Illum previous editions

illum 13 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 Ħames Minutima' Deborah C DEBORAH C hija Għawdxija, minn Għajnsielem. Bdiet il-karriera tagħha fil-kant meta kellha disa' snin u minn dakinhar lil hawn, dejjem baqgħet tħares 'il quddiem. Fl-2005 ħadet sehem filMalta Junior Eurovision Song Contest u Deborah C kienet ir-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2012 bil-kanzunetta 'Jekk Nużaw Moħħna'. Ħadet sehem diversi drabi fil-Malta Eurovision Song Contest bilkanzunetti 'You Make Me Go' u 'Love-O-Holic' fost l-oħrajn. iħossu iktar kunfidenti juża l-lingwa-omm u oħrajn għal xi raġuni jħossuhom superjuri iktar billi jużaw l-Ingliż. Jiddependi skont iċ-ċirkustanzi għaliex hawn min iħallat iżżewġ lingwi u fil-verità ma jkun tajjeb fl-ebda waħda. Fil-każ tiegħi jien nitkellem bil-Malti iżda f'ċerti sitwazzjonijiet nuża l-Ingliż b'mod instrumentali. X'ibikkik? Episodji negattivi tal-ħajja. X'jiffrustrak? Min ma jifhimnix u min hu doppja faccia. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Coolish. X'ibeżżgħek? Il-firda li ġġib magħha l-mewt. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? "Ħares 'il quddiem u taqtax qalbek, qatt tmur lura lejn ilpassat". Kemm hi importanti għalik il-politika? Importanti sa ċertu punt għaliex tista' tesprimi l-vuċi tiegħek u taqsam opinjonijiet diversi ma' ħaddieħor. Tagħraf tevalwa wkoll dawk il-valuri sostanzjali u telimina dak li hu inqas importanti. Iżda importanti ħafna t-tolleranza bejn perċezzjonijiet opposti. Skont int x'taffetwa bidla fittmexxija tal-pajjiż? Wegħdiet mhux imwettqa u nuqqas ta' attenzjoni/rispett lejn dak li jfittex il-poplu. X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Kif jgħid il-Malti "Bla flus la tgħannaq u lanqas tbus". Naħseb li jilagħbu rwol importanti filħajja tal-lum imma mill-banda l-oħra ma jixtrux il-kuntentizza Temmen f'Alla? Għaliex? Qaddisa miniex u qatt mhu se nkun imma nemmen ħafna f'Alla li jgħinni meta nkun għaddejja minn mumenti diffiċli. jew is-saħħa ta' persuna li għalija huma iktar fundamentali. Definizzjoni ta' kuntentizza għalik? Li nkun viċin tal-familja, li nidħak u noħloq tbissima lil ħaddiehor u li nkun b'saħħti biżżejjed biex nibqa' għaddejja bil-karriera mużikali. X'taħseb dwar il-kaċċa f'Malta? Onestament ma tantx hu suġġett li nsegwi jew inħobb nitkellem fuqu. Li nista' ninkludi hu l-fatt li nħobb ħafna l-annimali u ma tantx naqbel ħafna mal-kaċċa jew xi tip ta' moħqrija kontra l-annimali imma nifhem li kulħadd għandu l-passjoni tiegħu. Wara l-introduzzjoni ta' gay marriage f'diversi pajjiżi li qed tiżdied iktar ma jgħaddi ż-żmien, taħseb li wasal iż-żmien li pajjiżna jagħmel l-istess ħaġa? Iva, naħseb li wasalna f'punt fejn kulħadd jaċċetta lil ħaddiehor hu kif inhu. Naqbel mal-gay marriage u li dawn il-persuni jgħixu ħajja feliċi flimkien. Is-soċjetà għandha taċċetta u tirrispetta lil kulħadd fil-ħajja tal-lum. Li ma naqbilx hu li jaddottaw it-tfal għaliex ibatu l-konsegwenzi l-iskola. X'inhi d-differenza bejn nies li l-lingwa li jitkellmu biha ta' kuljum hi l-Malti u oħrajn bl-Ingliż? Id-differenza hi li wieħed Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Naħseb Malta timxi tajjeb mad-dinja tal-moda. L-unika ħaġa li ma naqbilx magħha hi l-konnotazzjoni negattiva jew il-ġudizzju ta' ċerti individwi fuq artisti li jsegwu ċertu stil ta' moda. Persuna trid tkun tafha qabel tiġġudikaha! Kemm tħobb lil pajjiżek? Inħobb ħafna lill-art twelidi tant li meta nżur pajjiżi oħra bħall-Ingilterra, l-Italja eċċ. nammira s-sbuħija iżda dejjem ngħid "bħal Malta ma nsib imkien". Il-fatt li komplejt navvanza l-istudji tiegħi f 'ilsien pajjiżi tkompli ssaħħaħ il-fatt li jien marbuta ħafna ma' din il-gżira ċkejkna li toffri ħafna ġmiel. L-unika ħaġa li nixtieq hu li jkollna iktar opportunitajiet fil-kant. L-isbaħ esperjenza ta' ħajtek? Meta rrappreżentajt lil pajjiżi fil-Maċedonja meta kelli biss 14-il sena u rbaħt u meta ħdimt il-vidjo tar-Remix 'You Make Me Go' fil-Litwanja. Proġett li tixtieq tagħmel fil-futur? It-tnedija ta' album talkanzunetti oriġinali tiegħi u nibqa' naħdem fuq kanzunetti ġodda. Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrappreżentak liema pajjiż tagħżel? L-Italja għaliex togħġobni l-lingwa u l-kultura. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Li nkun determinata, nemmen fija nnifsi waqt li nibqa' saqajja mal-art biex inwettaq il-ħolm tiegħi f 'realtà kemm fl-istudju kif ukoll filkarriera tal-kant. L-iktar darba li stħajt? Meta kont qiegħda nkanta live fuq programm televiżiv u kelli kostum qisu tal-belly dancers li ma tantx ilbist tajjeb għaliex kelli ħin limitat biex inbiddel u spiċċajt kważi topless. Temmen fid-destin? Iva nemmen li d-destin ta' kull persuna huwa miktub mittwelid sal-mewt. Ħolma li għadek ma wettaqtx f 'ħajtek? Li nagħmel suċċess f 'xi festival prestiġġjuż li jkollu konnessjoni internazzjonali jew niftaħ bibien ġodda barra minn xtutna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 October 2013