Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 17 Editorjal F l-istess ġranet li kien hemm talba għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u kien hemm walk out millParlament, kien hemm attakk u insinwazzjoni fuq l-internet ta' persuna magħrufa sew għall-kuntatti mal-Partit Nazzjonalista. Insinwazzjonijiet biex jitfgħu dawl ikrah fuq il-ħajja personali talKummissarju. Dan f'mument meta hemm pressjoni kbira biex il-Kummissarju jirriżenja fuq l-istorja ta' John Dalli. Aħna mhux qed nimmaġinaw li dan ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 EDITUR: SAVIOUR BALZAN Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Is-sewwa magħruf l-attakk kien koordinat mill-Istamperija tal-PN imma lanqas ma neskludu li hemm persuni li huma f'kuntatt biex iżidu maddoża ta' ħdura. Ejja għall-mument inħarsu lejn l-argumenti ta' Simon Busuttil meta jitkellem dwar l-integrità tal-eks-Kummissarju John Rizzo. Aħna ma nistgħux naqblu ma' Busuttil, jew ma jafx jew inkella kien kompletament assenti f'dawn l-aħħar snin. Mill-ġurnata meta John Rizzo kien wieħed minn dawk l-uffiċjali li ħadem viċin ma' Lawrence Pullicino u mexa fiżikament ma' Pietru Pawl Busuttil sal-awla tal-qorti u ġie ffremjat bil-qtil ta' Raymond Caruana millPulizija sal-atteġjament tiegħu fl-aħħar snin, ilkelma 'integrità' tinstema' kemxejn mhux f'postha. Il-mistoqsija oħra hija kif Alla jbierek Simon Busuttil qed jemmen lil John Rizzo f'dak kollu li qed jgħid. Busuttil ukoll qed jargumenta li la darba Rizzo ħa ġurament mela ovvjament irridu nbaxxu rasna u nemmnuh. Li mhux qed jgħid Busuttil hu li Rizzo ma kellux provi ċari biex iressaq persuna li kien membru tal-Kabinett filGvern Nazzjonalista għal 22 sena. Iżda forsi l-iktar mistoqsija relevanti għal Simon Busuttil hija l-impressjoni fażulla li ta li l-point of order u t-talba għar-ruling minn Joseph Muscat kienet waħda remota u bla preċedent. Għal darba l-memorja qasira, jew kompletament nieqsa, ta' Busuttil tispikka. Għax kienu bosta politiċi li użaw l-istess standing orders li faċilment setgħu nbidlu mill-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-aħħar 25 sena. Waħda mill-aktar talbiet għar-ruling kien meta l-Prim Ministru ta' dak iżżmien Eddie Fenech Adami talab għar-ruling lillispeaker ta' dak iż-żmien Lawrence Gonzi għal xi ħaġa li kien qal il-kap talPartit Laburista Karmenu Mifsud Bonnici, mhux fil-Parlament iżda waqt konferenza stampa barra mill-Parlament. Nistgħu nkomplu. Iddmugħ tal-kukkudrill ta' de Marco u ta' Jason Azzopardi kompla għaxxaq il-verità magħrufa u forsi l-fatt li hemm differenza kbira bejn ipokrezija u li tmeri s-sewwa magħruf.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013