Illum previous editions

illum 20 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 | illum 21 In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek Dil-ġimgħa ma stajtx niġri wisq bin-Nimrod għax qed ikollu jagħmel ħafna U-turns fuq Malta…Għax dal-pajjiż fi ftit xhur l-iswed isir abjad u l-abjad isir iswed... u dak li kien state of the art isir miżbla... u l-miżbliet isiru state of the art… U la qed insemmi l-miżbla…jgħidu li Ottubru x-xahar tal-Madonna... nispera li mortu qtajtu xi fjuri li Pulliċin kien għamlilna fuq il-Magħtab…kemm feraħ kien Wenzinu meta qalilna li l-Magħtab qed iwarrad... Insomma jdur minn hawn u minn hemm dan l-imbierek ajruplan tiegħi tat-tiftix beda jdur fuq l-internet. Risposta u tweġiba U tiskanta kif fuq din il-biċċa gżira ċkejkna kapaċi naraw tant differenti minn xulxin. Wara li salvajna lil klandestini millgħarqa, Jowey tgħidx kemm ftaħar bix-xogħol li għamlet l-armata (li fortunatament ma semgħetx minnu u ma użatx is-sistema tal-push back). Simon nkwieta mhux ftit li hu ma ssemma xejn u mill-ewwel fetaħ ħalqu u qal:"M'għandniex għalfejn niftaħru… għamilna d-dover tagħna". Ara tgħiduli xejn għax dan il-bniedem vera umli u ta risposta lil dak li kien ħataf il-partit u l-media tiegħu f'idu (u rnexxielu jġibhom ragħad it-tnejn) li tgħidx kemm ftaħar bil-Libja u bix-xogħol li għamel dak iż-żmien (għax dak iżżmien li tgħin ma kienx dover iżda pjaċir) u jekk taħsbu li qed inħarref aqraw x'kitbet il-media ta' eks stamperija:Il-Prim Ministru Ingliż jerġa' ifaħħar lill-PM Lawrence Gonzi - Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron, għat-tieni darba f'inqas minn xahar irringrazzja u faħħar lill-Prim Ministru Malti Lawrence Gonzi għas-sehem tiegħu biex ġew evakwati mil-Libja numru kbir ta' ċittadini Ingliżi. David Cameron faħħar ukoll lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi għaddeċiżjonijiet serji u għaqlin li ħa u qed jieħu quddiem it-tensjoni li hemm fid-dinja Għarbija, speċjalment fil-Libja. Taf x'kienet id-differenza? Li wieħed ta mertu lill-armata u l-ieħor bħala bniedem li dejjem ssagrifika ħajtu għal pajjiż L-omosesswali mgħallqin fl-Iran JOHN BUSUTTIL ħa l-mertu kollu hu. U qed jgħaddili ħsieb…niskanta kif fin-negozjati taż-żejt ma ħadux il-mertu hux... anzi qas baqa' jiftakar xejn... allaħares miskin bdietlu d-dimensja (sorry Mr Whippy tal-PN li semmejt din il-kundizzjoni... naf li int tweġġa' ħafna meta tismagħha). Ngħaddu għal Mater Dei. Hekk qal Peppi ta' Dwardu: "Is-sitwazzjoni tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei marret għallagħar." Fil-21 ta' Frar ta' tliet snin ilu kien inkiteb hekk fuq il-media Maltija:- Is-sitwazzjoni fl-isptar Mater Dei qed kull ma tmur issir aktar gravi riżultat ta' nuqqas ta' sodod b'pazjenti jitħallew sigħat twal jistennew fuq stretchers imneżża' middinjità f'kurituri u f'postijiet li m'għandhomx il-faċilitajiet mediċi bażiċi f'każ ta' kura urġenti. Mela vera s-sitwazzjoni hi tal-biża' issa biex tkellem Peppi, għax dak li kien jiġri tliet snin ilu ma kienx idejqu biżżejjed biex jimmotivah jiftaħ ħalqu. U xi ngħidu għal ħaruf tassagrifiċċju li tfaċċa mix-xejn biex jissagrifika ruħu għal poplu Malti fl-Ewropa, tant li fi żmien il-gvern ta' Wenzinu kien anke jagħmel konsulenzi bħala 'voluntier' miskin. Ma jafu ħadd u diġà beda jagħti l-pariri lil Prim Ministru Jowey. Stiefnu ta' Mallija appella lil Prim Ministru sabiex jagħraf il-protagonisti, li huma l-ħaddiema. U nesa li quddiemu kien hemm ġurnalist u kameraman li għandhom jieħdu tliet xhur paga. Iżda Ryan Callus iben l-eks ġurnalist ta' meta l-PBS kien għadu imparzjali, Leonard Callus, mill-ewwel wieġbu lil sieħbu u fil-ġurnal tal-PN li jiġi stampat it-Times kiteb hekk: "Jiżbalja hu tħallas int". Xi ħaddiema tal-PN instemgħu jgħidu fil-kurituri nofshom battala tal-kaffeterija tal-Pietà, li Ryan laqat il-musmar fuq rasu… żbalja HU u ħallast int ja ħaddiem. Keep it Up Ryan. "Da żgur li ma kienx jiffirmah dak kien jiffirma tal-BWSC" – Konrad "Kieku jien fil-parlament kont nivvota kontra" - L-Isqof Vassall "Aħna għalhekk ma tellajnikx fil-parlament" - Il-poplu Malti Tal-PBS jibdew jitħallsu Kos hux kif sirna. Tal-mistħija li min qed jaħdem l-PBS illum qed jitħallas... ara qabel kulħadd voluntier kien. U tmerunix għax jien tkellimt ma' Purinu u l-avukat taż-żewġ naħat u qaluli li tgħidx kemm huma ferħanin issa li qed jaraw sold. Imnalla kien Jowey li qed iħallashom. U Purinu kuntent immens għax issa qed jitħallas għal dak il-programm li jipproduċi li jisqi l-ikel lin-nies. U biex juri kemm hu raġel ma' Jowey talli ħallsu, tajjar lil preżentatur tan-NET (the one and only RON) u mela l-programm bi preżentaturi tal-ONE. Malta Tagħna Lkoll... min jixxabbat mill-ħelikopter biex isalva n-nies mill-għarqa u min jonfoħ it-trumbetta u jagħmel il-parata ... u by the way, kollha jissejħu SULDATI TAL-FORZI ARMATI. U kif inhi d-dinja... L-Iran lil gays jgħallaqhom, irRussja issawwathom u Malta żżewwiġhom….ħawwadni ħa nifhmek U jekk tridu zalzett tajjeb u froġa bnina morru sa Tal-Pietà u żgur li toħorġu sodisfatti…jien doqthom (araw ir-ritratti) Kieku u kien qatt ma mxew flimkien "Kieku jien ma niffirmax ilkuntratt tal-gass" – Simon "Tal-Pietà għandhom froġa bnina, jien doqtha" Tata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 October 2013