Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
SPORTSillum Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 | illum 29 Bidu ġdid għall-Badminton f'Malta IL-BADMINTON f'Malta qiegħed bil-mod il-mod jerġa' jikseb il-popolarità u s-suċċessi li kellu xi żmien ilu. Fil-fatt, f'dawn l-aħħar xhur saru numru ta' avvanzi fixxena lokali ta' dan l-isport. Fost l-oħrajn f'dawn l-aħħar 12-il xahar rajna r-ritorn tal-badminton Malti fixxena internazzjonali. Filfatt, membri tal-iskwadra nazzjonali ħadu sehem f'diversi kompetizzjonijiet u kisbu riżultati inkoraġġanti. L-aħjar prestazzjoni nkisbet fis-Cyprus International 2013 fejn Stefan Salomone rnexxielu jgħaddi mill-ewwel rawnd tal-Men's Singles meta għeleb lil Christoforos Sarakis ta' Ċipru bl-iskor ta' 21-12 u 21-10. Flimkien ma' Fiorella Sadowski, l-istess Salomone marru viċin li jirbħu fl-ewwel rawnd tal-Mixed Doubles meta f'logħba akkanita kontra Nicholau Elias u Stefany Pinchary ta' Ċipru, tilfu bi tliet settijiet 21-18, 14-21, 21-13. Fix-xena lokali n-numru ta' membri li ħadu sehem filkompetizzjonijiet organizzati minn Badminton Malta kompla jikber, u miegħu anke l-livell tal-logħob li rajna tul l-istaġun kollu. Fl-aktar avveniment mistenni, ilKampjonati Nazzjonali, rajna diversi sorpriżi fejn erbgħa mill-ħames titli ntrebħu għall-ewwel darba. Fosthom, Samuel Cali kien ir-rebbieħ il-ġdid tal-Men's Singles, kif ukoll tal-Men's Doubles flimkien ma' Stephen Ferrante. Dan tal-aħħar rebaħ il-Mixed Doubles ma' Fiorella Sadowski, li żammet it-titlu li kellha talLadies' Singles. Fl-aħħarnett, it-titlu tal-Ladies' Doubles intrebaħ mill-veterana Joanne Cassar flimkien ma' Jacqueline Grech Licari, tfajla promettenti li għandha biss 16-il sena. Grech Licari mhijiex l-unika plejer ta' età żgħira li tipprometti. Hemm ukoll numru sabiħ ta' plejers oħra li huma membri fl-iskwadra nazzjonali jew fil-Junior Academy li qegħdin juru titjib fil-logħba tagħhom sena wara sena. Dawn il-plejers jinkludu lil Kyle Sciberras, Owen Grech, Nigel DeGaetano, Matthew Abela, Mark Abela, Matthew Galea kif ukoll lil Sam Cassar. Dan it-titjib sar permezz ta' numru ta' inizjattivi ta' Badminton Malta jew talklabbs rispettivi ta' kull plejer. Kyle Sciberras, Nigel DeGaetano u Jacqueline Grech Licari pparteċipaw f'kamp ta' taħriġ organizzat minn Badminton Europe fid-Danimarka. Matthew Abela, Mark Abela u Sam Cassar ħadu sehem f'Zagreb Youth Tournament fil-Kroazja fejn kisbu riżultati tajbin għal pajjiżna. Fil-fatt Matthew Abela rnexxielu jiġi fit-tieni mill-kumplessi sportivi lokali u minflok jintlagħab fuq il-bajja. Il-Beach Badminton 2013 intlaqa' tajjeb ħafna kemm mill-membri ta' Badminton Malta, kif ukoll minn dawk kollha li kienu preżenti fuq il-bajja ta' Birżebbuġa. Din l-attività tant kisbet suċċess li, flimkien mal-Kunsill Malti għall-iSport, se terġa' tiġi organizzata attività ta' Beach Badminton waqt il-Move Week fit-20 ta' Ottubru 2013, din id-darba fil-bajja ta' Għajn Tuffieħa. Badminton Malta bħalissa qiegħda tagħmel it-thejjijiet tagħha għall-istaġun il-ġdid. Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali kien elett Kunsill Eżekuttiv ġdid li issa huwa ffurmat minn Angiolino Sciberras (President), Christopher Spiteri (ViċiPresident), Joanne Cassar (Segretarja Ġenerali), Michelle Johnstone (Teżoriera), Stephen Ferrante u James De Gaetano (Membri). Il-pjan ta' dan ilkumitat hu li jkompli jsaħħaħ u jippromwovi l-badminton f'Malta b'numru ta' inizjattivi ġodda. Dawk kollha interessati li jibdew jitħarrġu f'dan l-isport jistgħu jikkuntattjaw lil Badminton Malta fuq info@ badmintonmalta.org. Aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit ta' din l-Assoċjazzjoni – www. badmintonmalta.org. Il-Badmintion Malti rritorna fix-xena internazzjonali post fil-grupp tiegħu biex b'hekk ikkwalifika għall-fażi ta' wara tal-kompetizzjoni. Fix-xena tal-klabbs din is-sena rajna lil Birkirkara Badminton Club iżomm it-titlu ta' champions meta ż-żewġ timijiet tiegħu spiċċaw fl-ewwel u fit-tieni post. Ta' min isemmi li r-rivali tagħhom, Paola Badminton Club, kellhom numru ta' plejers importanti nieqsa tul il-kompetizzjoni minħabba li weġġgħu. It-tim rebbieħ kien iffurmat minn Stephen Ferrante (captain), Stefan Salomone, Samuel Cali, Fiorella Sadowski, Katerina Vella Ryabkova u Olga Fedotkina Galea. Dawn temmew il-kompetizzjoni b'punti massimi. Birkirkara Badminton Club kienu l-pijuniera ta' avveniment li kompla jżid l-interess lejn il-badminton f'Malta – il-Beach Badminton 2013. Din l-inizjattiva rat il-badminton joħroġ barra Meta l-biljunarju Indoneżjan Thohir xtara 70 % tal-ishma ta' Inter F'MOSSA li għamlet lill-Inter it-tieni tim fisSerie A fl-Italja li huwa mmexxi minn persuni mhux Taljani, il-biljunarju Indoneżjan li huwa meqjus bħala l-Berlusconi talIndoneżja, Erick Thohir xtara l-ishma tat-tim Taljan Inter mingħand is-sid u President tal-istess tim bi storja glorjuża Massimo Moratti. Permezz ta' dan ilftehim li jinkludi s-somma fenomenali ta' xejn inqas minn 475 miljun sterlina, Thohir u l-kumpanija tiegħu 'International Sports Capital' issa huma s-sidien ta' 70 % ta' Inter. Moratti ilu s-sid ta' Inter sa mill-1995, wara li missieru Angelo kien imexxi lill-istess tim fis-snin 60 li kienu snin glorjużi għal Inter fejn nistgħu ngħidu li dan it-tim rebaħ dak kollu li kellu x'joffri kemm il-futbol lokali kif ukoll il-futbol internazzjonali. Taħt il-presidenza ta' Massimo Moratti, Inter kisbu suċċess liema bħalu hekk kif mill-2006 sal-2010, huma rnexxilehom jirbħu ħames kampjonati konsekuttivi tas-Serie A. Fl-2010 taħt it-tmexxija tal-Ispecial One Josè Mourinho Inter kisbu treble storiku meta rebħu l-kampjonat Taljan, il-UEFA Champions League kif ukoll il-Coppa Italia. Madankollu, mill-2010 'l hawn, Inter ma rnexxilhomx jiksbu wisq suċċess hekk kif Erick Thorir, il-'Berlusconi' tal-Indoneżja minn dik is-sena huma ġew fit-tieni, fis-sitt u fid-disa' post rispettivament. Ukoll fl-aħħar erba' snin Inter tilfu s-servizzi ta' diversi plejers ta' klassi mondjali fosthom ilplejers Brażiljani Julio Cesar, Maicon u Lucio, l-attakkant Olandiż Wesley Sneijder, Samuel Eto'o, Goran Pandev kif ukoll plejer li jġib l-isem ta' Mario Balotelli!