Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
SPORTSillum Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 | illum 35 es tad-darts f'pajjiżna Gordon Stanmore Twieled fil-21 ta' Lulju 1979 f'TalPietà Jilgħab ma' Paola Wolves S.C. Fl-1995 ġie t-tielet fid-dinja filWinmau World Youth Masters Fl-1996 ġie runner-up fis-singles fil-Malta International Darts Open Rebaħ il-Malta Under 18 Singles Champion għal tliet darbiet konsekuttivi drabi. Irbaħt l-unur talaħjar plejer tas-sena kif ukoll dak tal-overall plejer tas-sena għal aktar minn darba. F'Mejju ta' din issena, flimkien ma' Norbert Attard, irbaħt il-midalja tad-deheb fid-doubles fit-Tazza tal-Mediterran f 'Ankara, fit-Turkija. Kellek l-opportunità li tirrapreżenta lil Malta għal diversi drabi f 'tornaments prinċipali tad-darts madwar iddinja. Tina iktar dettalji. Irrapreżentajt lil Malta ħames darbiet fil-Winmau World Masters, ħames darbiet fl-Embassy World Masters, tliet darbiet Ritratt: Ray Attard F'Mejju ta' din is-sena, flimkien ma' Norbert Attard, rebaħ il-midalja tad-deheb fid-doubles fit-Tazza tal-Mediterran f'Ankara, fit-Turkija fil-Winmau World Youth Masters u seba' darbiet fitTazza tal-Mediterran. Fejn jintlagħab id-darts f 'pajjiżna? Id-darts jintlagħab f 'diversi każini madwar Malta fosthom 'social clubs', klabbs tal-isport, każini tal-baned u anke bars. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ li jixtiequ jibdew jipprattikaw l-isport taddarts. Lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ li qed jitħajru jibdew jipprattikaw iddarts, ngħidilhom li għal bidu xejn m'huwa faċli u jrid ikollok il-paċenzja. L-importanti hu li jkollok l-entużjażmu u li tkun lest li titgħallem mingħand min għandu l-esperjenza. Id-darts hija logħba sabiħa ħafna u permezz tagħha tagħmel ħafna ħbieb, kemm Maltin kif ukoll barranin!