Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 | illum 21 kultura@mediatoday.com.mt Programm ta' mużika sagra mis-Seklu 19 MA tistax titkellem fuq ilmużika sagra Maltija u tħalli barra lill-familja Camilleri: Vincenzo, Enrico, Ferdinado uGiuseppe. Lill-familja Camilleri nsibuha wkoll attiva fit-twaqqif ta' baned f 'Ħal Luqa kif ukoll f 'TasSliema. L-aktar li kitbu mużika sagra kienu Ferdinando u ibnu Giuseppe. Insemmu fost l-oħrajn il-quddiesa magħrufa bħala "tat-Trombi", kif ukoll diversi salmi u antifoni. Iżda l-għan ta' dan ilkunċert mhuwiex li tindaqq il-mużika li għadha tinstema' fil-knejjes sal-lum, iżda mużika oħra li qiegħda fid-dlam tal-arkivji. Filfatt ġiet magħżula mużika li tmur lura għas-seklu 19 u ġiet editjata sabiex tkun tista' tindaqq mill-ġdid fi żminijietna. Dan il-kunċert ser jgħaqqad għat-tieni darba l-Coro Bel Canto u l-Orkestra Filarmonika ta' Malta waqt li bħala vuċijiet solistiser ikantaw it-tenuri Joseph Il-Coro Bel Canto Aquilina u Charles Vella Zarb u l-baritonu Alfred Camilleri. Id-direttur mużikali hu Mro Hermann Farrugia Frantz li minbarra li ser jidderieġi dan il-kunċert għamel ukoll l-editjar tal-mużika flimkien ma' Stephania Farrugia Frantz u Eucharist Gravina. Il-kunċert se jsir nhar l-Erbgħa 16 ta' Ottubru filKonkatidral ta' San Ġwann fis-7.30pm. Il-kunċert ser jiċċelebra l-100 sena anniversarju minn meta l-Provinċja Franġiskana OFM ġiet elevata għallProvinċja Maltija. Ferdinando Camilleri Giuseppe Camilleri Żewġ wirjiet minn Heritage Malta Xogħol ġdid ta' Karl HERITAGE Malta nediet żewġ wirjiet waqt l-edizzjoni ta' din is-sena tan-Notte Bianca li saret is-Sibt 5 ta' Ottubru. L-ewwel wirja bit-titlu Malta Landscape qed tittella' fil-Berġa tal-Italja fi Triq il-Merkanti u tibqa' miftuħa sal-15 ta'Ottubru. Il-pajsaġġ Malti dejjem kien sors ta' ispirazzjoni għall-artisti u filfatt kien u għadu popolari ma' dawk li jżuru l-gżejjer Matin u jfittxu xi tifkira biex jieħdu lura magħhom f 'pajjiżhom. Pitturi tal-pajsaġġ Malti huma mfittxija ferm anki minħabba in-nostalġija għall-passat li ħafna drabi jisfa minsi. Din hi l-ewwel fost sensiela ta' wirjiet imtella' mill-Mużew Nazzjonali tal-Arti fi ħdan Heritage Malta li l-iskop tagħhom hu li jesibixxu temi magħrufa tal-istorja tal-arti Maltija. Is-serje ġġib it-titlu ArtiMalta u tikkonsisti YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt f 'sensiela ta' wirjiet bl-iskop li tesponi x-xogħlijiet ta' artisti Maltin b'temi diversi. Din l-ewwel wirja tittratta il-pajsaġġ Malti se tagħti ħarsa lejn l-iktar xogħlijiet riċenti b'din it-tema u l-istili, mezzi u d-diversi materjali użati fixxogħlijiet ispirati mill-pajsaġġ Malti. It-tieni wirja bit-titlu Mixja ta' Poplu qed tieħu lil dawk li jżuruha fuq vjaġġ madwar l-iktar episodji important fl-istorja tan-nazzjon fosthom l-Indipendenza, il-Ħelsien, irRepubblika u d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea permezz ta' numru ta' filmati u oġġetti marbuta mal-avveniment partikolari. Mixja ta' Poplu qed tittella' fil-kantina tal-Berġa ta' Kastilja u tibqa' miftuħa sal-aħħar ta' Ottubru. Għal iktar informazzjoni dwar dawn il-wirjiet wieħed jista' jżur is-sit uffiċjali ta' Heritage Malta www. heritagemalta.org jew isegwi l-paġna uffiċjali fuq Facebook. Fiorini waqt Notte Bianca IS-SIBT li għadda, waqt in-Notte Bianca, tnieda xogħol ġdid tal-kompożitur Karl Fiorini 'Sinfonietta pro populo' (sinfonija żgħira għan-nies). Fiorini, li ntalab jaħdem fuq xogħol ġdid apposta miċ-chairman tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, ħadem fuq ilpoeżija ta' Manwel Dimech 'Sliem għalik, O Malta tagħna!' Ix-xogħol inkiteb bil-ħsieb li jinkludi erba' taqsimiet tal-orkestra: strumenti tarramm, tar-riħ, tal-korda u perkussjonijiet. Il-protagonisti fin-Notte Bianca kienu l-konduttur Brian Schembri, il-mezzo sopran Clare Ghigo u s-70 mużiċist tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Ħadu sehem ukoll Chorus Urbanus immexxija minn John Galea kif ukoll iż-żeffiena tal-Malta Youth Ballet Foundation b'koreografija ta' Johane Casabene.