Illum previous editions

illum 20 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 | illum 13 Ritratt: Ray Attard Laburist" – Mario Cutajar "Fil-passat ukoll kienu daħlu impjegati ġodda minn barra ċ-ċivil, anzi qabel kien hemm dulluvju." b'mod politiku "għax wara kollox dak hu xogħlu", iżda li min-naħa l-oħra s'issa ma nnutax xi kunflitt bejn tmexxija ta' gvern u tmexxija ta' partit. Il-lealtà u l-burokrazija Meta l-kap taċ-Ċivil u s-segretarji permanenti nħatru f 'April li għadda, fid-diskors tiegħu Cutajar sostna li dawn mhux biss għandhom iwiegħdu l-lealtà tagħhom lejn il-Gvern u l-Prim Ministru, imma wkoll lejn il-poplu. Kienu qed jinkwetaw li ma jkunx hemm lealtà fil-konfront tal-Gvern kif forsi ġara fil-passat? "Ma konniex qed naħsbu fuq nuqqas ta' lealtà. B'dak id-diskors, jien ridt inwassal il-messaġġ biex nħarsu 'l barra u mhux 'il ġewwa. Jiġifieri rridu nsaħħu l-istrutturi biex naqdu lin-nies; servizz pubbliku li ma jipproteġix lilu nnifsu imma liċ-ċittadin. Għax jien irrid servizz pubbliku li jaddatta għall-bżonn tan-nies u mhux in-nies ikollhom jaddattaw għassistema taċ-ċivil. Biżżejjed tieħu s-sitwazzjoni preżenti: jibgħatuk 'l hemm u jibgħatuk 'l hawn." Din ir-riforma li jrid Mario Cutajar tmur id f 'id malwegħda tal-Partit Laburista li jaqta' l-burokrazija b'25%. Hu jsostni li l-aktar qasam li jeħtieġ simplifikazzjoni tal-burokrazija huwa dak tas-servizzi soċjali, għax hemm il-burokrazija taffettwa l-aktar nies vulnerabbli. Priorità oħra tas-simplifikazzjoni tal-burokrazija tikkonċerna n-negozju, biex tkun aktar faċli li wieħed jinvesti flusu u jagħmel negozju hawn Malta. Relazzjoni tajba mal-unjins Cutajar fiduċjuż li l-passat tiegħu fit-trejdunjoniżmu se jkun ta' vantaġġ għalih f 'din il-kariga. "Waqt xi diskussjonijiet, ġieli ninnota li xi argumenti tiegħi jkunu ġejjin miż-żmien li qattajt fil-GWU. Meta nitkellem malunjins ma ndumux ma naqblu u infatti l-laqgħat li jkolli magħhom ma jdumux wisq. Naf li l-unjins iħossuhom aktar komdi jkellmuni u jċempluli x'ħin iridu. Minħabba ċ-ċirkustanzi, bħal kull organizzazzjoni l-unjins jinbidlu matul iż-żmien imma żgur li għad hawn bżonnhom illum," itemm jgħid Mario Cutajar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 October 2013