Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
14 illum | Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 "Il-fiduċja fil-Pulizija u l-a F l-ewwel xhur ta' din il-leġiżlatura kien wieħed mill-aktar attiv għall-Membru Parlamentari, għallinqas fejn jidħlu konferenzi tal-aħbarijiet. Iżda Jason Azzopardi jgħid li dan kien minħabba l-fatt li kien il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern, li skont hu, taħt Manuel Mallia "kiser kull regola bażika ta' imġiba skorretta politika." "Fil-Qorti kelli l-aqwa rapport ma' Mallia, imma ninsab onestament diżilluż bil-ministeru tiegħu. Lanqas timmaġina l-mod kif qed imexxi! Il-gvern kien wiegħed trasparenza u responsabbiltà u għandna l-kontra għax għandna Chief of Staff li jrid jisraq l-attenzjoni u ndħil politiku fl-armata, fil-korp tal-Pulizija, filħabs u fis-servizzi sigrieti. Dawn huma bla preċedent u kont inkun irresponsabbli kieku ma tkellimtx dwarhom." Hu jissokta jgħid li l-Ministeru tal-Intern jemmen li qiegħed 'il fuq mil-Liġi, u dan japplika wkoll għal gvern fuq dak li ġara fil-Parlament din il-ġimgħa, meta l-Oppożizzjoni ħarġet 'il barra bi protesta għal ruling li ta l-ispeaker. L-Oppożizzjoni toħroġ millParlament "Qbilt mija fil-mija li noħorġu. Kien ġest ta' diżapprovazzjoni kontra s-sarima li għamel ilgvern ma' ħalq l-Oppożizzjoni, aktar mir-ruling għax ħa jkun kontestat bil-mezzi tal-Liġi. Hekk jagħmlu l-progressivi? Jagħlqu ħalq l-Oppożizzjoni?" Mistoqsi jekk li ħarġu millParlament kinetx 'over-reaction', Jason Azzopardi wieġeb finnegattiv u sostna li kienet l-unika triq li fadal għax ruling tal-ispeaker ma tistax tikkontestah dak il-ħin. Qal ukoll li m'hemm l-ebda rabta bejn l-ispeaker u l-passat tiegħu bħala eks-deputat mexxej tal-Partit Laburista, għax għandu fiduċja flintenzjonijiet ta' Anġlu Farrugia li jagħmel xogħlu sew. Ir-ruling intalab mill-Prim Ministru, wara li l-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil fid-diskors tiegħu fil-Parlament Jason Azzopardi dwar l-indħil politiku tal-gvern fil-Pulizija u fl-armat, u d-deċiżjoni li l-Oppożizzjoni toħroġ millParlament James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt sostna li kien hemm indħil politiku fil-Pulizija biex jitwaqqaf il-każ kontra John Dalli. Il-PM talbu biex jissostanzja l-allegazzjoni tiegħu jew jirtira dak li qal u konsegwentament talab ruling lillispeaker fuq ksur ta' privileġġ. Iżda Jason Azzopardi ma jaħsibx li Busuttil kellu jissostanzja l-allegazzjoni serja? "Le. Simon Busuttil esprima ġudizzju politiku bħal kull ċittadin. Qegħdin f 'sitwazzjoni fejn tista' tesprimi ġudizzju politiku f 'dibattitu pubbliku però għax MP jasal għal dik il-konklużjoni, li għalija kienet konklużjoni loġika, issib lill-Prim Ministru li juża proċedura biex jagħlaqlek ħalqek. Kieku kienet libelluża Muscat kellu kull ħin biex jiftaħ libell mill-Ħadd filgħodu." Azzopardi jgħid li hu moralment konvint li kien hemm indħil politiku wara li l-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija "Lanqas biss ikkonsulta mal-predeċessur tiegħu dwar dan il-każ." Id-deputat Nazzjonalista jissokta jgħid li l-Oppożizzjoni mhix se toħroġ kull darba li jkun hemm ruling kontriha, però din ilmanuvra kienet meħtieġa meta tikkonsidra l-avvenimenti li kien hemm fl-aħħar jiem li "mminaw bis-serjetà t-tessut demokratiku tal-pajjiż. "Għalhekk kienet ċara li l-PM ried irażżan ilsien l-Oppożizzjoni, għax kien jaf li m'għandux il-moral high ground. Fil-Parlament kienu evidenti li kienu skomdi ħafna. Le, ma stennejtx dawn l-iżbalji ta' prinċipju," jgħid Jason Azzopardi. Indħil fil-Korp tal-Pulizija Azzopardi ma żammx lura milli jikkritika b'mod aħrax l-aħħar "Kien ġest ta' diżapprovazzjoni kontra s-sarima li għamel il-gvern ma' ħalq l-Oppożizzjoni... Hekk jagħmlu l-progressivi? jagħlqu ħalq l-Oppożizzjoni?" deċiżjonijiet li ttieħdu fil-korp talPulizija u l-armata fost oħrajn. Id-dubji u l-kritika tal-Partit Nazzjonalista dwar il-Pulizija bdiet bil-ħatra ta' kummissarju ġdid flok John Rizzo, b'Azzopardi jgħid li kienet ħatra politika. "John Rizzo m'għamilx xi nuqqas jew żball partikolari, allura għalfejn il-gvern ried ineħħih? Din x'inhi li kif jitla' gvern ġdid irid ibiddel ittmexxija?" "John Rizzo m'għamilx xi nuqqas jew żball partikolari, allura għalfejn il-gvern ried ineħħih? Din x'inhi li kif jitla' gvern ġdid irid ibiddel ittmexxija? L-ambaxxati f 'Malta diġà qed isaqsu x'qed jiġri b'dan l-indħil politiku fil-forzi tas-sigurtà, mhux sinjal tajjeb għar-reputazzjoni ta' Malta." Imma mhux anke l-ħatriet ta' Rizzo u George Grech taħt gvernijiet Nazzjonalisti kienu ħatriet politiċi? "Assolutament le," iwieġeb Jason Azzopardi, li jinsisti kif "il-gvern kważi għamel l-impossibbli biex jaħtar lil Peter Paul Zammit, tant li dan kellu jerġa' jiddaħħal lura fil-Korp." Għaldaqstant, Azzopardi jgħid li l-Kummissarju l-ġdid ma jista' qatt jaħrab minn dan id-dell li kienet ħatra politika. Il-kelliem Nazzjonalista jgħid li skont informazzjoni li għandu hu, fiż-żmien li ġej il-Gvern se jappunta żewġ Assistenti Kummissarji ta' twemmin Laburista. "Nispera li dan mhux minnu. U milli smajt, ħa jsir aktar minn wieħed għax il-Gvern għamel żewġ wegħdi ma' żewġ persuni f 'April u Mejju li għadda." Tissokta d-difiża ta' Elton Taliana Il-kritika tal-PN lejn il-korp talPulizija ssuktat bil-każ ta' Elton Taliana li kien instab ħati li żamm persuna taħt arrest fl-istess waqt li kien qed iressaq akkużat ieħor li kien ammetta l-ħtija tiegħu dwar l-istess każ. Iżda d-deputat Nazzjonalista ma jarahiex l-istess. "Dan hu argument intelletwali diżonest ta' min irid iqarraq. Ammissjoni ta' ħtija tkun relevanti jekk issir biss fil-Qorti. Akkużat jista' jammetti l-ħtija tiegħu waqt l-interrogazzjoni iżda jekk iwieġeb mhux ħati quddiem il-Qorti, ilkaż jinqata' xhur wara. Għalhekk l-argument tal-ammissjoni tal-ħtija ma jfisser xejn quddiem il-Liġi." Filwaqt li jagħmilha ċara li ma jridx jagħmilha tal-avukat difensur, ikompli jinsisti li fl-istess waqt li Elton Taliana kien ingħata struzzjoni biex ma jkomplix jinvestiga, daħlitlu informazzjoni li kienet persuna oħra li wettqet ir-reat. Jgħid li kieku kien irresponsabbli ma kienx jagħti kas, iżda minflok Taliana investiga, ġab il-provi u l-ammissjoni ta' ħtija, u f '50 minuta ressaq lil dan il-persuna. "Fejn hi l-ħtija f 'dan kollu?" jsaqsi Azzopardi. "Kif qal Simon Busuttil, il-fiduċja tagħna fil-Korp qed tonqos bilgoff minħabba dawn l-iżbalji li qed isiru." L-armata kkaratterizzata minn ħatriet politiċi In-nuqqas ta' fiduċja tal-kelliem Nazzjonalist tidher li tapplika wkoll għall-mod kif qed titmexxa l-armata mill-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Jgħid li l-indħil politiku fl-armata hu wieħed bla preċedent u diżgustanti, b'mod partikolari fejn jidħlu l-promozzjonijiet u ħatriet ta' uffiċjali. "Il-kritika tal-promozzjoni ta' erba' kurunelli m'hijiex għax huma fizzjali Laburisti, għax niġġudikaw skont il-ħiliet tagħhom mhux skont il-kulur politiku. Imma huma qabżu fizzjali oħra, inklużi Laburisti, li huma aktar kompetenti! Wieħed mill-erba' fizzjali qabeż 21 maġġur u ieħor qabeż 14." Skont Jason Azzopardi, fizzjal minnhom fil-ġurnata tal-ġurament telaq il-post fejn kien assenjat biex mar jiċċelebra r-rebħa Laburista filpalazz tal-President. "U dan f 'korp dixxiplinat! Fizzjal ieħor m'għaddiex minn security clearance fl-2006, tilef kawża kostituzzjonali f 'Ġunju li għadda u appella. Il-Gvern lanqas stenna l-eżitu tal-appell u tah promozzjoni darba darbtejn! Il-Ministru qal li l-liġi tagħtih id-dritt jappunta