Illum previous editions

illum 20 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

Il-Parlament Ir-rotta talu Strada ġurnalist Stretta 14 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 Jerome Caruana Cilia Din id-darba l-ġurnalist kellu rotta kemxejn differenti. Żewġ postijiet magħrufa u li xi darba jew oħra żgur li kienu fuq fomm kulħadd. Mill-Parlament għal Strada Stretta. Rotta qasira ħafna li iżda fiha ħafna Storja. PALAZZ TAL-PRESIDENT U PJAZZA SAN ĠORĠ Tfal jilagħbu, anzjani jistrieħu u turisti jistgħaġbu... Din hi xena ta' kuljum li ssib fi Pjazza San Ġorġ. Ta' min ifaħħar l-indafa f'din il-pjazza. Minkejja li kemm-il darba l-Maltin ġejna akkużati li nħammġu u ma nnaddfux warajna, din il-pjazza hija miżmuma pinna. Kien fis-6 ta' Diċembru 2009 li saret l-inawgurazzjoni ta' din il-pjazza. L-għan ewlieni ta' dan il-proġett kien li l-pjazza tkun tista' tingħata lura lill-pubbliku fil-glorja kollha tagħha. IT-TRIQ TAL-KONTROVERSJI Strada Stretta hija triq dejqa, sempliċi u tixbah bosta toroq oħrajn li nsibu fl-ibliet u l-irħula tagħna. Iżda din it-triq għandha passat partikolari ħafna. Strada Stretta hija triq famuża fil-belt kapitali u hija sinonima ma' passat kemxejn differenti minn dak tal-lum il-ġurnata. Dak iż-żmien, minbarra li kienet magħrufa għall-element ta' divertiment li kienu kapaċi joffru l-istabbilimenti tax-xorb f'din it-triq, kienet magħrufa wkoll għall-atti żienja ta' xi wħud li kienu jiffrekwentawha. Fl-imgħoddi kienu jispikkaw il-ħwejjeġ imdendla minn dar għall-oħra. Dan kollu jkompli joħroġ l-element mistur ta' din it-triq. DJAR VOJTA Fi Strada Stretta nsibu numru ta' djar vojta. Kif tistgħu taraw fir-ritratt, ħafna minn dawn id-djar huma mitluqa u mwarrbin. F'pajjiżna hawn aktar minn 72,000 dar residenzjali vojta. IŻ-ŻEWĠ SULDATI LI JGĦASSU L-PARLAMENT Min jaf xi sħana jħossu, iżda b'impenn liema bħalu, huma jaqdu dmirhom b'mod eżemplari. Minbarra li hu l-Uffiċċju tal-President, il-Palazz iservi wkoll bħala s-sede tal-Kamra tarRappreżentanti u hu mżejjen b'armerija, li tixhed il-kisbiet il-kbar li għamel l-Ordni fiżżminijiet mgħoddija. Kien fi żmien il-ħakma tal-Gran Mastru Jean de La Cassière (1572-1581) li ttellgħet l-ewwel binja f'dan il-post bil-għan li tintuża bħala l-Palazz tal-Gran Mastru. TGĦID X'KIEN JIĠRI F'DAN IL-BAR? Ħajja laxka, bla rażan u divertiment sfrenat. Din kienet l-atmosfera fi Strada Stretta flimgħoddi. F'din it-triq insibu lin-New Life Music Hall. Bar li llum huwa mitluq u ma jintużax. Min jaf kemm Maltin u anke barranin daħlu jieħdu xi grokk fih. Min jaf kemm persuni saru jafu lil xulxin permezz ta' dan il-bar. BEATO FRA LE DONNE Il-Beatu Malti Nazju Falzon (1813-1865) kien jgħix f'nofs din it-triq fil-qalba ta' din l-attività kollha. Il-Beatu Falzon baqa' magħruf għall-appostolat li kien jagħmel fost ir-reġimenti Ingliżi li kienu Malta. F'dak iż-żmien pajjiżna kien kolonja Ingliża u għalhekk il-portijiet Maltin kienu mimlija suldati u baħrin Ingliżi. Fi żmien il-Gwerra tal-Krimea (1853-1856) ħafna reġimenti kienu stazzjonati f'Malta. Fil-Port il-Kbir kont tara ankrati vapuri tal-flotta Ingliża, bid-duħħan ħiereġ miċ-ċmien sofor tagħhom dejjem lesti biex isalpaw għal xi destinazzjoni ġdida. Il-Beatu Nazju Falzon, li kien imdawwar minn mijiet ta' suldati u baħrin Ingliżi li ta' kuljum kienu jimlew ittoroq tal-Belt, xtaq li jkun ta' ġid għalihom. Kellu bħal don speċjali kif kien jitħabbeb magħhom u kien jistedinhom għal-laqgħat tad-duttrina.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 October 2013