Illum previous editions

illum 20 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 Gladjatur Reporter jiddiskuti Ta' 13-il sena t l-Unjoni Ċivili 35 sena kandi minn John Busuttil Għada jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Ilprogramm ser jiddiskuti l-introduzzjoni tal-unjoni ċivili għal persuni tal-istess sess. Il-mistiedna speċjali ser ikunu ċ-chairman talKumitat Konsultattiv talGvern dwar l-oqsma relatati mal-komunità LGBT Cyrus Engerer u Dun Mark Sultana li hu d-direttur tal-Istitut tal-Formazzjoni Pastorali talKnisja Kattolika f 'pajjiżna. Waqt il-programm ser ikun hemm interventi millkelliema tal-AD Angele Deguara u l-eks-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo. Huma kienu intervistati aktar qabel minn Jerome Caruana Cilia. Fl-ewwel parti talprogramm, sena wara r-riżenja tal-eksKummissarju Ewropew John Dalli, l-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser jiddiskuti l-konsegwenzi li ġabet magħha din irriżenja. Ser jitqajmu numru ta' mistoqsijiet: l-OLAF kienu kompletament żbaljati? Kien hemm kollużjoni mallobby tat-tabakk? X'inhi r-relazzjoni ta' John Dalli mal-PN? Lest li jerġa' jinvolvi ruħu fil-PN? Jitħajjar jerġa' jikkontesta? Fil-programm ser ikun hemm ukoll live-links mill-Parlament. Reporter huwa mżewwaq ukoll blużu tal-features u statistika interessanti. Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl22.15 fuq TVM2. KEVIN Cutajar tilef id-dawl meta kellu 13-il sena wara marda qasira ta' ħames xhur. Mument ta' qtigħ il-qalb … mument ta' disperazzjoni. Iżda għal Kevin dak li ħaddieħor jarah traġedja, ħadha sfida u minn dakinhar ħajtu splodiet 'il fuq. Laħaq avukat fil-qasam finanzjarju, tela' kunsillier tal-lokalità tiegħu, ikkontesta l-elezzjoni ġenerali u ma telax għal 130 vot u fil-preżent qed jikkontesta l-elezzjoni għallEwropa. Din hi l-ħajja iebsa ta' dan iż-żagħżugħ li ġġieled malħajja u rebaħ kull ostaklu li sab quddiemu b'enerġija liema bħalha. Kevin, iben Joseph mill-Għasri u Mary Rose mix-Xagħra, twieled u trabba x-Xagħra, ġuvni, u hu l-kbir bejn żewġ aħwa, hu u Karl li għandu 26 sena. Kevin hu Għawdxi iżda minħabba l-professjoni tiegħu jgħix Malta matul il-ġranet tal-ġimgħa u jitla' Għawdex flaħħar tal-ġimgħa. "Sieq waħda hawn u oħra Għawdex", beda biex qalli meta ltqajt miegħu fl-uffiċċju tiegħu fi Strada Forni l-Belt. Anke jekk hu qatt ma rnexxielu jara l-uffiċċju tiegħu u lanqas Strada Forni meta ċempiltlu qagħad ifehmni fejn qiegħed. Anke meta tlajt l-ewwel sular insibu ma' wiċċi jurini fejn kien it-toilet (għax kelli bżonnu) u wassalni hu sal-meeting room. Mejda kbira fin-nofs imdawra bis-siġġijiet u li kieku mhux għax kont naf, ma kontx ninduna li Kevin ma jara xejn. Qalli li diġà staqsa dwari u seta' jimmaġinani kif jien, fejn bi tbissima qalli li jien għandi d-daqna u niġi ħu l-futboler li hu tant jammira, Carmel Busuttil (tant li spiċċajt inlaqqgħu miegħu fuq it-telephone u ftiehmu li jiltaqgħu). Beda biex qalli li hu kien dejjem jismagħni fuq ir-radju Radio One Live meta kont nippreżenta programm talfutbol u kien anke jieħu sehem bit-telefonati. Sadattant fis-sala lmaħt ritratt tal-mibki Simon Tortell. "Li ma kienx għal Simon," qalli Kevin, "kieku jien miniex hawn u miniex l-avukat li jien. Jien inħossni orfni minn Simon għax kien hu li fetaħli l-bibien kollha għal professjoni tiegħi. "Kont Ruma u hemm iltqajt ma' persuna li kien klijent ta' Simon Tortell u dan qalli biex immorru passiġġata u kont għidtlu li kont għadni kif iggradwajt iżda ma kellix xogħol u kien dan li laqqagħni ma' Simon li wera fiduċja fija mill-ewwel u daħħalni naħdem miegħu." Bid-daħka qalli wkoll li hu lil Simon kien dejjem jinkih li l-Bużu (Carmel) kien aħjar minnu fil-futbol. Kevin meta kellu 13-il sena laqtitu marda f'għajnejh. Kien is-sajf tal-1991. "Kienet marda ta' ħames xhur. Bdejt is-sajf tal-1991 nara u spiċċajtu ma narax. Għamilt sena u nofs intabbab fl-isptarijiet ta' Londra iżda għalxejn. L-ewwel snin kienu terribbli u diffiċli," qal Kevin. "Il-fatt li għall-bidu ma taċċettax is-sitwazzjoni u ma ssibx riżorsi u għajnuna, speċjalment Għawdex, kienet kważi missjoni impossibbli li nkompli. Iżda l-ewwel ħaġa li ridt nagħmel hu li nitgħallem ngħix u li nirkupra ċerti problemi. Għalhekk irritornajt l-iskola ħalli ma nibqax iżolat u nkompli ngħix ma' tfal tampari. "Kont immur il-Junior Lyceum li dak iż-żmien għal Għawdex kienet xi ħaġa kbira ta' suċċess diġà u jien dejjem kelli xewqa li nkompli nistudja. Il-ħolma ta' tfajjel kienet li naħdem flajruplani, iżda dik issa ma kinitx iżjed possibbli." Ma kienx faċli li Kevin ikompli jistudja għax mezzi ma kienx hemm. Kien sar midħla ma' għomja oħra u dawn kellhom kompjuters jitkellmu u għalhekk missieru kien xtralu wieħed bħalhom li kien jiswa ħafna flus. Dan il-kompjuter servih biex għadda mill-O' u A' levels. "Kien hemm problemi kbar, text books għalija ma kinux jeżistu. Għalhekk kont nirrekordja l-lezzjonijiet u sibt għajnuna minn xi għalliema, familjari u l-ġenituri li kienu jaqrawli t-text books. U bdejt insib saqajja. U għall-eżamijiet kont insib xi ħadd jiktibli l-eżami fuq li ngħidlu jien.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 October 2013