Illum previous editions

illum 13 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

It-tentazzjoni politik 14 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 K ienu jiem impenjattivi għal Tony Zarb, hekk kif ilġimgħa l-oħra iltaqa' l-kungress ġenerali tal-General Workers' Union (GWU) – l-aħħar kungress għal Zarb li ddeċieda li jwarrab gradwalment u jirtira minn din il-kariga. Kariga li ilu jokkupa mill-1999. Hemm xi żbalji li ddispjaċih li għamilhom? Wara xi ftit mumenti jaħsibha, b'ton konvint qalli li hemm wieħed partikolari… "Ikolli ngħid li kien hemm okkażjonijiet fejn kont f 'diskussjonijiet ma' gvernijiet Nazzjonalisti għalxejn. Kont naħseb li jkunu ġenwini fiddiskussjonijiet u wara nkun sibt li ma kienu ġenwini xejn. Eżempju klassiku jibqa' s-Sea Malta. Austin Gatt kien spiċċa biex għalaq ilkumpanija biex jimpika magħna," jispjega s-Segretarju Ġenerali talGWU. Mistoqsi fuq x'idejqu l-aktar mill-politika Maltija, Zarb ma jaħsibhiex darbtejn biex jgħidli: "l-ipokrezija." It-tmiem mill-GWU… Fil-konferenza ġenerali talġimgħa li għaddiet, Zarb ikkonferma l-ħsieb li jirtira u ppropona li s-sena d-dieħla jinħatar is-suċċessur designate tiegħu, biex ikun hemm proċess ta' tranżizzjoni. "Iltqajt mal-uffiċjali kollha u tkellimt magħhom fuq il-futur tiegħi. Ħadt ħafna gost li l-Kunsill qabel unanimament mal-proposta tiegħi u li ġiet approvata middelegati b'akklamazzjoni," jgħid Tony Zarb, li minnufih jiċħad li b'hekk se jkun qed jinfluwenza kif għandu jmexxi s-suċċessur tiegħu. "F'idu kif imexxi, imma millesperjenza naf li dan ix-xogħol mhux it-tip li tidħol fl-uffiċċju l-ewwel darba u tibda taħdem. B'din il-proposta ta' tranżizzjoni, jien u s-suċċessur tiegħi naħdmu flimkien, nagħtih il-pariri tiegħi imma jiddeċiedi hu. Iddeċiżjonijiet f 'idu!" Skont Zarb, f 'dan l-istadju għad m'hemmx xi favoriti partikolari għal din ilkariga. Jgħid li jinħatar min jinħatar, Tony Zarb dwar ittmexxija tiegħu tal-GWU, it-tentazzjoni li jidħol filpolitika u s-sitwazzjoni talħaddiema llum il-ġurnata. James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt irid ikollu tliet karatteristiċi importanti: li jisma' ħafna, li jiżen sew qabel jieħu deċiżjoni, u li jżomm l-għaqda fi ħdan il-GWU. Imma jaħseb li l-GWU tibqa' militanti wara li jitlaq? "Iva, u allaħares ma tibqax hekk! Imbagħad skont x'tifhem b'militanti. Il-militanza mhux li mmorru fit-toroq u nkissru, il-militanza hi li tibqa' sal-aħħar tinnegozja u tiddiskuti l-aħjar għall-ħaddiem. Dan ma japplikax għall-GWU biss, anke l-unjins l-oħra għandhom ikunu militanti," jirrispondi Zarb. …u l-bidu fil-politika? Kienet biss mistoqsija naturali li nsaqsih jekk issa hux se jidħol fiddinja tal-politika. "Nammetti li kelli tentazzjoni nidħol fil-politika. Anke issa! Għażilt li nibqa' naħdem fittrejdunjoniżmu u anke meta nwarrab se nibqa' niddedika ftit ħin lill-GWU. Il-politika nħobbha. Se tibqa' tentazzjoni? Diffiċli tgħid għalissa, inkun qed nigdeb jekk ngħid li ma ħsibtx fuqha. Le, ma neskludix li nidħol fil-politika," jgħid Tony Zarb. Mistoqsija fuq ma' liem partit kienet tkun inutli għedt bejni u bejn ruħi. Il-GWU u l-partiti Għalhekk staqsejt dwar għalfejn storikament il-GWU kellha relazzjoni eċċellenti mal-Partit Laburista u relazzjonijiet inqas tajba, biex ma ngħidx diżastrużi, mal-Partit Nazzjonalista. Jidher li kienet mistoqsija faċli għalih, hekk kif Tony Zarb jeħodni lura fiż-żmien biex jgħidli x'kienu l-kaġunijiet ta' dan. "Aħna unjin xellugija, bħal maġġoranza tal-unjins barra l-pajjiż. L-istorja turi wkoll li n-nies li għaqqdu lill-GWU Sa mit-twaqqif tal-GWU ilPN dejjem ra kif għamel biex jeliminawna, biex jeqirduna" kienu viċin il-Partit Laburista, b'mod speċjali ħaddiema taddrydocks. Imma nfakkrek ukoll li taħt gvernijiet Laburisti aħna proponejna diversi liġijiet favur il-ħaddiem u gvern Laburista wettaqhom fil-Parlament." Bla ma staqsejtu jien, Tony Zarb kompla jgħid dwar l-għaqda statutorja mal-Partit Laburista fissebgħinijiet u t-tmeninijiet. Kien żball strateġiku? "Dak iż-żmien il-gvern Laburista kien għamel l-istess offerta lillunjins kollha għax dak iż-żmien, Malta kienet għaddejja minn proċess biex naqilbu minn bażi militari għal waħda industrijali. IlGWU kellha ħafna membri f 'bażi militari. Konna nonqsu kieku ma konniex ġol-kabinett għax b'hekk stajna naraw l-interessi tal-ħaddiema kif jiġu affettwati ma' kull taqliba. Meta għadda ż-żmien, kont jien stess li tkellimt fil-kunsill li dak il-perjodu kien għadda u m'hemmx għalfejn aktar bżonn din l-għaqda statutorja." Min-naħa l-oħra skont issegretarju ġenerali tal-GWU, ilPartit Nazzjonalista dejjem kien ta' xkiel għall-ħidma tagħhom. Hu jsemmi diversi ċirkustanzi bħala prova tal-bsaten fir-roti li għamel il-PN matul iż-żmien, fosthom id-daqqa finanzjarja meta tteħdilha minn taħt idejha l-cargo handling, it-theddida ta' seba' snin ħabs meta tellgħu l-Qorti uffiċjali tal-GWU, theddida fuq id-demokrazija industrijali, esponenti tal-PN li kienu stqarrew li riedu jaqilbu l-bini tal-GWU f 'blokka appartamenti, l-ordni ta' eks-ministri Nazzjonalisti biex ħaddiema jitilqu mill-GWU biex jissieħbu mal-UĦM u l-kampanja kontinwa tal-midja Nazzjonalista kontra l-unjin. "B'dawn l-affarijiet ma tistax taħdem, aħna naħdmu ma' kulħadd imbasta jkun ġenwin. Sa mittwaqqif tal-GWU il-PN dejjem ra kif għamel biex jeliminawna, biex jeqirduna. Fil-kungress, Simon Busuttil appella biex naħdmu flimkien imma aħna rridu aktar provi konkreti biex nemmnu li ġenwinament iridu jaħdmu magħna," jissokta jgħid Tony Zarb. Skont hu, il-Partit Nazzjonalista taħt Simon Busuttil ftit li xejn "Il-politika nħobbha. Se tibqa' tentazzjoni? Diffiċli tgħid għalissa, inkun qed nigdeb jekk ngħid li ma ħsibtx fuqha. Le, ma neskludix li nidħol filpolitika." inbidel. Jgħid li aktar ma jgħaddi ż-żmien il-PN qed ikun aktar negattiv, u b'dik l-attitudni mhux se jiksbu l-fiduċja tal-poplu. Min-naħa l-oħra, kellu kliem aktar pożittivi għal Gvern Laburista li ddeskrivieh bħala wieħed li miexi tajjeb bilpriorità ta' aktar investiment barrani. Kunfidenti wkoll li l-politika ta' 'Malta Tagħna Lkoll' se tiġi attwata għax kien slogan ta' ħames snin u mhux ta' sitt xhur biss. Il-Ħaddiema tal-Enemalta u l-AirMalta Fost il-ħaddiema l-aktar inkwetati bħalissa, ċertament insibu dawk mal-Enemalta u l-Air Malta minħabba d-djun massiċċ li għandhom dawn iż-żewġ kumpaniji parastatali. Jidher li Zarb aktar għandu dubji dwar il-linja tal-ajru. "Fl-AirMalta rridu naraw jekk l-eżerċizzju ta' ristrutturar hux se jaħdem. Personalment għandi riservi u dubji kbar. Intefqu ħafna flus għalxejn, eżempju kumpanija ta' awditjar tħallset €3.5 miljun biex fir-rapport tagħha hemm l-istess affarijiet li ilna ngħidu aħna l-unjins. Il-ħaddiema ovvja jinkwetaw, imma l-problema mhux huma għax kull ħaġa mitlub mill-ħaddiema ġie attwat. Imma min hu responsabbli tal-pjan u l-konsulenzi għandu jinżamm responsabbli!" Dwar l-Enemalta, Zarb hu aktar ottimist, u jgħid li l-ħaddiema kienu jinkwetaw kieku ma ġarax il-ftehim maċ-Ċiniżi u mhux il-

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 October 2013