Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 19 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Għajnsielem se jerġa' jinbidel f'Betlem L-aktar attività li tiġbed turisti f'Għawdex WARA waqfien ta' sena dan l-avveniment li tant jiġbed turisti lejn Għawdex se jerġa' jieħu l-ħajja għal ħames darba. Betlem f 'Għajnsielem kienet ħolma ta' Franco Ciangura li filpreżent hu l-viċi sindku tar-raħal, li taha l-ħajja fl-2008. Għal xahar sħiħ ir-raħal pittoresk ta' Għajnsielem fiż-żona msejħa 'Ta' Passi', 14-il tomna art tinbidel filvillaġġ ta' Betlem jiffesteġġja l-miġja tal-Messija. Għal xahar sħiħ kważi l-familji kollha Għajnselmiżi jieħdu sehem f 'din l-uniku attività li ssir fix-xitwa f 'Għawdex. Għal xahar sħiħ ir-raħal ta' Għajnsielem jiġbed lejh madwar 70,000 persuna li jżuru lil Betlem. "Din fil-fatt hi attività li tagħmel ġid lill-Għawdex kollu u mhux l-Għajnsielem biss," qalilna s-sindku ta' Għajsnielem Frans Cauchi meta kellimtu nhar ilĦadd wara nofsinhar fejn f 'xemx taqli l-ankri tfal u persuni oħra mir-raħal bdew inaddfu l-post li wara nuqqas ta' sena jinsab fi stat tal-biki. Preżenti wkoll kien hemm il-bennej li se jibni d-djar u l-grotta jiddiskuti l-pjanti flimkien mas-sindku u Franco Ciangura. Franco, li kien bl-imgħażqa jaħdem biex il-ħolma tiegħu terġa' tieħu l-ħajja tliet xhur oħra, qalli li kienet ħasra li sena ilu minħabba problemi li nqalgħu speċjalment malMEPA, dan l-avveniment ma sarx. "Iżda din is-sena bagħat għalina l-Ministru Refalo u qalilna li jixtieq li Betlem terġa' ssir. Iltqajna l-Kunsill flimkien ma' rappreżentanti tal-għaqdiet kollha u ddeċidejna li nibdew ix- Il-poplu Għajnselmiż jikkopera fit-tindif taż-żona Ta' Pissi Frans Cauchi, sindku u Franco Ciangura viċi-sindku ta' Għajnsielem xogħol biex Betlem jieħu l-ħajja għal darb'oħra. "Fil-bidu li ħlomt dan ilproġett konna erbat iħbieb u konna tlabna lill-Kunsill Lokali u lill-gvern lokali għax kellna bżonn xi fondi u għamilna kumitat, anzi aħjar, fondazzjoni. Iżda dan il-proġett kiber wisq għal erbat iħbieb," kompla Franco. Fil-fatt dwar il-fondazzjoni kien inqala' xi diskors u nqalgħu problemi fejn mhux kulħadd jidher li baqa' jiġbed l-istess ħabel. Kien għalhekk li din is-sena għalkemm ilfondazzjoni baqgħet teżisti, twarrbet xi ftit u issa hu l-Kunsill Lokali li qed imexxi dan il-kumitat li fih hemm elementi ta' kull għaqda f 'Għajnsielem, kumitat li fforma ruħu l-ġimgħa li għaddiet u jerġa' jxolji wara s-6 ta' Jannar. Sadanittant Franco Ciangura qalli li dan l-avveniment joħodlok ħames xhur minn sena. "Tibda tibni tliet xhur qabel xahar l-avveniment u għandek xahar biex iżżarma. Din hi l-problema tagħna għax aħna qed naħdmu biex fil-post isir park pubbliku għal matul is-sena u meta tiġi biex tagħmel Betlem ikun hemm nofs l-istruttura lesta." Insomma, Franco din issena flimkien ma' martu u wliedu, jinsabu jaħdmu bi ħġarhom, imiddu jdejhom flimkien mat-tfal tar-raħal, tfal mill-akkademja talFutbol ta' Għajnsielem u mal-Fra Lorrie tal-Knisja ta' Sant' Antnin biex Betlem ikun aqwa u aħjar mis-snin l-oħra. Sadanittant mistennija ħafna aktar għajnuna millpoplu kollu Għajnselmiż aktar ma jgħaddi ż-żmien. "U din is-sena għandna sorpriża fejn se nippruvaw ninżlu bit-Tliet Slaten Maġi (Għawdxin fuq l-iġmla) mill-pjazza tal-Vatikan u jaslu Betlem fis-6 ta' Jannar. Iżda dwar kif u x'għandna mhejji se nħalluha għal aktar tard," temm jgħid Ciangura. Avvenimenti kulturali f'Għawdex Illum 6 ta' Ottubru Il-Wied tal-Lunzjata – Ta' Kerċem Festubru Festival tradizzjonali li jinkludi folklor u ikel tradizzjonali Is-Sibt 12 ta' Ottubru L-Opra: Falstaff ta' Giuseppe Verdi Aurora Opera House Is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta' Ottubru Festa tal-Patroċinju tal-Madonna Għasri Is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta' Ottubru Festa ta' Ġesu Nazzarenu Xagħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013