Illum previous editions

illum 20 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

SPORTSillum 34 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 Iċ-champion tas-single CRISTIAN ANTONY MUSCAT Gordon Stanmore – iċ-champion tas-'singles' tad-darts f'pajjiżna u li f'dawn l-aħħar snin kiseb suċċess liema bħalu kemm lokalment kif ukoll fl-isfera internazzjonali tad-darts. Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall-isport tad-darts? Spiss kont immur ma' missieri narah jilgħab u darba fost l-oħrajn hu u xi plejers tat-tim tiegħu talPaola Wolves S.C. ħeġġewni sabiex nibda nipprattika dan l-isport. Minn dakinhar għaddew 22 sena u qatt ma waqaft jew ħarist lura. Qabel, ġieli kont nitfa' ftit darts għall-gost biss id-dar peressli kellna dart board imwaħħla. Fis-sajf li għadda ħadt sehem fid-Darts Mediterranean Cup f 'Ankara, fit-Turkija. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek hemmhekk. Personalment kienet esperjenza pożittiva ħafna, fejn għall-ewwel darba rbaħt midalja tad-deheb fid-doubles flimkien ma' Norbert Attard. Din kienet is-seba' darba li rrappreżentajt lil Malta f 'din il-kompetizzjoni. Fil-logħob tal-individwali għalkemm tlift 4-3 fl-ewwel rawnd, xorta kont sodisfatt bil-livell ta' logħob tiegħi. Fil-logħob tat-timijiet, konna sfortunati meta bdejna b'żewġ telfiet kontra t-Turkija u l-Italja u mbagħad irbaħna kontra l-Greċja, iżda xorta m'għaddejniex għas-semi finali. Il-plejer tagħna Norbert Attard tilef fil-finali tal-individwali u Albert Scerri rnexxielu jasal sassemi finali tal-istess kompetizzjoni. Bħala pajjiż, spiċċajna l-impenji tagħna fit-tielet post overall. Kif kien il-livell waqt dawn illogħbiet? Il-livell tal-logħob fit-Tazza tal-Mediterran, qiegħed jitjieb sena wara l-oħra u meta tqis li jkun hemm plejers professjonali jikkompetu, diġà huwa unur għalina l-Maltin li nħabbtuha tajjeb ħafna magħhom. Kif kien ir-rendiment tiegħek tul l-aħħar staġun? Bħal kull plejer ieħor u fi kwalunkwe sport, għaddejt minn perjodi diffiċli matul l-istaġun iżda l-ħeġġa baqgħet hemm sabiex flaħħar mill-aħħar ksibt ir-riżultati mixtieqa. X'kienu l-unuri prinċipali li rbaht fl-aħħar xhur? F'Novembru kellna l-Malta International Darts Open. Għal dan it-tornament jiġu numru sabiħ ta' barranin sabiex jikkompetu, fejn kemm fl-individwali kif ukoll fiddoubles flimkien ma' John Ciantar, spiċċajt mal-aħħar 16. Irbaħt ukoll l-unur tal-Malta Singles Champion wara nuqqas ta' ħafna snin. Ittrenjajt bil-kbir biex wasalt għar-rebħ ta' dan l-unur għax naf li stajt nirbħu peress li kont għaddej minn forma tajba. Barra minn hekk, flimkien ma' John Ciantar irbaħt l-unur tal-Malta Doubles Champions. Kienet l-ewwel sena li kelli lil John bħala partner u wrejna logħob tajjeb ħafna u kien hemm sintonija tajba bejnietna. F'April irbaħt il-Gejtu Degabriele Challenge Cup, li huwa s-Singles Tornament li jiġi organizzat kull sena mill-każin tal-banda Beland taż-Żejtun. "Lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ li qed jitħajru jibdew jipprattikaw id-darts, ngħidilhom li għal bidu xejn m'huwa faċli u jrid ikollok il-paċenzja. L-importanti hu li jkollok l-entużjażmu u li tkun lest li titgħallem mingħand min għandu l-esperjenza. Id-darts hija logħba sabiħa ħafna u permezz tagħha tagħmel ħafna ħbieb, kemm Maltin kif ukoll barranin!" Kif tqis il-livell tad-darts f 'pajjiżna bħalissa? F'pajjiżna wkoll il-livell tallogħob qed jitjieb ħafna fejn illum ma tantx hemm xi differenza kbira bejn il-plejers tal-ewwel u tat-tieni jew it-tielet diviżjoni, għalhekk importanti li nibqa' nittrenja u nżomm il-konsistenza fil-logħob tiegħi. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Dwar il-futur tiegħi fil-logħba tad-darts, għandi ppjanat li mmur nieħu sehem f 'xi Open Tornaments barra minn Malta u li nżomm posti fin-Nazzjonal kemm jista' jkun, apparti li nibqa' nirbaħ l-unuri anke fil-kampjonati tat-timijiet. Bħala Paola Wolves S.C. kif mortu fl-aħħar staġun? Din is-sena, wara nuqqas ta' sentejn erġajna sirna rebbieħa tal-kampjonat tal-8-a-side, li huwa l-kampjonat prinċipali f 'pajjiżna. Fiż-żewġ kampjonati l-oħra, ġejna finalisti fil-kampjonat tal-5-a-side u semi-finalisti fil-kampjonat tal4-a-side. Bħala staġun kien wieħed interessanti u kumbattut ħafna, bleqreb rivali jkunu Floriana Ajax. Fl-istaġun sħun tas-sajf il-logħob tad-darts jieqaf jew ikompli għaddej? Fis-Sajf il-logħob tad-darts jieqaf għal kollox u f 'Settembru erġajna bdejna bil-preparamenti għal dan l-istaġun. Dan l-isport kif jgħinek psikoloġikament? Psikoloġikament jgħinni biex nikkonċentra ħafna u ninqata' mill-kumplament ta' dak li jkun għaddej madwari waqt li nkun qed nilgħab. Importanti li tikkonċentra anke waqt it-taħriġ għax huwa l-preparament għal-logħob kompetittiv. U fiżikament jinvolvi xi taħriġ partikolari? Fiżikament m'hemmx xi taħriġ partikolari xi jsir. Eżerċizzji ta' stretching jgħinu peress li ġieli jkollna tornaments li jieħdu tul ta' ħin. F'pajjiżna hawn biżżejjed tfal u/jew żgħażagħ li qegħdin jinteressaw ruħhom f 'dan l-isport? Illum il-ġurnata hawn żgħażagħ li jinteressaw ruħhom f 'dan l-isport, iżda sfortunatament aktar hawn minnhom li jarawh fuq ilmezzi tax-xandir barranin milli jipprattikawh. Meta nikkumpara ż-żminijiet, fiż-żmien meta jien kont għadni żgħir, kien hawn numru akbar ta' żgħażagħ li kienu jipprattikawh u jilagħbu f 'kampjonati uffiċjali. Il-media f 'Malta tagħti importanza lill-isport tad-darts jew ftit li xejn tagħmel dan? Gazzetti lokali ġieli jġibu riżultati tal-kampjonati varji tad-darts li jintlagħbu f 'pajjiżna, però mhux dejjem, għalkemm dawn dejjem jiġu mibgħuta lilhom. Però ta' min jgħid li hemm gazzetta partikolari li għall-fatt li teżisti ħbiberija personali, bħala rispett, din dejjem iġġib ir-riżultati u rapporta talmedia varji. Fuq it-televixin ftit li xejn għandna esponenza! Ma' liema klabbs tad-darts lgħabt fil-karriera tiegħek? Il-klabbs li lgħabt magħhom huma Paola Wolves S.C., Jesmond S.C. (Ħamrun), Beland B.C. (Żejtun), Mqabba Lily B.C., u erġajt mal-Paola Wolves S.C. mit-2006 sal-lum il-ġurnata. X'unuri prinċipali rnexxielek tikseb minn meta bdejt tilgħab iddarts sal-lum? Fl-1995 ġejt it-tielet fid-dinja filWinmau World Youth Masters waqt li fl-1996 ġejt runner-up fis-singles fil-Malta International Darts Open, meta tlift kontra l-plejer professjonali Ingliż Ted Hankey li xi ftit tas-snin wara kien rebaħ ittitlu ta' Champion tad-dinja. Irbaħt ukoll tliet darbiet konsekuttivi ilMalta Under 18 Singles Champion. Fl-1993 kont irbaħt tornament Under 14 organizzat għall-iskejjel fl-okkażjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Irbaħt ukoll tliet darbiet id-doubles fil-Malta International Darts Open - darba ma' John Demicoli u darbtejn konsekuttivi ma' Godfrey Abela. Irbaħt darbtejn il-Malta Singles Champion kif ukoll erba' darbiet il-Malta Doubles Champion; darba kull wieħed, ma' John Demicoli, Godfrey Abela, Vincent Busuttil u John Ciantar. Irbaħt il-kampjonati kollha li jintlagħbu lokalment jiġifieri dawk tal-4, 5, 6, u 8-a-side għal bosta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 October 2013