Illum previous editions

illum 13 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

Min ifaħħar u min im 10 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 Malta, iċ-Ċina, il-ftehim, l-Enemalta u d-dawl. Dawn kienu ħames kelmiet li spikkaw matul dawn l-aħħar ġimgħat. Min faħħar il-Memorandum of Understaning li l-Gvern Malti ffirma maċ-Ċina fil-qasam tal-enerġija u min qal li dan wassal għal tħassib serju dwar il-kontroll tal-prezz tad-dawl. Oħrajn qalu li dan il-ftehim ser ikun ta' periklu għall-ħaddiema talEnemalta. Dan se jwassal lill-kumpanija Ċiniża biex tinvesti madwar €200 miljun fil-kumpanija Enemalta, kumpanija li għandha mat-€800 miljun. Dan il-ftehim ser ikun segwit b'negozjati fid-dettall. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil xi individwi dawn iż-żewġ mistoqsijiet: 1. Dwar il-Memorandum of Understanding li l-Gvern Malti għamel maċ-Ċina, taħseb li dan ser ikun ta' periklu għallħaddiema tal-Enemalta? 2. Taħseb li dan il-ftehim jista' jwassal għall-kwistjoni serja dwar il-kontroll tal-prezzijiet tad-dawl? JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt Karm Farrugia – Ekonomista 1. Altru minn hekk. Anzi, għandu jkun l-aqwa garanzija biex l-impjegati tal-Enemalta jserrħu moħħhom millinċertezza kiefra li ilhom snin issa jaħdmu taħtha. M'għandix l-iċken dubju li ċ-Ċiniżi ser jinvestu flEnemalta għax kummerċjalment jaqblilhom. Illum ħadd ma jemmen li jista' jkun hemm xi element politiku fl-investimenti Ċiniżi. Id-deċiżjoni ħaduha wara li studjaw bir-reqqa l-pjanijiet tal-Gvern fuq dak li għandu x'jaqsam mal-enerġija mill-bidu sal-aħħar. U kkonvinċew ruħhom bil-viabbiltà, anki profitabbilità, f'medda ta' snin ta' mhux aktar minn ħamsa. Sa dak iż-żmien sehemhom mill-profitti jkun kopra mill-inqas l-investiment oriġinali u forsi jkun ukoll impetus biex jistabbilixxu f'Malta azjendi oħra li jservu s-suq Ewropew. 2. Il-prezz tad-dawl bilfors kien fattur kruċjali fil-kontijiet li ċ-Ċiniżi għamlu biex qablu fil-prinċipju li jinvestu somma tant konsiderevoli. Minn dan jien m'għandix dubju. Il-Gvern wiegħed li jnaqqas il-prezz tal-elettriku għall-konsumatur mhux billi jkompli jkabbar it-telf tal-Enemalta (li wassalha biex illum għandha dejn ta' €840 miljun), iżda billi jaqsam malkonsumatur parti millqligħ li hu ppjanat li ser jirriżulta mit-trasformazzjoni radikali tal-enerġija f'kull stadju. Dan, iċ-Ċiniżi studjawh u aċċettawh. Jien ma narax diżgwid. Stefano Mallia – Kandidat għall-Elezzjoni talParlament Ewropew, PN 1. Il-verità hi li s'issa nafu ftit li xejn dwar dak li ġie miftihem maċ-Ċina. Għalhekk huwa diffiċli li tagħmel assessjar sħiħ ta' x'jistgħu jkunu l-implikazzjonijiet. Jien diġà esprimejt ruħi pubblikament fuq dan is-suġġett f'artiklu li deher fit-Times riċentament fejn għamilt diversi mistoqsijiet dwar il-memorandum innifsu iżda wkoll dwar għalfejn il-Gvern Malti pprefera jmur għand Gvern barrani għall-investment minflok mar għand il-privat. Naħseb li tajjeb li nkunu nafu wkoll kif il-gvern Malti wasal għaċ-ċifra ta' €200 miljun biex biegħ 35% tal-Enemalta. Kif nistgħu nkunu nafu li l-istess 35% ma jiswewx iktar minn €200 miljun, u kif nistgħu nkunu nafu li ma hemm ħadd mis-settur privat (lokali jew barrani) li kien lest li joffri iktar minn dak li offra l-Gvern Ċiniż? 2. Li naħseb hu ħażin huwa li l-Gvern Malti mhux qiegħed jagħti l-informazzjoni sħiħa fuq dan il-Memorandum u minflok qegħdin nisimgħu biċċa biċċa dak li jista' jkun fih. Dan jagħti skop għal ħafna spekulazzjonijiet. Eżempju ċar ta' dan huwa fejn f'48 siegħa smajna lill-Kap tal- Oppożizzjoni jsemmi ċ-ċifra ta' 20%, il-Prim Ministru jgħid li ma hemmx qbil fuq ċifra u mbagħad membru tal-Kabinett isemmi ċ-ċifra ta' 35%. Jekk dan il-Memorandum hux ser ikun ta' periklu għal ħaddiema tal-Enemalta jew le jew jekk jistax iwassal għallkwistjoni serja dwar il-kontroll tal-prezzijiet tad-dawl jista' biss jirrispondi l-Prim Ministru għax donnu hu biss jaf eżatt id-dettalji ta' dan il-Memorandum. Marlene Mizzi – Membru tal-Parlament Ewropew, PL 1. Jiena ma rajtux dan ilMemorandum of Understanding u għalhekk ma nistax nirrispondi fid-dettal fuqu. Iżda li kumpanija tagħmel partners strateġiċi billi tbegħilhom minoranza ta' ishma fil-kumpanija, hi xi ħaġa normali. Il-gvern Malti xorta ser ikollu l-maġġoranza għax, milli qrajt, iċ-Ċiniżi ser ikollhom biss minority shareholding. Dan ifisser li ser ikun hemm injezzjoni ta' kapital f'kumpanija li għandha diffikultajiet finanzjarji serji kif ikoll possibbiltà ta' ´knowhow´ teknoloġiku, li ċ-Ċiniżi magħrufa tant għalih. Jien anzi, ngħid prosit lil min innegozja dan il-partnership strateġiku meta dak li kien qed jinnegozja hi kumpanija b'dejn enormi. Meta kumpanija jkollha injezzjoni ta' kapital, dan isaħħaħha finanzjarjament u għalhekk jonqos bil-kbir il-periklu ta' falliment u telf ta' impjiegi. 2. Naħseb li sakemm ilkontroll ta' din il-kumpanija ta' importanza strateġika u essenzjali tibqa' f'idejn il-Gvern Malti se jibqa' jkun hemm kontroll strett fuq il-prezzijiet tad-dawl biex ma jkunx hemm tbatija għaċ-ċittadini fuq dan is-servizz essenzjali. Il-Gvern Laburista għamel il-kontroll għall-prezzijiet tad-dawl bħala l-'cavallo di battaglia' tal-kampanja elettorali tiegħu u diġà hemm il-wegħda li d-dawl ser jorħos. Din hi garanzija ta' kemm il-Gvern Laburista hu konxju ta' kemm hu importanti li żżomm kontroll fuq il-prezz tad-dawl għall-ġid tan-nies privati, in-negozji u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 October 2013