Illum previous editions

illum 20 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 "Iċ-ċittadinanza Maltija mhix għall-bejgħ" – Mario De Marco IL-PARTIT Nazzjonalista qiegħed joġġezzjona għal proposta tal-Gvern biex tinbiegħ iċ-ċittadinanza Maltija għaliex il-liġi ma tagħmel l-ebda rabta ma' investiment serju fil-pajjiż. Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco ilbieraħ qal li l-Oppożizzjoni mhux ser tivvota favur il-liġi sakemm ma jsirx tibdil li jorbot lil min japplika sabiex jinvesti l-flus f 'Malta u joħloq ixxogħol u jkattar il-ġid. "Iċ-ċittadinanza Maltija mhux għal bejgħ u l-ebda pajjiż serju ma jpoġġi ċ-ċittadinanza għal bejgħ kif beħsiebu jagħmel il-Gvern. Iċ-ċittadinanza hija mibnija fuq rabta bejn l-individwu u l-iStat, permezz ta' residenza, żwieġ jew investiment fittul," tenna De Marco. Fl-ebda pajjiż Ewropew ma tingħata ċittadinanza sakemm il-persuna inkwistjoni ma tkunx uriet impenn ċar lejn il-pajjiż billi pereżempju tqatta' numru ta' snin tgħix fil-pajjiż, qal De Marco. De Marco kien qed jitkellem f 'konferenza stampa fid-Dar Ċentrali talPietà flimkien mal-membri parlamentari Tonio Fenech u Jason Azzopardi. Hu żied li l-pjan tal-Gvern ma kien xejn ħlief attentat biex "idawwar lira ta' malajr" billi jdaħħal €650,000 minn kull applikant mingħajr garanziji ta' investiment fittul fil-pajjiż. Minbarra d-dubju li qanqal fuq kemm ser jinħolqu postijiet taxxogħol u investiment fit-tul mill-programm imniedi dan l-aħħar mill-Gvern, de Marco żied li l-iskema magħrufa bħala Individual Investor Programme tista' tħassar il-fama tajba ta' Malta. "Il-proposta tal-Gvern li jbigħ iċ-ċittadinanza Maltija għal €650,000 tista' tipperikola l-fama internazzjonali tajba li għandu pajjiżna, inkluż filqasam tas-servizzi finanzjarji u għalhekk l-Oppożizzjoni temmen li hemm bżonn t'aktar trasparenza u kontabbiltà fil-ħruġ ta' din l-iskema. Għalhekk iċċittadinanza Maltija mhux għall-bejgħ." De Marco spjega li wara li nżammu taħdidiet malGvern jidher ċar li l-Gvern Laburista m'għandu l-ebda interess li jbiddel il-liġi proposta u beħsiebu jibqa' għaddej biha. Hu żied li fil-parlament l-Oppożizzjoni kienet ser tressaq xi emendi, iżda l-Gvern kellu maġġoranza kbira biżżejjed biex jgħaddi l-liġi kif inhi. F'dak il-każ l-Oppożizzjoni ser tivvota kontra, qal De Marco. Il-kelliem fuq il-finanzi Tonio Fenech qal li l-iskema taċ-ċittadinanza hija purament skema għallkontribuzzjoni finanzjarja mhux investiment. "Fil-preżent din l-iskema hija maħsuba biex tiġbor il-flus mill-applikazzjonjiet, iżda mhux ser jinħolqu postijiet tax-xogħol u mhux ser jitkattar tkabbir ekonomiku." Hu żied li jekk l-iskema se ssir, għall-inqas għandu jiġi stabbilit li ċ-ċittadinanza ma tingħatax għal sempliċi ħlas ta' donazzjoni iżda tingħata wara li l-persuna tagħmel investiment f 'pajjiżna li jkun sostanzjali u li jsir fuq medda ta' snin. Il-kelliem għall-finanzi sostna wkoll li jekk din l-iskema se ssir, għandu jiġi stabbilit ukoll li ċ-ċittadinanza ma tingħatax mill-ewwel iżda tingħata biss wara numru ta' snin ta' residenza fil-pajjiż jew għal perjodu ta' residenza minimu fis-sena fuq medda ta' snin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 October 2013