Illum previous editions

illum 20 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 SPORTSillum Barbetti u Obiefule jogħlew għall-ballun bil-plejer ta' Sliema Wanderers Mark Scerri isegwi l-azzjoni Sliema W. itellfu l-ewwel punti lil Hibernians Hibernians ...........2 Sliema W ..............2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT SLIEMA Wanderers sar l-ewwel tim fil-Kampjoant BOV Premier li rnexxielu jtellef l-ewwel żewġ punti tal-istaġun lill-Hibernians meta żammhom fid-draw ta' 2-2. Dan ir-riżultat kompla jikkonferma jekk qatt kien hemm bżonn li Sliema Wanderers wara bosta snin se jkunu wieħed mill-kontendenti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat fi tmiem l-istaġun. Iż-żewġ timijet rispettivi kellhom żewġ plejers importanti neqsin - Hibs kellhom lil Zoran Levnajic u liddifensur internazzjonali Ryan Camilleri neqsin waqt li Sliema Wanderers kellhom lill-plejer internazzjonali John Mintoff u lil Pape Gueye neqsin. Kienu Sliema Wanderers li ħolqu l-ewwel azzjoni perkoluża meta tentattiv ta' Abubakar Bello-Osagie ġie mblukkat f 'corner. Hibs irrispondew permezz ta' kross mil-lemin ta' Edison Luis dos Santos iżda ma kien hemm l-ebda plejer talPawlisti biex jagħmel kuntatt mal-ballun. Il-Wanderers irnexxielhom jiftħu l-iskor fl-44 minuta meta freekick tal-plejer Taljan Paltemio Barbetti ġie mblukkat mid-difiża ta' Hibs u mirrebound, Trevor Cilia għeleb lil Mario Muscat b'xutt angulat mil-lemin. Hibs ġabu l-iskor indaqs fil-61 minuta meta freekick ta' Clayton Failla ġie parzjalment milqugħ minn Henry Bonello mgħejjun mil-lasti, u mir-rebound Jackson Lima tefa' fix-xibka. Erba' minuti biss wara, il-Pawlisti dawru l-iskor favurihom meta minn freekick tas-solitu plejer internazzjonali Clayton Failla mix-xellug, Andrew Cohen għalkemm ta' statura qasira rnexxielu jitfa' ġewwa permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Iżda Hibs ma rnexxilhomx finalment idawru telfa f 'rebħa hekk kif Sliema Wanderers ġabu l-iskor indaqs fit-78 minuta meta minn freekick tal-plejer Arġentin Matias Muchardi, il-plejer internazzjonali u captain tal-Wanderers Alex Muscat għeleb lillgoalkeeper veteran ta' Hibs Mario Muscat permezz ta' xutt angulat mill-viċin. Hibernians Muscat, JACKSON LIMA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalitsi preżenti Twieled fid-9 ta' Lulju 1982 fi Guarapuava fil-Brażil Jilgħab f'nofs il-grawnd Huwa wieħed mill-aħjar plejers barranin kemm ta' Hibernians kif ukoll fil-futbol Malti. Bartolo, Pearson, Soares, Dias (Farrugia 69'), Cohen, Kristensen, Lima, Failla, Dos Santos, Obiefule Sliema W. Bonello, Muscat, Borg, Scerri, Ohawuchi, Bello-Osagie (Navarra 87'), Gatt Baldacchino, Cilia (Woods 70'), Barbetti, Muchardi, Bianciardi Referee Clayton Pisani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 October 2013