Illum previous editions

illum 13 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Fejn marret il-meritokrazija? M. AGIUS IL-MOSTA SAD-9 ta' Marzu ta' din issena Joseph Muscat u sħabu l-ħin kollu kienu jħambqu li għalihom il-meritokrazija tiġi l-ewwel u qabel kollox. Kienu jgħajru lill-gvern ta' Gonzi li jimxi bl-uċuħ u jekk tkun blu timxi 'l quddiem. Imma sewwa jgħid il-Malti li ż-żmien isajru l-bajtar! Issa ilna seba' xhur taħt l-amministrazzjoni l-ġdida Laburista, bl-istess nies li kienu jfaħħru u jsemmu l-meritokrazija. Imma jekk inħarsu madwarna xi nsibu? Min ingħata l-karigi minn dan il-gvern? Min kien tassew ħaqqu? Min tassew kien jimmeritah? Li nista' ngħid, u dan ngħidu għax għandi għajnejn f 'wiċċi u ma nqastx li ma narax il- billboards tal-Partit Laburista, li dawk li kien hemm f 'dawn il-kartelluni llum kollha qed imaxtruha tajjeb taħt Joseph Muscat u sħabu! Araw min qiegħed filbordijiet! Araw min qiegħed imexxi ċerti ażjendi governattivi! Araw min qiegħed imexxi flogħla karigi fiċ-Ċivil! U jħalluna! Fejn marret ilmeritokrazija wara tant biki Is-serata mużikoletterarja fil-Furjana EDWARD TORPIANO KUNSILLIER/ ORGANIZZATUR IL-FURJANA NAGĦMEL referenza għasserata mużiko-letterarja organizzata bejn l-Għaqda Poeti Maltin u l-Kunsill Lokali Furjana fi Ġnien Vilhena nhar il-Ġimgħa 13 ta' Settembru. Din, li kienet l-ewwel attività li qatt saret f 'dan il-ġnien pubbliku, kienet suċċess kbir, suċċess li jawgura tajjeb għall-futur u għaldaqstant hu xieraq li wieħed juri apprezzament u jgħid grazzi lil min għen biex din l-attività tirnexxi bil-kbir: Godwin Azzopardi, Gino Cremona, Miriam Ellul, Svetlick Flores, Charles Magro, Alfio Sciberras u s-Sindku Nigel Holland. L-artisti li ħadu kollha ħarġu bl-unuri. Dawn kienu Emmanuel Attard Cassar, Jonathan Balzan, Joe Bonnici, Alice Buhagiar, Amanda Busuttil, Lino Grech, Ray Grech, Charles Magro, Johnny Mallia, Walter Micallef, Therese Pace, Yana Psaila, Salv Sammut, Andrew Sciberras, Joanne Sciberras, Joseph Sciberras, Omar Seguna, Marlene Saliba Toledo u Tony Vidal. tal-kukkudrilli? Imma l-poplu, għalkemm wara ftit tax-xhur biss, diġà qed jiftaħ għajnejh u qed jintebaħ kemm il-Laburisti nqdew b'tant nies li ħasbu li għax ikun hemm l-aħmar fil-gvern, il-blu, jekk hu kapaċi, jibqa' appuntat f 'ħatriet li jixirqulu. Jintqal li lill-poplu tidħak bih darba imma ma terġax. Jekk Muscat jaħseb li se jagħmel xi rebħa oħra kbira f 'xi elezzjoni li ġejja, tkun xi tkun, għax għandu maġġoranza ta' voti ta' 36,000, aħjar jibda jaħsibha sew. U l-ewwel ħaġa li jrid jagħmel hu li jdur dawra ma' dawk viċin tiegħu fil-Gvern u jrażżanhom għax qed jaħarbulu minn taħt idejh. Iż-żmien jgħaddi imma l-poplu la se jinsa u lanqas jaħfer. L-istorja riċenti ta' pajjiżna turina dan. Għinu lill-Mission Fund SR. CONCETTA DIMECH FRANĠISKANA MISSJONI TA' MARIJA TUNIS NIXTIEQ permezz talgazzetta tiegħek nirringrazzja lill-Mission Fund għall-offerta ġeneruża li rċevejt għallMissjoni f'Tunis. Din id-darba l-offerta se tmur biex ngħinu lill-familji li ma jistgħux jixtru l-bżonnijiet għal uliedhom għall-iskola, bħal kotba, pitazzi u ħwejjeġ. Jiġu ħafna jħabbtu l-bieb għallgħajnuna bħal mediċina, eċċ. Għalhekk nixtieq permezz ta' din il-gazzetta nitlob il-ġenerożità tal-Maltin biex ikomplu jgħinu lill-Mission Fund billi jibagħtu bolol użati, cards u offerti biex b'hekk il-Mission Fund tkompli tgħin lill-missjunariji Maltin. Id-donazzjonijiet jistgħu jintbagħtu fuq it-telefon jew dirett bil-band transfer. Numru tal-kont: HSBC — 061197448050 Numru tal-kont: BOV — 16300798019 Numru tal-kont: APS — 20000820762 Numru tal-kont: BANIF — 00087963101 Tistgħu tieħdu iżjed informazzjoni minn fuq is-sit www.missionfund.org.mt In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek Din il-ġimgħa n-Nimrod dar dawra tajba għax hekk jew b'hekk il-fjuwil issa raħas! Repubblika f'Repubblika Mela kif kulħadd jaf, Għawdex hu repubblika f'repubblika fejn hemm nies li jgħixu f'dinja 'l bogħod mir-realtà Maltija. Dan l-aħħar smajna bil-kapaċitajiet tal-Għawdxin kif għandek ġġib lura vapur li jkun telaq. Beda fiż-żmien l-Imperatriċi Ġannina u kompliet taħt l-Imperatur Toninus (li kumbinazzjoni bħala konsulent marittimu qabbad lillprofessjonista Grekus li għandu esperjenza kbira ta' kif għandek iddawwar vapur lura għalik … ma tmurx tmur tard għal xi ikla). F'din ir-repubblika fil-fatt hemm isqof li jgħix bil-fantasija li hu Papa. U billi bħalissa hawn trend tal-u-turns, dan iddeċieda li jagħmel żugraga sħiħa u jipprova jimita lil Papa Franġisku ta' Ruma. Mela l-Papa ta' Għawdex tgħidx kemm ħadha kontra l-poġġuti, kontra d-divorzju, kontra l-gays, kontra l-atei, kontra l-unmarried mothers, kontra l-kontraċettivi, kontra min jagħmel it-tfal b'mod artifiċjali, insomma kontra dak JOHN BUSUTTIL kollu li ma jaqbilx mal-Knisja ta' żmien l-Inkwiżizzjoni. Issa ddeċieda li fis-sentejn li ġejjin se jżur id-djar Għawdxin ħalli jsib in-nagħaġ mitlufa (aħjar jgħaddi din l-idea lil Simon & Co, għax intilfulu ħafna aktar nagħaġ). Kien hemm xi ilsna ħżiena li smajthom jirraġunaw hekk… Jekk jaqta' l-poġġuti, dawk li jużaw il-kontraċettivi, il-gays, is-separati, l-atei, lid-divorzjati eċċ eċċ m'għandux jieħu sentejn biex idurhom li jkun baqa', f'ġimgħa għandu jeħlishom. Jien ma naqbilx magħhom ... naħseb li forsi f'xahar… Il-poplu l-magħżul Waqt li qed inħuf ilmaħt l-poplu magħżul minn Alla…. is-Slimiżi…iddeċidew li bħallMulej, fis-seba' jum il-wardens tagħhom jistrieħu. Issa min irid imur tas-Sliema l-Ħadd jista' jagħmel li jrid: tista' tipparkja fuq il-linji s-sofor, tipparkja quddiem xi garaxx, insomma, fejn trid, free for all … basta tkun qed iżżur lil xi ħadd tal-familja nkella tattendi għal quddies … issa jekk trid iżżur lil ħabiba tinkwetax iltaqa' magħha l-quddies … basta ma titqarbinx għax hekk tkun qed tidneb … u allaħares isir jaf ilPapa ta' Għawdex. Progress Issa l-eks-Stamperija mhux biss inbidlet f'kafetterija, iżda qed issir ukoll it-tombla … u x'ħin rajt ir-ritratt għidt bejni u bejn ruħi… meta jinxfu l-bjar kull qatra tgħodd hux … Ehhh Piet … kemm kien hemm min kien jidħak bik għax kont tbigħ il-figolli … min sajru kielu l-bakkaljaw… Ritratt tas-Sena Kju għall-mediċini, kju għall-operazzjonijiet, kju għall-emerġenza u issa kju biex tidħol il-Qorti. Ritratt li jħallik bla kliem… iżda wara li qgħadt naħseb sibt ir-raġuni…. Għax jekk għandek tagħti u għandek bżonn ftit taż-żmien biex tfaddalhom… idħol il-Qorti… jekk għandek tagħti u trid tieħu ċans li ma tħallashomx idħol il-Qorti għax lil min għandek tagħtih hemm ċans li jilħaq imut… Two weights two measures Jekk int ministru li sibt xogħol lil martek mingħajr sejħa pubblika għandek tirriżenja… iżda jekk jien sibt xogħol lil ħatni mingħajr sejħa pubblika… għandi dritt… jekk jien ħadt €35,000 fis-sena mingħajr ma ħarġet sejħa pubblika… għandi dritt… Jekk int ministru li għalik jirritorna vapur għandek tirriżenja…. iżda jekk jien mort fuq ajruplan privat biex nara logħba futbol … għandi dritt … jekk jien irċevejt arloġġ bħala rigal … għandi dritt. Jekk int sirt ambaxxatur jew membru ta' xi bord u vvutajt jew kont attivist Laburist għandek tirriżenja … jekk jien ilħaqt ambaxxatur jew membru f 'bord tal-gvern għax kont attivist u vvutajt linNazzjonalisti … għandi dritt. Jekk kien jinqata' d-dawl jew l-ilma sa sena ilu, tort ta' Gonzi … jekk jinqata' d-dawl u l-ilma illum … tort ta' Gonzi wkoll (għallinqas hawn bqajna konsistenti). Jekk int sinjurun, miljunarju, biljunarju (sraqthomx jew qlajthomx mhux affarina) u għandek €650,000 x'taħli jew taħbi naċċettawk bħala Malti, mhux affarina intix iswed, b'għajnejk imġebbdin, bjond, qasir jew twil. Int x'int la għandek il-flus TAGĦNA WKOLL. Iżda jekk int iswed, bla pajjiż u bla familja u ġejt bid-dgħajsa, nilqgħuk kontra qalbna u nittolerawk sa ma nsibu fejn nitfgħuk. BREAKING NEWS Se jiġi mgħallem iċ-Ċiniż fl-iskejjel primarji Maltin … u hekk ikunu jistgħu jaqraw l-istruzzjonijiet tat-toys li jinġiebu miċ-Ċina u kif tixgħel id-dawl b'irħis … Tatà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 October 2013