Illum previous editions

illum 13 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 Il-Militar Libjan jispara fuq TUNEŻIN li kien fost il-146 immigranti li ddaħlu l-Ġimgħa filgħodu mill-Forzi Armati ta' Malta, huwa maħsub li kien l-iskipper ta' din id-dgħajsa. 'Skipper' huwa l-kaptan ta' dgħajsa li tintuża għas-sajd. Il-gazzetta ILLUM skopriet li d-dgħajsa għerqet wara li kienu sparati tiri lejn iddirezzjoni tal-immigranti mill-Armata Libjana. Żewġ immigranti nqatlu waqt din l-isparatura. Huwa mifhum ukoll li n-numru ta' immigranti kien ħafna iktar minn 250. Fost dawk li ġew salvati, ħafna minnhom refuġjati mis-Sirja u l-Palestina, wieħed isib tarbija ta' xahar u koppja, li m'għandhomx idea x'ġara mit-tlett itfal tagħhom. Huwa maħsub li madwar 50 persuna mietu waqt il-vjaġġ fuq il-baħar. Il-maġġoranza tal-immigranti huma Sirjani, filwaqt li oħrajn qalu li ġejjin mill-Palestina. Kelliem għall-Ministeru tal-Intern qal li 117il immigrant huma Sirjani, 27 mill-Palestina, wieħed mil-Lebanon u t-Tuneżin li dawk li salvaw qalu lil din il-gazzetta li kien ilKaptan tad-dgħajsa. Kelliema għall-Gvern ikkonfermaw li kien hemm Tuneżin fost dawk li ġew salvati, iżda ma setgħux jikkonfermaw jekk kien il-kaptan tad-dgħajsa. Bil-kontra għal rapporti inizjali, uħud minn dawk li ġew salvati u li jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei, qalu lill-gazzetta ILLUM li d-dgħajsa li għerqet il-Ġimgħa kienet qed iġġor bejn 400 u 450 persuna, inkluż madwar 100 tifel u tifla. L-ewwel rapporti kienu li d-dgħajsa kienet qed iġġor ftit aktar minn 200 immigrant. Madanakollu, immigranti Sirjani u Palestinjani qalu lill-gazzetta ILLUM, li d-dgħajsa li għerqet li kellha tul ta' madwar 20 metru, kienet qed iġġorr ħafna iktar persuni. Huma sostnew li r-raġuni vera għalfejn id-dgħajsa għerqet kienet minħabba li l-Armata Libjana sparat tiri lejhom. Is-suldati Libjani kienu qegħdin isegwu d-dgħajsa tal-immigranti. Uħud minn dawk li ġew rikoverati f 'Mater Dei u li kienu qegħdin isirulhom xi testijiet mediċi, spjegaw kif huma telqu minn Zuwarah, port fil-majjistral tal-Libja, wara li kellhom iħallsu $3,000 kull persuna lillmilitar Libjan. Tfajjel ta' 16-il sena mis-Sirja rrakkonta kif f 'inqas minn ġimgħa kellu jivvjaġġa madwar 5,000km minn Damasku sal-Libja, billi għadda mill-Ġordan u l-Eġittu. Ittfajjel ivvjaġġa flimkien mal-ġenituri tiegħu u maż-żewġ ħutu subien. Iżda missieru u wieħed minn ħutu kienu salvati mill-armata Taljana u ntbagħtu Lampedusa, filwaqt li l-kumplament tal-familja ntbagħtet Malta. Il-gazzetta ILLUM saret taf li fost il-146 immigrat li ddaħħlu Malta, hemm żewġ tobba: dermatoloġista u speċjalista talortopedija. Il-Ġimgħa, l-P61, l-ikbar patrol boat talForzi Armati ta' Malta, salvat madwar 150 persuna, li nġiebu f 'pajjiżna. L-ekwipaġġ Malti mar ħdejn dawn il-persuni fuq dingi u newlilhom life-raft li salva madwar 60 persuna. Eventwalment, il-bastiment Malti tella' abbord madwar 150 persuna oħra, li kienu jinkludu omm u tarbija, li ġew evakwati blajru lejn Lampedusa minħabba l-kundizzjoni medika tagħhom li kienet waħda urġenti. Il-Forzi Armati ta' Malta daħlu wkoll 5 persuni mejta, 4 itfal u mara.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 October 2013