Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
ri tal-Ħajja Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 | illum 11 tilef id-dawl ... ta' idat għall-Ewropa Hawn iddeċidejt li nkompli nistudja għal avukat." Iżda għaliex għażel ilprofessjoni ta' avukat? Kevin qal li kienet professjoni li taffaxxinah u qabbilha ma' biċċa ħwejjeġ li meta jilbisha jħossu komdu. "Hi professjoni li fiha ħafna xogħol u taħdem sigħat twal. Iżda qatt ma ngħid xi dwejjaq. Nasal biex ngħid biss kemm għajjejt." Kevin kompla jgħid li hu jħossu fortunat għax irnexxielu jagħmel dak li jħobb, laħaq avukat u daħal fil-politika li wkoll iħobbha mmens. Mistoqsi jekk jaħsibx li l-voti li jġib humiex voti għax jitħassruh, Kevin mill-ewwel wieġeb, "Nittama biss li l-fażi tal-miskin f'dan il-pajjiż issuperajnieha. Nemmen li min ivvutali għax jemmen li Kevin Cutajar jista' jkun rappreżentant tajjeb. Jien il-politika nħobbha għax nemmen li l-politika mhix maħmuġa: iħammġuha ċerti politiċi imma l-bqija mhix maħmuġa." Dwar jekk qattx ħaseb jekk kienx aħjar li twieled għama jew li tilef id-dawl wara li kien jara, mingħajr tlaqliq weġibni, "Naħseb li t-tnejn fihom ittajjeb u l-ħażin. Ma nistax ngħid xi jħoss dak li twieled għama. Iżda jien fl-immaġinazzjoni tiegħi nara l-kuluri, oġġetti u wċuh kif inpinġihom jien. L-immaġinazzjoni tiegħi hi speċi ta' tila li fuqha npinġi dak li f'moħħi nkun qed nara. Jekk issemmili l-knisja tax-Xagħra naraha f'moħħi għax rajtha qabel għamejt. Iżda din ilġimgħa mort Portomaso niltaqa ma' Zanetti (għax Kevin hu Interist kbir) u ma nistax ngħid kif inhu Portomaso, nista' biss nimmaġinah." Kevin kompla jurini bid-dettal kif taħdem id-dinja tiegħu. "Hu proċess mentali. Pereżempju l-aħħar li rajt TV kien TVtalkulur. Naf li llum jeżisti t-3D u l-HD. Nemmen li hemm stampa aktar ċara u aktar fiddettal iżda ma nafx eżattament kif tidher. Il-persuna li jkellimni nimmaġinah skont leħnu. Pereżempju għal snin sħaħ kont naħseb li Beppe Signori kellu d-daqna għax il-vuċi tiegħu kienet tixbah lil dak ta' Agostini tal-Milan u dak kien bid-daqna. Wara ħafna sirt naf li Signori ma kellux daqna." Qalli wkoll li ma jfallix logħba tal-Inter u mar diversi drabi San Siro jara l-Inter jilagħbu. "Il-partiti tagħhom nismagħhom fuq ir-radju b'kummentarju Taljan għax it-Taljani jispjegaw l-atmosfera u l-azzjonijiet qisek qiegħed hemm. Meta mort San Siro l-ewwel darba ddejjaqt għax kellhom jispjegawli dak kollu li kien qed jiġri fil-grawnd, iżda mbagħad iddeċidejt li meta mmur immur nieħu radju miegħi u nisma' l-kummentarju fuq ir-radju u nħoss l-atmosfera vibranti tal-ground." Kevin jiddispjaċih ukoll li l-bankini Maltin huma orrur biex jimxi fuqhom, "għax Malta l-bankini jsiru għas-servizz ta' min għandu d-dar. Ma jsirux kif suppost u jsirulhom bir-rampa u sabiħa skont kif jixtieqhom is-sid." Meta tilef id-dawl u beda l-ewwel mixjiet tiegħu bilbastun Kevin qalli li kien joħroġ ftit ftit mid-dar u dejjem iżid it-territorju li jimxi, "mhux l-ewwel darba li dħalt f'kantuniera ta, iżda tgħallimt bl-iżbalji." Dwar il-politika qal li hu wasal għaliha bi proċess. "Iddiżabbiltà introduċietni għax bdejt ninvolvi ruħi f'għaqdiet u meta rajt sitwazzjoni fqira quddiemi emmint li rrid inkun jien li niġġieled favur nies b'diżabbiltà u favur tiegħi stess. Il-politiku normali m'għandux idejh fuq il-polz vera u proprju, iżda jien ngħix id-diżabbiltà. Nemmen ukoll li l-preżenza tiegħi quddiem il-politiku nġiegħlu jaħseb iżjed." Kevin kompla jgħidli wkoll li fl-isfortuna kellu ftit fortuna għax hu bata din iddiżabbiltà meta f'Malta kienet qed tqum l-idea ta' drittijiet għad-diżabilitati biex dawn ma jibqgħux piż iżda jiġu megħjuna u mogħtija l-għodda biex jisfruttaw il-kapaċitajiet tagħhom. "U din hi r-raġuni li ddeċidejt li noħroġ kandidat Ewropew. Iżda jkun żbaljat min jaħseb li jien kapaċi niddiskuti u niġġieled biss għal nies b'diżabbiltà. Għandi tliet kunċetti li rrid naħdem fuqhom. Il-kwistjoni li l-Malti għadu ma jħossx li dan ilParlament Ewropew viċin tiegħu. Dan il-Parlament imexxilna ħajjitna u rridu nqisuh tagħna. "It-tieni raġuni hi li jien xogħli fuq il-finanzi u rrid naħdem biex Malta tgawdi u tisfrutta l-aqwa benefiċċju mis-suq komuni Ewropew. "U t-tielet bla dubju biex niġġieled favur id-diżabbiltà għal aktar drittijiet u sfidi soċjali li ħafna Maltin lanqas jafu bihom x'toffri l-Ewropa għal nies b'diżabbiltà. Irrid niġġieled favur id- diżabbiltà, l-orjentazzjoni sesswali u l-immigranti rregolari. L-istandards Ewropej huma tajbin iżda dawn qegħdin hemm għas-servizz tal-poplu u mhux il-poplu qiegħed hemm biex isiru l-istandards." Kevin tkellem ukoll dwar l-elezzjoni ġenerali fejn qal li ma kienx sorpriż bil-voti li ġab għax kien iħosshom meta kien jagħmel il-house visits fejn kellu nofs tużżana canvassers li kienu jdawruh diversi rħula. "Is-sigriet irid ikun li tkun organizzat, tieħu l-feelings mill-house visits u jkollok programm." Ħallieni skantat u l-mistoqsija ħarġet awtomatika dwar minn fejn ġab dan il-kuraġġ kollu. "Ifhimni John" qalli, "għallbidu ħlief dlam ma tarax, kollox tara iswed u ħadtha kontra Alla u s-soċjetà. Alla għax ippermetta li nagħma u lis-soċjetà għax iżolatni. Kont nitolbu jagħtini d-dawl lura iżda ħallieni bla dawl. Ma qtajtx qalbi iżda bdejt inħossni 'helpless'. Il-kuraġġ wasal mill-fidi tiegħi fija nnifsi. Kont nemmen fil-kapaċitajiet tiegħi. Bdejt ninduna però li kienu qed jiġru affarijiet f 'ħajti li bdew jikkumpensawli għal dak li tlift. Kull meta bdejt niġi dahri mal-ħajt dejjem tfaċċa xi ħadd li qalagħni. "Darba kien bil-lejl (għax Kevin jagħraf il-lejl min-nhar) u tlift l-orjentazzjoni tiegħi u l-mobile spiċċali bla charge. Ippanikjajt għax ma kontx naf fejn qiegħed. Bdejt nitlob biex jitfaċċa xi ħadd u jpoġġini lura fir-rotta li ridt. Lanqas laħqu għaddew żewġ minuti li ma tfaċċawx żewġ Għawdxin (meta jien kont Malta). Xi ħadd sema' talbi u dan hu li jerġa' jagħtini l-fidi fir-reliġjon tiegħi." Dwar il-mixja ta' ħajtu jagħti mertu kbir lill-ġenituri tiegħu li mhux dejjem qablu miegħu iżda dejjem issapportjaw kull deċiżjoni tiegħu. Kevin spiċċa b'sentenza li ħallietni bla kliem. "Jekk tieħu d-diżabbiltà bħala traġedja allura tiddispra. Iżda jekk teħodha bħala sfida hemmhekk tegħlibha u tagħtik sodisfazzjonijiet kbar. Jien għażilt tat-tieni." Awguri Kevin, bla dubju li l-intervista li kelli miegħek għallmitni ħafna u kif għidtli int stess li l-intervisti fuq ilmedia ma tagħmilhomx biex tirbaħ il-voti iżda ħalli timla bil-kuraġġ lil nies li jaraw quddiemhom in-negattiv biss meta jitfaċċa xi saram. Kevin hu gladjatur ieħor rebbieħ.