Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
Pjazzeta 22 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 Nistgħu ma niktbux il-veru? Konferenza dwar Juann Mamo, il-kittieb ta' Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ID-DIPARTIMENT talMalti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università qed jorganizza konferenza dwar l-awtur Juann Mamo (18861941) li nhar is-Sibt, 26 ta' Ottubru fl-Auditorium tal-Valletta Campus fi Triq San Pawl, il-Belt bejn id8.45am u l-5.00pm. L-20 kelliem u kelliema huma studjużi minn oqsma bħalletteratura, il-lingwa u l-lingwistika, l-inġinerija, il-mediċina, il-liġi, l-etnografija, u l-istorja talemigrazzjoni. Barra minn hekk, Dr Immanuel Mifsud se jippreżenta siltiet qosra minn films li jmissu temi jew jippreżentaw xenarji li huma ttrattati minn Juann Mamo fin-narrattiva u l-poeżija tiegħu. Din ilkonferenza qed tittella' bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u se tinfetaħ millMinistru Evarist Bartolo, li kiteb id-daħla għall-ewwel edizzjoni fil-forma ta' ktieb tar-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta' Juann Mamo li ħareġ fl-1984. Din se tkun l-ewwel Juann Mamo Il-faċċata ta' Ulied in-Nanna Venut tal-1930-31 iddisinjat minn Alfred Gerada ESF 3.113 Employment Support for Persons with Disabilities konferenza nazzjonali li qatt saret dwar dan l-awtur, studjuż u attivist kulturali straordinarju u se taħbat mal-pubblikazzjoni millSKS ta' tliet kotba marbutin max-xogħol ta' Juann Mamo u li fihom diversi membri tad-Dipartiment tal-Malti għandhom sehem ewlieni. Wieħed mill-kotba huwa edizzjoni ġdida, b'daħla kritika u tifsir il-kliem, tar-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka bbażata fuq l-edizzjoni oriġinali li ħarġet bħala faxxikli fl-1930-31. L-editur huwa Adrian Grima u l-konsulent lingwistiku huwa Manwel Mifsud. Taw sehimhom ukoll Stefano Farrugia u Olvin Vella. It-tieni ktieb huwa dwar għadd kbir ta' personaġġi Maltin u barranin, minn personaġġi fl-ibliet u l-irħula Maltin ta' żmien Mamo sa xjenzati magħrufin,li jissemmew fir-rumanz, proġett ta' Anton Cassar li fuqu ħadmu wkoll irriċerkaturi Olivia Borg u Adrian Grima. It-tielet ktieb fis-Sensiela Juann Mamo tal-SKS huwa ġabra kritika talpoeżiji kollha ta' Mamo minn Annalise Vassallo, gradwata tad-Dipartiment tal-Malti. L-editur ġenerali ta' din is-sensiela huwa Dr Adrian Grima, li jgħallem il-letteratura Maltija fidDipartiment tal-Malti. Fost il-kelliema se jkun hemm ukoll il-Professur Manwel Mifsud, li kellu sehem kbir fix-xogħol li sar fuq l-edizzjoni l-ġdida tarrumanz, u Oliver Friggieri, li kiteb l-ewwel xogħol kritiku importanti dwar Mamo u l-kitba tiegħu fl-1984. Minbarra l-awturi, se jitkellmu wkoll Dr Bernard Micallef, il-Kap tadDipartiment; il-Prof. Ivan Callus, il-Prof. Ray Mangion, Fr. Lawrence E. Attard, Dr Charles Scerri, Dr Inġ. John C. Betts, Dr Albert Gatt, Dr Michael Spagnol, Anna Borg Cardona, Lara-Marie Cilia, u Clifford Jo Zahra. Fid-dawl tal-fatt li Mamo kellu ħafna interessi, talenti u esperjenzi, u li dawn jidhru sew fil-poeżiji u fir-rumanz u l-personaġġi li jissemmew fih, ilKonferenza Juann Mamo għandha l-għan li tistħarreġ il-personalità u l-istrateġiji letterarji ta' Juann Mamo minn angoli differenti. Hemm tagħrif dettaljat dwar il-Konferenza Juann Mamo fuq il-Facebook u fis-sit http://juannmamo. wordpress.com. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mingħand Dr Adrian Grima fl-indirizz adrian.grima@ um.edu.mt. Kulħadd huwa mistieden. Id-dħul huwa b'xejn u m'hemmx bżonn ta' reġistrazzjoni minn qabel. Waqt il-konferenza se jkun hemm ħin għal diskussjoni miftuħa bejn il-kelliema u l-udjenza preżenti dwar ittemi li jitqajmu.