Illum previous editions

illum 20 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 | illum 31 Lorenzo jirbaħ il-pole position billi jikser rekord f'Phillip Island fl-Awstralja IĊ-CHAMPION tad-dinja renjanti tal-Moto GP Jorge Lorenzo kiser ir-rekord ta' Phillip Island biex rebaħ ilpole position tal-Moto GP li se jsir fl-Awstralja llum. Is-sewwieq ta' Yamaha ddomina s-sessjoni u rnexxielu jirreġistra ħin tassew veloċi ta' 27.899 sekondi. Il-'leader' talkampjonat u kompatrijott Spanjol Marc Marquez se jkun qed jibda fit-tieni post wara li spiċċa 0.221 sekondi warajh. Is-sewwieq Brittaniku Cal Crutchlow kien is-sitt l-iktar veloċi fejn għadda lil sieħbu tat-tim Bradley Smith fuq Tech 3 Yamaha. Lorenzo għeleb ir-rekord preċedenti ta' Casey Stoner jiġifieri dak ta' 1:28.665 li kien stabilixxa lura fl-2008 biex kiseb din it-28 pole position fil-karriera mill-aqwa tiegħu fil-Moto GP. Madankollu, Marquez li għandu 43 punt vantaġġ fuq Jorge Lorenzo fil-klassifika tal-Moto GP jista' jsir rebbieħ illum stess dejjem jekk jirbaħ din it-tellieqa f 'Phillip Island fl-Awstralja u Lorenzo ma jispiċċax fit-tieni post. Is-segwenti huma r-riżultati u l-ħinijiet li kisbu s-sewwieqa involuti fil-Moto GP fil-pole position ta' lbieraħ flAwstralja: 1. Jorge Lorenzo (Spanja) Yamaha, 1:27.899 2. Marc Marquez (Spanja) Repsol Honda +0.221 3. Valentino Rossi (Italja) Yamaha +0.748 4. Alvaro Bautista (Spanja) Gresini Honda +0.814 5. Dani Pedrosa (Spanja) Repsol Honda +0.849 6. Cal Crutchlow (Ingilterra) Yamaha Tech +0.910 7. Bradley Smith (Ingilterra) Yamaha Tech +1.042 8. Nicky Hayden (Stati Uniti) Ducati +1.396 9. Andrea Dovizioso (Italja) Ducati +1.761 10. Andrea Iannone (Italja) Ducati +1.857 Intant, dawn huma l-ewwel ħames sewwieqa filklassifika tal-Kampjonat tal-Moto GP sa issa: 1 Marc Marquez (Spanja) – 298 punt 2 Jorge Lorenzo (Spanja) – 255 punt 3 Dani Pedrosa (Spanja) 244 punt 4 Valentino Rossi (Italja) – 198 punt 5 Cal Crutchlow (Ingilterra) - 166 punt Flyers Volleyball Club jagħmlu l-istorja IS-SIBT 12 ta' Ottubru Flyers Volleyball Club rebħu s-Super Cup meta għelbu liċ-champions renjanti Paola Hibs 3-0. Ir-riżultati tassettijiet kienu 27-25, 25-2, 25-20. Dan kien l-ewwel unur prestiġjuż fil-kategorija Seniors li rebaħ il-klabb talFlyers wara li fil-passat rebħu bosta trofej fil-kategorija Juniors. Il-klabb ilu mwaqqaf mill-1998. Paola ħarġu jilagħbu b'tim totalment differenti minn dak użat fl-aħħar staġuni. Flyers, mill-banda l-oħra, komplew tejbu t-tim bl-introduzzjoni ta' żewġ plejers ġodda. Flyers kellhom bidu diffiċli u sabuha diffiċli li jkabbru l-iskor anke jekk is-'service-reception' tagħhom kienet waħda tajba, però għamlu bosta żbalji fl-attakk. Dawn l-iżbalji komplew żiedu t-tensjoni hekk kif is-sett wasal lejn it-tmiem tiegħu. Paola rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta l-iskor kien 23-23. B'hekk ġiegħlu lill-kowċ ta' Flyers biex jitlob għall-time out. Fl-aħħar kienu Flyers li rnexxielhom jirbħu l-ewwel sett 27-25. Wara dan l-iskor fl-ewwel sett, Flyers dehru li ħadu r-riedni f 'idejhom. Fil-fatt iddominaw it-tieni sett u rnexxielhom jirbħuh bl-iskor kbir ta 25-2. Flyers kellhom 'services' tajbin mogħtija minn Dorianne Bonnici u Dorienne Grech li ma taw l-ebda ċans lill-plejers ta' Paola biex isibu saqajhom u jirreaġixxu. Flyers komplew jiddominaw anke t-tielet sett anki jekk għamlu xi sostituzzjonijiet biex jagħtu ċans lill-plejers kollha ta' fuq il-bank. Huma kienu l-aħjar tim f 'dan is-sett u rnexxielhom itemmu t-tielet sett b'vantaġġ ta' ħames punti. Fl-aħħar tal-logħba Flyers ġew preżentati bis-Super Cup mill-President tal-Malta Volleyball Association Branko Vlahovic fost il-ferħ tal-plejers, diriġenti u partitarji tat-tim. Wara li spiċċaw fit-tieni post tal-kampjonat fi tliet okkażjonijiet f 'dawn l-aħħar erba' staġuni, Flyers qed jaspiraw li jkunu kontendenti għar-rebħ tal-kampjonat u li jirnexxielhom jirbħuh għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Il-preparamenti tat-tim bdew f 'Lulju, u kienu jinkludu training camp f 'Għawdex ftit ġimgħat ilu. Flyers irnexxielhom jispiċċaw fit-tieni post fil-John Bugeja Cup Pre-season Tournament. Dan kompla serva ta' preparazzjoni għall-ewwel logħba tal-istagun li kienet nhar is-27 ta' Ottubru. Belinda Milton u Melissa Borg kienu ż-żewġ akkwisti li għamlu Flyers dan l-istaġun. Mhux eskluż li plejer oħra tiżdied mat-tim fil-ġimgħat li ġejjin. Flyers Volleyball Club se jieħu sehem għal darb'oħra fil-kompetizzjoni femminili organizzata mill-MVA dan l-istaġun. Din is-sena se jkunu qed jieħdu sehem fih ħames timijiet. It-timijiet l-oħra tal-klabb U14, U16, U18 se jikkompetu fil-kategoriji rispettivi tagħhom, filwaqt li t-tieni senior team se jieħu sehem fl-Ewwel Diviżjoni. II-klabb jixtieq jirringrazzja lill-isponsors ta' dan l-istaġun li huma Crosscraft, Bingo Royale, Atlas Insurance, SMS Insurance u Global Capital.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 October 2013