa disponibbli bi 3 xhur ta' internet b'veloċità għolja ta' 35Mbps – fejn applikabbli. Wara li t-tliet xhur ta' servizz b'xejn jiskadi, is-servizz tal-internet ta' 35Mbps jista' jinżamm bir-rata mnaqqsa ta' €6 kull xahar. Internet b'veloċitajiet ta' 75Mbps u 200Mbps huma wkoll disponibbli f 'ċerti postijiet permezz ta' add-ons ta' internet b'veloċità għolja ħafna. Għal aktar informazzjoni dwar il-Limitless Home Pack jew biex ikunu jistgħu jabbonaw, klijenti huma mistiedna jaslu wasla sa wieħed mill-ħwienet ta' GO jew ir-resellers esklussivi f 'Malta u Għawdex, iċemplu Freephone 80072121 jew iżuru www.go.com.mt. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. GasanMamo tappoġġja lill-impjegati f'inizjattivi soċjali GasanMamo tfittex li jkollha rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-komunità li ngħixu fiha. Bħala parti mill-impenn tagħha lejn ir-Responsabbiltà Soċjali u Korporattiva, GasanMamo għandha skema ta' volontarjat għallimpjegati biex tappoġġjahom, tinkoraġġihom u tgħinhom jiżviluppaw l-involviment tagħhom f 'numru ta' attivitajiet soċjali. "Għalina l-volontarjat huwa mpenn ta' ħin u enerġija għall-benefiċċju tal-komunità, l-ambjent u individwi," qal Julian Mamo, Direttur Maniġerjali ta' GasanMamo Insurance. "Permezz ta' din l-iskema qed nagħtu lill-impjegati tagħna dak il-ħin tant meħtieġ biex ikunu proattivi f 'attivitajiet tal-volontarjat." Numru ta' impjegati ta' GasanMamo kull sena jieħdu vantaġġ minn din l-iskema. Malcolm Aquilina, Motor Claims Advisor ta' GasanMamo, kuljum iqatta' ħafna mill-ħin liberu tiegħu fl-oqsma tal-MUSEUM f 'Raħal Ġdid u f 'Santa Luċija. Jipparteċipa wkoll f 'attivitajiet ta' volontarjat barra minn Malta. Din is-sena, Malcolm flimkien ma' grupp ta' żgħażagħ Maltin, mar Rio de Janiero, fil-Brażil biex jagħmel xogħol volontarju u jipparteċipa fil-Jum Dinji tażŻgħażagħ. "Kienet esperjenza sabiħa ħafna. Grazzi għal din l-iskema GasanMamo wriet apprezzament lejn l-impenn li ħadt biex ngħin komunitajiet lokali u internazzjonali," ikkummenta Malcolm. James Borg Cumbo, Motor Claims Advisor ta' GasanMamo u Segretarju mall-Grupp Axon Youth, qal li l-esperjenza li kellu ta' volontarjat fil-Kenja kienet l-isbaħ ħaġa li qatt setgħet tiġri. "Inħoss li din l-esperjenza biddlet il-mod kif inħares lejn opportunitajiet ġodda u aktar importanti qed napprezza aktar il-ħajja. Ċert li ma ndumx ma nerġa' nagħmel esperjenza oħra bħal din. " Elaine Camilleri, Branch Customer Advisor ta' GasanMamo, tmexxi fi grupp tal-iscouts u użat l-iskema għall-kamp li organizzaw fi żmien l-Għid. "Il-grupp tal-iscouts jagħtini l-opportunità li ngħallem lit-tfal u din tipprovdili esperjenza li mhux biss tgħini personalment iżda wkoll professjonalment biex b'hekk immur lura x-xogħol b'aktar enerġija." Dorian Vassallo, Senior Manager ta' GasanMamo, hu magħruf mal-Maltin u l-Għawdxin peress li qadef fuq kenura għall-karità biex jiġbor fondi għall-persuni bil-kanċer u qal li kayaking hu dak li żammu għaddej. Wara l-ġlieda ta' martu mal-marda tal-kanċer fl2007, Dorian ħass li seta' juża l-esperjenza tiegħu u s-sensittività f 'test ta' reżistenza li għenet biex iżżid il-kuxjenza tal-pubbliku lejn din il-marda li tant qed tmiss il-ħajja ta' familji Maltin. L-iskema tal-volontarjat għall-impjegati ta' GasanMamo tagħti ġurnata żejda leave lill-impjegati li jipparteċipaw f 'xogħol volontarju waqt il-ħin taxxogħol.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013