Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 | illum 27 Taqtiegħa għall-ballun fil-logħba bejn Tarxien Rainbows u Rabat Ajax li fiha l-Magpies kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun Gowl ta' Diego Carrillo Pendas jagħti l-ewwel rebħa tal-istaġun lil Rabat Ajax Tarxien R ................ 0 Rabat A .................. 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT RABAT Ajax irnexxielhom jiksbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jiġi skurjat minn Diego Carrillo Pendas sitt minuti biss mittmiem tal-logħba. Permezz ta' din ir-rebħa Rabat Ajax issa qabżu lil Floriana b'punt fil-klassifika. Tarxien Rainbows kellhom lill-plejer importanti Carlo Mamo nieqes waqt li Joseph Caruana ma kienx disponibbli għall-Magpies. Kienu Tarxien Rainbows li ħarġu fuq l-offensiva u kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor wara biss erba' minuti logħob meta minn tentattiv ta' Ronaille Calheira Seara mix-xellug il-ballun stampa mal-lasta u reġa' lura fil-grawnd qabel ġie kklerjat 'il bogħod minn kull periklu minn difensur Rabti. Rabat Ajax irrispondew permezz ta' tentattiv ta' Clifford Gauci minn ġol-kaxxa li ġie milqugħ f'żewġ tentattivi minn Nicky Vella. Kross-shot mix-xellug ta' Diego Carrillo Pendas fl-24 minuta ma ġiex miżmum minn Vella iżda l-ballun ġie mwarrab middifiża ta' Tarxien Rainbows. Fuq in-naħa l-oħra talgrawnd, f'kontrattakk għal Tarxien Rainbows, Calheira Seara għadda lejn Jorge Santos Silva li x-xutt b'saħħtu tiegħu ġie mdawwar f'corner minn Velimirovic. Ħdax-il minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, wara corner ta' Diego Carrillo Pendas, kien hemm clearance qasira minn difensur ta' Tarxien Rainbows bil-ballun jispiċċa f'saqajn Dani Pelaez li ra x-xutt b'saħħtu tiegħu jgħaddi ftit għoli. Mas-siegħa logħob konklużjoni ta' Adam Smeir wara li rċieva minn kross ta' Carrillo ġie milqugħ minn Nicky Vella f'żewġ tentattivi. Żewġ minuti biss wara, Tarxien Rainbows spiċċaw jilagħbu b'għaxar plejers meta Fernando Lopes Alcantara rċieva t-tieni karta safra fillogħba wara fawl fuq Diego Carrillo li kien qed javvanza lejn il-kaxxa. Mill-freekick li rriżulta, Dani Pelaez ittestja lil Nicky Vella li iżda rnexxielu jdawwar f'corner it-tentattiv mill-freekick sabiħ mogħti mill-istess plejer Spanjol. Fis-67 minuta tentattiv minn freekick ta' Diego Carrillo ġie mdawwar f'corner minn Vella. Fil-75 minuta Everton Souza għadda lejn Jorge Santos Silva fuq il-lemin u x-xutt ta' dan ġie mdawwar f'corner mill-goalkeeper ta' Rabat Ajax. Sitt minuti mit-tmiem tallogħba, fl-84 minuta, Rabat Ajax finalment irnexxielhom isibu x-xibka meta minn pass invitanti tal-attakkant Spanjol Moises Avila Perez, Diego Carrillo Pendas għeleb lill-goalkeeper Vella permezz ta' xutt fil-baxx biex tefa' lill-partitarji ta' Rabat Ajax preżenti fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun f'delirju DIEGO CARRILLO PENDAS Twieled fil-25 ta' Settembru 1982 f'Hospitalet de Llobregat fi Spanja Skorja l-gowl uniku u tant importanti li ta l-ewwel tliet punti tal-istaġun lil Rabat Ajax Ingħaqad ma' Rabat Ajax fil-21 ta' Diċembru 2012 Jilgħab bħala plejer ta' nofs il-grawnd ċentrali ta' ferħ. Tarxien R. Vella, Caruana (Pulo 19'), Lopez Alcantara, Agius, Martinelli, Calheira Seara, Ciantar (Sammut 68'), Souza Santos, Mifsud, Bonnici, Santos Silva Rabat A. Velimirovic, Gauci, Azzopardi, Falzon, Carapic, Gauci, Carrillo Pendas, Pelzaez Bellido, Smeir (Licari 79'), Avila Perez, Bajada (Micallef 84') Referee Philip Farrugia