Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
10 illum | Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 Il-poodle In-Nimrod jgharrex ... u isejjaħ … Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt jew sms 99395227 Dak tal-pony tail Mela issa nafu li Pierre Portelli se jkun fi tmun tal-Malta Independent. Minn hawn nixtiqulu 'the best.' Kif jgħidu trid kaptan biex tmexxi vapur, u iktar jekk il-vapur ikun daqsxejn mgħarraq. Eħħ, lil Pierre ngħidulu oqgħod attent mill-ilpup, u minn dawk l-ilsna ħżiena li jpinġuh bħala Nazzjonalist sfegatat. Lil Pierre nafuh bħala bniedem bilanċjat li żgur se jmexxi l-Independent 'il quddiem. Tal-bluża blu Hekk għandu jkun, li l-partit tagħna jkun magħmul minn nies ħabrieka u tas-sengħa. Huwa għalhekk li ħadna gost naraw lil Albert Fenech liebes fil-libsa blu ta' kirugu jattendi għal-laqgħa talGrupp Parlamentari. Issa ilsna ħżiena qalu li Fenech libes il-bluża blu biex jimpressjona, għax bejnietna, taf kemm hu vanituż u t-tieni għax hemm ċans kbir li xi ħadd ikollu attakk tal-qalb meta Simon Busuttil ikun qed jippresjedi. Imisslu sormu Kemm ħadt gost nara lil David Agius litteralment imiss sorm Robert Cutajar. Issa tifhmux ħażin, jien mhux bħar-Reġina tarRimettar – nagħmel inswinazzjonijiet u nitfa' t-tajn. Le, David Agius ma jħobbx lil Robert Cutajar f 'dak is-sens. Le, le, David bħali, jien inħobb il-poodles nisa. Isma', m'hemm xejn ħażin li tħobb jew tiffansja xi poodle raġel. Imma nitkellmu fuq dan is-suġġett darb'oħra fejn forsi nitkellmu fuq David ieħor, is-Sur David Casa. WALK OUT Bejnietna, naħseb tal-walk out ta' nhar it-Tlieta ta' Dottor Busuttil kienet mossa tat-tfal. Missu żamm ma' dak li qal u insista: "Jiġifieri li kien hemm indħil politiku." Busuttil u sħabu jargumentaw li għandhom dritt għall-opinjoni politika. Tajba din, u mbagħad meta jien bħala poodle ngħid li r-Reġina tar-Rimettar torqod b'mod metaforiku (għax ħadd ma jridha) mal-PN, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt! Please, please Joe Jien nimmaġina li Joe Cassar hu bravu biżżejjed bħala psikjatra biex jifhem li hemm problema mentali serja fost id-deputati. Il-każ partikolari li nista' nimmaġina huwa ta' nies li għadhom ma fehmux li ħadu tkaxkira tal-beati pawli. Jien għalhekk nissuġġerixxi li Joe Cassar jagħmel daqsxejn ta' screening psikjatriku tad-deputati kollha biex forsi jifhem minn fejn ġejja d-duda. JOHN BUSUTTIL MELA waqt titjira twila tan-Nimrod ħadt nagħsa u kelli ħolma ħelwa. Ħlomt li kont Ministru Ħlomt li kont ministru li wasalt tard għal vapur ... għamilt telefonata ... u avolja ma tlabt l-ebda favuri ... il-vapur dar lura għalija. Ħlomt li kont ministru u sibt xogħol bil-minimum wage ta' madwar €2,000 filġimgħa għal seħibti ... Ħlomt li kont ministru u nsejt niddikjara somma ċkejkna li kont investejt barra pajjiżna ta' madwar €700,000 u kollox baqa' għaddej (imnalla kont ministru għax ara ħabib tiegħi li mhux ministru nesa jiddikjara s-somma kbira ta' €1,000 u wara każ il-qorti ta' 10 xhur weħel 10 xhur ħabs – tinsewx, dan ma kienx ministru!). Ħlomt li kont ministru u kelli patata kbira ħafna u ma stajtx noqgħod komdu fuq ajruplan u għalhekk kont nivvjaġġa b'jet privat. Ħlomt li kont ministru u anke jekk ma kellix flus biex inħallas għal festin, irnexxieli noħroġ ċekk ta' €45,000 biex forsi jieħu pastizz kulħadd. Ħlomt li kont ministru li meta kelli bżonn xi arloġġ dejjem sibt xi ruħ tajba tixtrili jew tirregalali wieħed anke jekk kien biss LIRA. Imbagħad ħlomt li kont prim ministru Stenbaħt b'ħasda u wara ftit erġajt irqadt u kelli ħolma oħra ... din id-darba ħlomt li kont prim ministru ... Ħlomt li kull bord madwar Malta jkollu d-diretturi kollha tal-kulur blu… Ħlomt li kull ambaxxatur Malti jkun tal-kulur il-'Puffi' ... Ħlomt li kull promozzjoni u kull impjieg li jingħata jkun dejjem lil nies ta' kulur l-'Ismurfs' ... Ħlomt li x-Xandir tal-Istat jkun immexxi minn xi ħadd talfamilja tiegħi ... Ħlomt li x-xogħol tal-pajjiż inqassmu ma' dawk li jistgħu jgħinuni fid-dar ... Ħlomt li filParlament isir li rrid jien għax jien nemmen li jew nilgħab jew inħassar ... Din id-darba n-Nimrod ħa skoss tajjeb u qomt b'ħasda u nnutajt li din il-ħolma gerfixtha ftit ... Jien mhux li kont prim ministru kont qed noħlom iżda li kont kap talOppożizzjoni ... li fir-realtà għandu ħolma li jkun prim ministru ... L-MRN titkaża Fl-aħħar il-MaltaRightNow sabet saqajha. Għax ISSA (Now) saret tikteb Is-SEW (Right) dwar MALTA (Għalhekk Malta Right Now). Qabel jingħad li kienet tivvinta xi ftit dwar kif kollox kien għaddej fuq ir-rubini…issa l-boss Għawdxi jridhom ikunu aktar kredibbli għax ma jridx li l-aħbarijiet ikunu bażati fuq tipi ta' frejjeġ li kien kapaċi jagħmel min kien imexxi floku. Ħalli b'hekk tirbaħ ilkredibbiltà u forsi jaqraha xi ħadd… għax issa bdiet tibbaża l-istejjer tagħha aktar fuq il-verità … tant hu hekk li minn seba xhur 'l hawn indunat li fuq Malta wasal żmien id-dlam. U tiskanta kemm ħaditha bi kbira din il-website bl-aħbar li tant tnissilek dwejjaq għax l-imsejkna studenti Maltin se jibdew jittellgħu Għawdex għallezzjonijiet darbtejn filġimgħa. Mhux sew li r-razza superjuri Maltija tkun stmata bħar-razza tat-tieni klassi, Għawdxija. Tajjeb ħej, l-istudent Malti jmur jistudja Għawdex ... ma tarawx ... dak ħalli ż-żgħażagħ Għawdxin jaqsmu kuljum... Iżżagħżugħ Malti jaqsam lejn Għawdex biex jitbaħrat fil-farmhouses, għal parties u għall-Karnival. U l-website tal-verità hawnhekk tiftaħar bir-rekords ta' Maltin li jmorru Għawdex... jew issa se tinbidel id-diska u nibdew insemmu r-rekords ta' żgħażagħ Għawdxin li jinżlu jaħdmu lejn Malta? Qabel forsi il-website tal-verità kienet immexxija minn professur talfrejjeġ... iżda issa l-moħħ ġej mill-gżira sekondarja ta' Malta…u għalkemm il-Maltin ta' moħħ żgħir jgħidu li Għawdxi tajjeb aħarqu ... tassew tassew ngħidilkom li Għawdxi tajjeb għammar minnu .… u r-razza superjuri Maltija hekk qed tipprova tagħmel bi Kristjanu ... Michelle u s-salib Le, tibdewx tparlaw qabel tkomplu taqraw. M'iniex ngħid li Michelle hi s-salib ta' Jowey, anzi naħseb li forsi hu s-salib tagħha għax joqgħod iġorrha miegħu kulfejn imur ... saret qisha l-key chain tiegħu. Mela x'inhi din tas-salib? Skont l-Inews, Michelle (small/short & white) ltaqgħet ma' Michelle (long/tall & black) u għallokkażjoni libset libsa meħjuta mill-istilisti Charles & Ron. Jiġifieri għandi naħseb li huma Charles (Saliba jew Camenzuli) u