Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
12 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 "Ma nħtartx qabel għax L I l-kap taċ-Ċivil u s-segretarju permanenti prinċipali Mario Cutajar, sostna mal-Illum li l-ħatra tiegħu ma kinitx kontroversjali. Dan għaliex skont hu, il-kariga ma ngħatatlux qabel minħabba diskriminazzjoni politika biss. "Ma sirtx qabel għax kont Laburist. Jew ejja ngħidu m'avvanzajtx minflok sirt, għax m'għandi dritt nistenna xejn. Fl-aħħar snin ġejt miżmum milli navvanza sempliċiment għax kont affiljat mal-Partit Laburista. Dan minkejja li kull fejn servejt, ix-xogħol u t-twemmin politiku għalija qatt ma ltaqgħu," jgħid Cutajar mill-uffiċċju tiegħu f 'Kastilja. B'rabta ma' dan, hu jfakkar li għadu qed jistenna mill-Qorti biex tiddetermina jekk kienx hemm diskriminazzjoni politika kontrih fl-aħħar leġislatura ta' Gvern Nazzjonalista. Cutajar għandu passat twil fiċ-ċivil kif ukoll fil-qasam trejdunjonistiku, fejn serva bħala deputat segretarju ġenerali talGWU sal-2002. Hu kien serva wkoll f 'diversi livelli fil-PL, minn kumitat lokali għall-pubblikazzjoni dwar l-istorja tal-partit. Mistoqsi jekk stenniex li jingħata l-ħatra tal-kap taċ-ċivil, Cutajar spjega li kien qed jistenna li javvanza iżda li ma kellu l-ebda dritt jistenna l-Prim Ministru jgħajjatlu. Jgħid ukoll li minkejja li kellu x-xewqa li jagħti sehmu fit-tmexxija tal-Gvern Laburista, hu qatt ma kien iddiskuta dan ma' Joseph Muscat qabel l-elezzjoni. Iċ-ċivil: "Kuntent iva, kuntentissimu le" Bi snin twal t'esperjenza fiċ-ċivil, Cutajar jgħid li ra ċ-ċivil jinbidel f 'diversi modi, u li ċ-ċirkustanzi tal-pajjiż - fosthom is-sħubija malUnjoni Ewropea - ikkonfermaw kemm iċ-ċivil huwa flessibli, li hi xi ħaġa pożittiva skont hu. Jgħid li fost l-affarijiet li nbidlu, hemm li l-'accountability' marret lura u għaldaqstant sal-aħħar tassena se jkun qed idaħħal diversi miżuri biex tissaħħaħ f 'kull dipartiment. Kemm hu sodisfatt b'dak li rnexxielu jagħmel s'issa bħala kap taċ-Ċivil f 'dawn is-seba' xhur? Mario Cutajar dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċivil, transfers u l-passat tiegħu fil-politika. James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt "Għaddew seba' xhur diġà?!" jweġibni b'daħqa, qabel jissokta jirrispondi b'aktar serjetà. "Kuntent iva, kuntentissimu le… għax dejjem irrid ħafna aktar. Il-ħin hu dak li hu u hemm ħafna xogħol x'isir, li jfisser li l-ħames snin li ġejjin se jkunu mimlijin u impenjattivi. Imma s'issa mxejna mingħajr sulluzzu u b'viżjoni ċara. Dħalna fil-karigi b'ċertu entużjażmu li qed isarraf u x-xogħol qed jidher." Inkompli l-intervista billi nsaqsih x'idejqu l-aktar miċ-ċivil u x'direzzjoni jrid jagħti. "Sibt sitwazzjoni fejn ix-xogħol jiġi delegat minn isfel għal fuq minflok bil-kontra. Deċiżjonijiet jittieħdu biss minn fuq, qisu ħadd mhu motivat li jiddeċiedi hu, jew inkella hemm min ma jkunx irid jerfa' r-responsabbiltà," isostni l-kap taċ-Ċivil. Mario Cutajar jirrakkonta kif meta daħal fil-kariga sab ma' wiċċu numru konsiderevoli ta' problemi li kienu ilhom biex jiġu indirizzati saħansitra sentejn. Għaldaqstant, iddeċieda li jiltaqa' mas-segretarji permanenti kollha darba filġimgħa, b'differenza ma' dak li kien isir fil-leġislatura li għaddiet fejn kienu jiltaqgħu darba fix-xahar biss. Jgħid ukoll li fil-preżent qed iħarsu lejn ir-riforma li saret fisservizz pubbliku fl-ewwel nofs taddisgħinijiet, u xi frott ħalliet. "Fl-aħħar snin l-effiċjenza tasservizz pubbliku marret lura. F'dik l-ewwel riforma nħasset il-ħtieġa ta' investiment fit-teknoloġija, issa għandna l-investiment meħtieġ imma l-informazzjoni mhux qed tintuża sew. Nagħtik eżempju: ilgvern ġa għandu l-informazzjoni bażika ta' meta persuna jirtira. Allura għalxiex lil dan il-persuna rridu ngħadduh mill-proċess burokratiku li jrid japplika bilfors biex jieħu dak li hu intitolat "S'issa mxejna mingħajr sulluzzu u b'viżjoni ċara. Dħalna fil-karigi b'ċertu entużjażmu li qed isarraf u x-xogħol qed jidher." għalih?" Żorr, dixxiplinat, vendikattiv? Mhux l-ewwel darba li jiddeskrivuh bħala żorr u dixxiplinat, u jagħtini x'nifhem li jaqbel sa ċertu punt mat-tieni aġġettiv iżda mhux ma' l-ewwel wieħed. "L-aktar meta niftehmu fuq linja li għandha tittieħed u ma jsir xejn, jew li xi ħaġa ma ssirx saż-żmien stipulat. Iva hemm nirrabja imma aktar narani dixxiplinat milli żorr." Meta nsemmilu l-aġġettiv 'vendikattiv' jinġibed ftit lura u jgħidli li din il-kritika m'għandha l-ebda bażi ta' verità. "Qatt ma smajt b'din," jgħidli ftit maħsud. Ħatriet politiċi u transfers Waqt din l-intervista, ma stajtx nonqos milli niddiskuti miegħu t-transfers u l-ingaġġ ta' bosta Laburisti f 'diversi ministeri. Imma Cutajar mal-ewwel jenfasizza li din ma kinitx l-ewwel darba u li dejjem hekk ġara fil-passat. "L-ingaġġ li qed tgħid inti huma ta' nies li ddaħħlu fil-ministeri. Dawn in-nies dejjem iddaħħlu millministri rispettivi. Fil-passat ukoll kienu daħlu impjegati ġodda minn barra ċ-ċivil, anzi qabel kien hemm dulluvju. Aħna għedna li jidħlu biss f 'postijiet li għandhom bżonn li jgawdu mill-fiduċja tal-ministri." Nirrimarkalu li anke postijiet bħal receptionists u xufiera mtlew minn nies ġodda, iżda hu jibqa' jsostni li dawn ukoll huma importanti li jkunu okkupati minn nies qrib ilministri. Mistoqsi x'kriterji ntużaw biex iddeterminaw liem segretarji permanenti kellhom jibqgħu u liem le, il-kap taċ-ċivil jirrispondi li ma kienx hemm kriterji stabbiliti. "Iktar kienet kwistjoni ta' persuni li wħud minnhom kienu daqxejn politiċi żżejjed. Barra minn hekk, ridna naraw min kien adatt għal liem ministeru. Kienu tlieta li żammejna għax ħassejna li kienu jagħmlu xogħol tajjeb. Tnejn minnhom baqgħu fl-istess wieħed li kellhom. L-ieħor ħassejna li blesperjenza u l-għarfien li għandu dwar il-qasam Ewropew seta' jagħmel aktar ġid kieku poġġejnih f 'dak il-ministeru," jissokta jgħid "Fl-aħħar snin ġejt miżmum milli navvanza sempliċiment għax kont affiljat malPartit Laburista. Dan minkejja li kull fejn servejt, ix-xogħol u t-twemmin politiku għalija qatt ma ltaqgħu" Cutajar. U transfers politiċi jistgħu jkunu ġustifikati xi drabi? "Skont fejn u xiex; Kif jaf kulħadd, ikun hemm postijiet sensittivi li forsi wieħed ma jkunx kuntent b'ċertu nies. Fost l-oħrajn hemm l-ħaddiema tal-kabinett li għandhom rwol sensittiv ħafna,"jirrispondi hu, li jkompli jgħid li m'hemmx raġunijiet biex isiru transfers vendikattivi. Il-politika fiċ-Ċivil F'Malta kważi kollox għandu x'jaqsam mal-Politika. Imma minkejja li jopera minn Kastilja, is-segretarju permanenti prinċipali jsostni li fis-servizz pubbliku m'hemmx lok li tidħol il-politika partiġġjana. "Il-politika tidħol il-ħin kollu, għax fl-aħħar mill-aħħar il-politika hi t-teħid tad-deċiżjonijiet, iżda mhux il-politika partiġġjana. Fuq kollox x'inhu x-xogħol tas-servizz pubbliku? Li joħloq l-ambjent meħtieġ fejn il-politika tal-gvern tiġi attwata, jiġifieri ċ-ċivil jgħaqqad il-politika mal-lat amministrattiv tal-pajjiż. Għalhekk is-servizz pubbliku hu mitlub li jattwa l-programm tal-gvern, li naturalment qabel l-elezzjoni kien il-programm elettorali tal-PL. Iżda s'hemm biss tidħol il-politika partiġġjana." Rigward is-separazzjoni bejn l-istat u l-partit fil-gvern, Cutajar jgħid li Malta hi żgħira u r-riżorsi kollha jridu jintużaw. Isostni li min imexxi m'għandux tort jekk jaħseb