Illum previous editions

illum 20 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

22 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 Il-Punt Arnold Cassola Il-ħtieġa ta' parlament full-time KUMMISSJONI magħmula mill-Awditur Ġenerali, mill-Ombudsman u millKummissarju Elettorali Ewlieni ġiet imqabbda millPrim Ministru biex tagħti parir dwar kemm għandhom jitħallsu dawk il-politiċi Maltin li jkollhom xi kariga elettiva bħala Ministri jew Membri Parlamentari. Din il-kummissjoni ltaqgħet mattliet partiti stabbiliti f 'Malta. Jiena m'għandi l-ebda idea tal-proposti li għamlu kemm il-Partit Laburista kif ukoll ilPartit Nazzjonalista. Ma nistax nifhem għaliex, meta jindaqqu tant trombi fuq affarijiet anki trivjali bħal li l-Prim Ministru Muscat ċempel lil Tony Blair (anke jien inċempel left, right and centre ... jekk ikolli t-telefonati mħallsin!), il-PL u l-PN żammu mistura l-proposti tagħhom lillKummissjoni. Aħna tal-AD m'għandna xejn x'naħbu dwar il-proposti tagħna. Aħna nitilqu mill-prinċipju li l-parlament Malti qiegħed hemm biex jagħti l-aħjar servizz lill-poplu li għażlu. Għalhekk huwa importanti li l-parlament jiddedika ruħu u ġismu għall-ġid tal-pajjiż. Biex jagħmel dan nemmnu li l-ħatra f 'uffiċċju pubbliku għandha tkun waħda fulltime li ma tippermetti l-ebda xogħol ieħor. Naturalment, is-salarju jrid ikun wieħed adatt u għalhekk għal xogħol fulltime għandu jingħata salarju fulltime. Madanakollu, bħalma jiġri f 'bosta parlamenti Ewropej, aħna tal-fehma li parti waħda Ittri L-ISTIGMA biss tas-salarju trid tingħata bħala somma fissa waqt li l-parti l-oħra għandha tkun marbuta mal-preżenza fiżika tad-deputat kemm għal xogħol fil-Parlament proprju kif ukoll għal xogħol fil-kumitati. Ix-xogħol tal-MP għandu jkun limitat għal ħidma filParlament biss. Dan ifisser li l-ebda ħatra f 'bordijiet appuntati mill-Gvern m'għandha tkun permissibli, għall-kuntrarju tal-porkerija li qed issir bħalissa, b'bosta membri parlamentari back benchers tal-Gvern jiġu maħtura fuq bordijiet, kummissjonijiet u awtoritajiet biex ikunu jistgħu jpappu salarju ieħor... u ma joħolqux problemi lill-Gvern ...à la Franco u JPO. Għal dak li għandu x'jaqsam ma' pensjoni, l-Alternattiva temmen li l-Parlamentari u l-Ministri għandhom ikunu intitolati għall-pensjoni kontributorja tal-NI bħal kull ċittadin Malti ieħor, u bl-istess kundizzjonijiet. Dan ifisser it-tmiem tas-sistema preżenti tal-onorarja, li jgawdu minnha l-Parlamentari llum. Anomalija oħra li teżisti llum hi li għandna xi ministru u deputati fil-kariga li qed jieħdu kemm il-paga ta' ministru u deputat... kif ukoll il-pensjoni ta' ministru u deputat fl-istess ħin. L-Alternattiva Demokratika qed tipproponi li ministri u deputati ma jistgħux jieħdu l-pensjoni waqt li jkunu għadhom fis-servizz parlamentari; kif għadu jiġri issa ma' wħud. Biex nirrazzjonalizzaw l-ispejjeż tal-parlament Malti, qed nipproponu wkoll li meta jivvjaġġaw fuq xogħol parlamentari jew ministerjali, il-parlamentari u l-ministri jridu jivvjaġġaw economy class u l-lukandi ma jistgħux jkunu ogħla minn dawk ta' erba' stilel. Fl-aħħar, nemmnu li għandu jkun hemm ugwaljanza f 'termini ta' aċċess. L-irbit bejn salarju u attendenza fis-seduti parlamentari u tal-kumitati tippreżupponi tali ugwaljanza ta' aċċess. Dan ifisser li s-seduti parlamentari għandhom jinżammu f 'ħinijiet "family friendly" biex b'hekk kulħadd ikun jista' jipparteċipa fil-ħajja politika tal-pajjiż, b'mod partikolari n-nisa. L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt LINO CALLUS ĦAL BALZAN DARBA persuna tieħu STIGMA f '99.99% tal-każi tibqa' ttimbrata biha għal għomorha. Minn meta nbena sal-lum, l-isptar li llum insibuh bħala Monte Karmeli, ilsna ħżiena tawh fama li meta persuna tidħol hemm għall-kura, is-soċjetà kattiva, tibqa' tħares lejha bħala xi ħaġa stramba. Dan biex ma nużax termini aktar aggressivi, li jien ċert li kulħadd jaf x'inhuma. Fil-fatt sa minn żmien ilu, meta tnejn min-nies jiġġieldu, ċertu ħdura toħroġ minnhom billi jgħajruk: "GĦAL HEMM FUQ TAJJEB!" Jien għamilt tlieta u tletin sena naħdem hemmhekk, ma' diversi Amministraturi. Kont ninnota li waqt ilħinijiet tad-dħul, wieħed kien jgħodd il-FTIT VIŻITATURI li jiġu jaraw lill-qraba/ħbieb tagħhom. Il-mistoqsija hija: TISTA' DIN L-ISTIGMA TISPIĊĊA? Jien ngħid IVA. Diffiċli, imma hemm fil-fehma tiegħi soluzzjoni waħda ewlenija. Naf tajjeb, kemm kull Amministratur tal-isptar, kien jagħmel ħiltu, biex possibilment jirranġa għallaħjar dan l-isptar. Intefqu flejjes kbar, imma anke kieku xi ħadd jagħmel l-isptar taddeheb, L-ISTIGMA HEMM TIBQA'. SOLUZZJONI Din dejjem fil-fehma tiegħi personali. L-isptar irid jispiċċa minn Ħ'Attard. Iva, naf li qed nissuġerixxi xi ħaġa kbira – imma possibli. Kif?! Illum il-ġurnata qiegħed isir xogħol fuq l-Encology Unit ġdid, li sejjer jifforma parti minn Mater Dei – l-isptar Boffa jispiċċa. Allura, ngħid jien, għaliex m'għandux jinbena PSYCHIATRIC UNIT li jkun jagħmel parti minn Mater Dei. Naf li St. Lukes kien jeżisti dal-unit u anki llum f 'Mater Dei, imma limitat ħafna, fejn pazjent kien ikun miżmum għal massimu ta' 7 ġimgħat. Il-unit il-ġdid irid jakkomoda 350 pazjent. Minnumru ta' pazjenti li hemm f 'Monte Karmeli, persentaġġ minnhom jistgħu faċilment isibu kenn fil-komunità, jew mal-qraba tagħhom. Żgur mhux kollha hemm neċessità li jinqaflu f 'Monte Karmeli. Imma hawn terġa' titfaċċa l-problema tal-ISTIGMA, biex jabitaw fi djar oħra. Naf li qed nitlob "tall order", imma jekk nibdew xi darba, naslu. Nispiċċa biex umilment nitlob x'jaħsbu l-Onorevoli Godfrey Farrugia – Ministru għas-Saħħa u l-Onorevoli Joe Cassar, eks-Ministru għasSaħħa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 October 2013