Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 | illum 15 Persentaġġ żgħir ta' priġunieri bi programm ta' riabilitazzjoni JAMES J. PISCOPO IL-GAZZETTA 'Illum' hi infurmata li minn dawk kollha li jidħlu l-ħabs b'akkużi ta' droga, huwa biss persentaġġ żgħir li jagħmlu programm ta' riabilitazzjoni. Informazzjoni li ħarġet filParlament turi li matul l-2012, kien hemm 82 persuna li nstabu ħatja b'akkużi relatati mad-droga iżda fl-istess sena, kienu biss sitta li kienu qed jagħmlu l-programm ta' riabilitazzjoni. Madankollu, skont sorsi fil-faċilità korrettiva ta' Kordin innumru attwali hu ta' madwar ħmistax. Mistoqsija dwar dan, kelliema għall-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali qalet li wieħed irid jara kemm minn dawk it-82 persuna għandhom problema ta' abbuż ta' droga. "Hemm numru minnhom li kienu akkużati bi traffikar jew pussess waqt li m'abbużawx mis-sustanzi huma personalment. Is-sitwazzjoni ideali tkun li l-persuni kollha li għandhom problema ta' droga jingħataw iċ-ċans li jindirizzaw il-problema tagħhom. Madankollu dan mhux bilfors isir. Jista' jkun li xi priġunieri jirrifjutaw huma stess li jsegwu l-programm, filwaqt li oħrajn ma jkunux eleġibbli skont bord apposta," qalet il-kelliema. Il-bord fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hu magħmul minn persuni professjonali li jkunu huma li jiddeċiedu jekk priġunier hux eleġibbli jew le għallprogramm ta' riabilitazzjoni. Dan wara li l-każijiet talpriġunieri jkunu eżaminati minn persuni professjonali oħra li jinkludu psikjatri, psikologi u social workers. Skont il-Fondazzjoni għasServizzi tal-Ħarsien Soċjali, dawk li ma jkunux iridu programmi ta' riabilitazzjoni jew ma jkunux eleġibbli, ikunu osservati mill-ħabs stess. Din il-ħidma ssir minn professjonisti bbażati hemm u minn impjegati oħra talAġenzija Sedqa, "li jżuruhom regolarment skont kif l-istess Aġenzija tqis addattat." L-istess informazzjoni fil-Parlament turi kif matul l-2012, l-awtoritajiet qabdu aktar minn elf pillola ecstacy u 1.3kg ta' eroina. Rigward Kannabis, instabu 16.5kg reżina tal-kannabis, 46 pjanta u 73 żerriegħa tal-kannabis. Il-KMS tiċħad żieda fil-prezzijiet JEROME CARUANA CILIA "GĦOLLEW il-miżata. Ma tawniex raġuni valida. Forsi din hija taxxa indiretta?" Persuni li jattendu programmi ta' fitness filKumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop u li tkellmu ma' din il-gazzetta, ilmentaw li minn nhar is-Sibt 12 ta' Ottubru, ser ikun hemm żieda fil-miżata biex wieħed jagħmel sessjoni kompluta fil-kumpless sportiv ta' Ħal Kirkop. Iżda l-Kap talProgrammi tal-Kunsill Malti għall-iSports (KMS) Robert Portelli, ċaħad dan kollu. Hu qal li dan mhux minnu u li l-prezzijiet ser jibqgħu kif kienu fiż-żmien preċedenti. "X'inhi r-raġuni li kien hemm din iż-żieda fil-ħlas tal-miżata? Min iddeċieda li ssir din iżżieda? Għalfejn ma ġejniex infurmati qabel b'mod formali; iżda biss meta kellna l-ewwel sessjoni u konna infurmati mill-instructor?" Madankollu, Robert Portelli qal li din ilkwistjoni żgur ġrat minħabba nuqqas ta' komunikazzjoni bejn l-instructor u l-membri li jattendu dan il-Kumpless. "Fejn qabel konna nħallsu €10 għal kull sessjoni, issa dan l-ammont żdied għal €46," komplew dawn is-sorsi. Dawk li tkellmu mal-gazzetta ILLUM saħqu li min ma jħallasx dan l-ammont ma jkunx jista' jagħmel użu mill-faċilitajiet kollha tal-gym: bħal blalen kbar, dumbles, steppers, u anke foam mats. Però l-Kap talProgrammi tal-KMS qal li dan mhux minnu. Is-sessjonijiet ta' fitness huma l-istess irrispettivament mill-ġurnata li jsiru u mill-prezz li wieħed iħallas. "Dawn is-sessjonijiet jibdew minn Ottubru u jibqgħu sejrin sa Mejju. Il-miżata hi biss ta €10 jew €46, skont il-ġurnata meta jsir il-programm. Il-membri tagħna jħallsu vera ftit meta mqabbel malmiżati li jitolbu postijiet oħra. Madankollu, jidher li nhar is-Sibt li għadda kien hemm xi nuqqas ta' ftehim bejn il-head coach u l-instructor," kompla Portelli. Hu qal li trid issir distinzjoni bejn programm tal-fitness normali u dak ta' high intensity interval training. F'dan talaħħar wieħed jagħmel użu Il-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop li nfetaħ fis-17 ta' Mejju 2012 minn ħafna iktar faċilitajiet. "Din is-sena għamilna investiment ta' madwar €4,000 biex inkomplu ntejbu dawn ilfaċilitajiet," sostna Portelli. Robert Portelli qalilna li l-għan ta' dawn is-sessjonijiet hu biex il-ġenituri li jibgħatu lill-uliedhom għas-sessjonijiet ta' Skolasport nhar ta' Sibt filgħodu, minflok li ma jagħmlu xejn, ikunu jistgħu jkunu attivi huma ukoll. "Suppost il-prezz talprogramm tal-fitness huwa ta' €46, iżda biex inħajru lillġenituri jkunu attivi il-prezz huwa biss ta' €10," sostna l-Kap tal-Programmi tal-KMS. Dawn is-sessjonijiet jiġu offruti fis-seba' ċentri prinċipali ta' Skolasport li huma l-kumpless sportiv tal-Marsa, dak tal-Kottonera, dak talQroqq u Ħal Kirkop kif ukoll fl-iskola sekondarja subien tal-Mosta, l-iskola sekondarja subien tal-Ħandaq kif ukoll l-iskola sekondarja tal-bniet ta' Pembroke (ex-Sandhurst).