Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
24 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 Kummerċjali u Klassifikati Ix-xagħar... jew in-nuqqas tiegħu Id-dehra esterna iktar ma jmur qed tingħata importanza, mingħajr ebda differenza fissessi. Illum kulħadd konxju ta' kif jidher, u lanqas tista' ma tkunx daqskemm hawn prodotti u mezzi li jgħinuk tidher aħjar, jew jistgħu jġibuk tidher kif kont qabel. Dan il-ġurnal tkellem ma' Lawrence Calleja, koordinatur tal-Follicle Unit Extraction u infermier fit-teatru ta' St. James Transforma fejn tkellem dwar it-trapjanti tax-xagħar u x'jikkawża persuni biex jagħmlu dawn it-trapjanti. Li x-xagħar jeħfief, mhix xi ħaġa li tista' tiġi evitata faċilment. Statistiċi juru li tnejn minn kull tliet irġiel jaqagħlhom xagħarhom tul ħajjithom. Uħud jibdew minn età żgħira bl-iktar età komuni tkun dik ta' 17-il sena. Millbanda l-oħra, 36% tan-nisa għandhom ċans li jeħfifilhom xagħarhom bl-iktar età komuni tkun ta' bejn l-40 u l-50 sena. Lawrence, li ilu jaħdem f 'dan il-qasam disa' snin, tkellem dwar id-diversi raġunijiet li jikkawżaw il-150,000 xagħra li għandna f 'rasna li jiddgħajfu u jibdew jonqsu biż-żmien. Tajjeb ukoll ngħidu li l-bjondi jkollhom iktar xagħar minnormal. Raġuni ewlenija hija l-fattur ġeneriku li wieħed ma jistax jevita jekk tkun tiġri fil-vini tal-familja li jeħfief ix-xagħar biż-żmien. L-istress huwa l-kawża sekondarja li jikkawża li tiddgħajjef ilbasla, jew anke xi trawma fost kundizzjonijiet oħra. Id-dieta wkoll taffettwa li jeħfief ix-xagħar, l-iktar xi dieta stretta fejn jonqsu n-nutrijenti u tista' anke tmewwet il-basla. Fost il-każi hemm vittmi ta' anoressja u bulimja. L-alkoħol b'ammonti kbar u d-drogi, b'mod speċjali l-kokaina, jżidu d-dgħufija tal-basla u jikkaġunaw li x-xagħar jaqa' ta' età żgħira ħafna. Vittmi ta' persuni li kienu, jew għadhom jabbużaw, mill-kokaina jispiċċaw li saħansitra t-trapjant tax-xagħar ma jkunx jista' jsir hekk kif il-basla tinqered minħabba dawn is-sustanzi. Fattur interessanti hu li meta mara tgħaddi minn tqala jkollha tibdil ta' ormoni u b'hekk jista' jikkawża li jeħfief ix-xagħar ukoll. Dan huwa faċilment ikkurat permezz ta' vitamini u jerġa' jiġi lura kollox għannormal ladarba l-omm twelled. Persuna li juża prodotti tax-xagħar bħal wax u gel u anke jkollu tendenzi ġenetiċi li jeħfieflu xagħru jrid joqgħod attent aktar u jaħsel xagħru ta' spiss biex ineħħi l-kimiċi li jimblukkaw l-arja lix-xagħar. Uħud jgħidu wkoll li meta persuni jilbsu skufji u brieret jistgħu jikkawżaw ix-xagħar li jeħfief. Lawrence iżda jgħid li ladarba x-xagħar ikun espost għall-arja, m'għandu jkun hemm l-ebda problemi. Millbanda l-oħra jgħid li lanqas mhu tajjeb li tibqa' b'maktur jew skufja għal 24 siegħa għax tista' ddgħajjef il-basla. Lawrence jiltaqa' ma' diversi persuni b'każijiet differenti u huwa xhud tal-irwol importanti li x-xagħar jilgħab fil-ħajja tal-Maltin. Iltaqa' ma' każijiet ta' suwiċidju li jaffettwaw il-klijent, dipressjonijiet u anke relazzjonijiet li tħassru minħabba n-nuqqas ta' xagħar! Lawrence kellu każijiet ta' persuni saħansitra 'l fuq minn 70 sena, kemm nisa u anke rġiel, li rnexxew. B'każijiet oħra ta' tfal ta' 14 u 15-il sena li jaqagħlhom xagħarhom minħabba d-diżordni msejħa Trichotillomania, fejn xi persuni jiġbdu u jaqilgħu xagħarhom stess l-iktar minħabba raġunijiet ta' stress u nervi. It-trapjant irid isir permezz tal-istess persuni, jiġifieri, fil-proċedura, meta jinqalgħu basal ħajjin u jiġu miżrugħin fil-kumplament tal-qurriegħa li hija iktar mingħajr xagħar, il-basal iridu jkunu minn talistess persuna. Il-basal jinqalgħu minn fuq wara tar-ras, f 'każijiet rari, fi trapjanti fuq l-irġiel jittieħdu wkoll il-basal missider. It-trapjant isir f 'ġurnata waħda u l-massimu ta' xagħar Lawrence Calleja, koordinatur talFollicle Unit Extraction f'St. James Transforma. Pazjent Malti li għamel transplant, hawn jidher qabel u wara tal-proċess. li jista' jinqala' hu ta' 3,000. Dak ix-xagħar li jinqala' irid jerġa' jinżera' fl-istess ġurnata. Ix-xagħar jinqala' minn żona folta u wara li jitnaddfu u jiġu eżaminati jekk humiex b'saħħithom biżżejjed, jinżergħu fil-parti tal-qurriegħa l-iktar vojta, normalment fejn ikun xtaq il-klijent. Il-basal jinżergħu fl-angolu tal-basla tal-pazjent sabiex kollox jibqa' naturali kemm jista' jkun. Matul il-proċess il-pazjent jingħata loppju lokali u dan l-intervent ma jħallix marki jew farretti fil-ġilda ħlief ittoqba tal-basla ta' inqas minn millimetru, li tagħlaq waħedha wara l-intervent. Din itteknika hi msejħa Follicle Unit Extraction, li hija l-iktar teknika popolari fil-pajjiżi kollha u tikkawża ftit li xejn uġigħ matul il-proċess. Dawk li imma jkunu alkoliċi jew jabbużaw mid-drogi se jħossu ftit iktar uġigħ minnormal. Lawrence, li kien wieħed mill-pijunieri tat-taqsima ta' St. James Transforma, jappella biex wieħed dejjem jibża' għal xagħru, b'mod speċjali jużaw żebgħa nieqsa mill-ammonja. Wara kollox iktar ma jgħaddi ż-żmien kulħadd qed isir iktar konxju tad-dehra ta' barra. Kulħadd qed jagħti iktar kas ta' kif jidher, u jekk tinsa lil xagħrek, tkun qed tnaqqas wieħed mill-fatturi tas-sbuħija li għandu l-bniedem. U kif wara kollox saħħqu missirijietna, "l-ewwel ma tiekol l-għajn!" L-iPhone 5s - GO tal-ewwel biex joffruh Banif iniedi kont 'Biz GO hija l-ewwel fornitur tal-mowbajl f 'Malta fejn l-iPhone 5s huwa disponibbli għall-klijenti mill-ħwienet tagħha f 'Malta u f 'Għawdex. Dan l-Ismartphone l-aktar riċenti ta' Apple għandu karatteristiċi eċċezzjonali li jinkludu l-fingerprint senser il-ġdid ta' Apple, chip 64-bit A7 l-aktar riċenti, sistema operattiva ġdida iOS 7, kamera aġġornata u abbundanza ta' apps eċċezzjonali. Dawn il-karatteristiċi jagħmlu l-iPhone 5s indispensabbli għal min iħobb juża l-ismartphones speċjalment dawk li jifhmu ħafna fitteknoloġija avvanzata. iPhone 5s huwa mibni fuq l-aħħar teknoloġija u għalhekk teknoloġikament avvanzat u ovvjament wieħed mill-aħjar smartphones fis-suq. Igawdi bosta vantaġġi ewlenin inklużi iOS 7 bi proċessur dual-core 1.7Ghz, netwerk quad band EDGE/3G, HSDPA 42Mbps, HSUPA 5.7Mbps, konnettività Bluetooth u WiFi, memorja li tinkludi 16/32GB interna u 1GB RAM, LED-backlit IPS TFT, capacitive touchscreen, kuluri 16M, kamera 8MP bi vidjow HD u kamera 1.2MP sekondarja bi vidjow HD, GPS bi A-GPS sapport li jrendu l-esperjenza tal-użu tal-iPhone 5s sempliċiment straordinarja! L-iPhone 5s jinbiegħ għal €799 iżda l-klijenti li jagħżlu biex jabbonaw għal wieħed mit-tariffi tal-mowbajl Limitless ta' GO jistgħu jakkwistawh għal €199 mal-LIMITLESS99, €499 mal-LIMITLESS60 u €599 mal-LIMITLESS35 meta jiffirmaw għal ftehim ta' sentejn. Għal aktar dettalji dwar il-iPhone 5s il-klijenti huma mistiedna li jaslu wasla sa wieħed mill-ħwienet ta' GO jew ir-resellers esklussivi f 'Malta u Għawdex fejn jistgħu jabbonaw għallplans tal-LIMITLESS. Huma jistgħu jċemplu fuq 146 b'xejn minn konnessjoni GO mobile jew 79222146 minn linji oħra, iċemplu Freephone 80072121 (servizz b'xejn) jew iżuru www.go.com.mt . Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Flex' għal żmien limitat Banif Bank nieda kont ġdid għal żmien qasir, il-Biz Flex Account, kont b'terminu fiss immirat lejn klijenti tannegozju. Il-kont hu disponibbli għal termini ta' tlieta, sitta jew 12-il xahar u jħalli lill-klijenti jiġbdu flushom (kollha jew parti minnhom) tul it-terminu, għal aktar flessibbiltà. Dawk li jiġbdu flushom qabel ma jimmatura l-kont xorta waħda jistgħu jieħdu l-imgħax kemm fuq l-ammont miġbud kif ukoll fuq l-ammont li jibqa' fil-kont Biz Flex. Il-kont jista' jinfetaħ b'bilanċ minimu ta' €100,000 b'rata vantaġġjuża ta' 2.625% gross p.a. fuq terminu fiss ta' 12-il xahar, denominat fl-ewro. "Dan il-prodott hu differenti minn oħrajn għax jindirizza l-ħtiġijiet ta' dawk in- negozjanti li jista' jkollhom flus f 'idejhom għall-perjodu qasir," qal Dirk Spiteri Lucas, Kap tal-Prodotti u l-Istrateġija, Banif Bank (Malta) plc. "Il-klijenti m'għandhomx għalfejn jinkwetaw li jistgħu jitilfu opportunità tajba ta' negozju għaliex għandhom is-serħan il-moħħ li jekk ikollhom bżonn, jistgħu jiġbdu flushom, mingħajr ma jintalbu spjegazzjoni! Din il-flessibiltà u r-rati vantaġġjużi jagħmlu dan il-prodott uniku fis-suq." Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Wieħed jista' jikseb aktar tagħrif billi jċempel lillBanif Corporate & Business Banking Unit fuq 22601000 jew iżur Level 1, 125-126, Main Street, San Ġiljan, jew Level 1 189, Triq in-Naxxar, San Ġwann.