Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 27 Denni Rocha dos Santos l-eroj assolut fir-rebħa kbira ta' Valletta Rabat A ................1 Valletta ................4 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT L-ATTAKKANT Brażiljan ta' Valletta, Denni Rocha dos Santos kien l-eroj assolut fir-rebħa kbira ta' 4-1 li l-Beltin kisbu kontra Rabat Akjax biex b'hekk ħallew lill-Magpies ankrati fil-qiegħ tal-klassifika bi 3 punti biss. Huma rnexxielhom imorru fil-vantaġġ fit-12-il minuta meta minn kross ta' Nafti, xutt mill-ewwel tal-attakkant Brażiljan Denni Rocha dos Santos ma ta l-ebda ċans lillgoalkeeper Velimirovic. Il-Beltin irduppjaw l-iskor fit-63 minuta permezz ta' gowl ieħor ta' Denni Rocha dos Santos li x-xutt middistanza tiegħu mil-lemin issorprenda lil Velimirovic. Rabat Ajax naqqsu l-marġni tal-iskor fis-76 minuta meta minn assist ta' Jonathan Bajada mil-lemin, Moises Avila Perez tefa' l-ballun wara Yenz Cini. Valletta reġgħu kisbu distakk ta' żewġ gowls fit-83 minuta grazzi għal Edmond Agius li dar ma' difensur avversarju wara li rċieva pass mingħand Mifsud Triganza u għeleb lil Velimirovic permezz ta' xutt b'saħħtu. Tliet minuti fil-ħin miżjud, il-Beltin issiġġillaw irrebħa permezz tar-raba' u l-aħħar gowl tagħhom fil-logħba meta minn kross mil-lemin ta' Ian Zammit, Abdelakarim Nafti tefa' fixxibka permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Rabat A. Velimirovic, Gauci, Azzpardi, Carapic, Falzon, Gauci, bajada (Azzopardi 86'), Pelaez Bellido (Tanti 83'), Carrillo Pendas (Licari 74'), Avila Perez, Smeir Valletta Cini, Caruana, Fenech, Agius, Briffa, Barry DENNI ROCHA DOS SANTOS (Mifud Triganza 26'), Corr Nyang (Zammit 84'), Bajada (Cremona 86'), Rocha dos Santis, Nafti, Dimech Referee Fyodor Zammit Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-21 ta' Awwissu 1982 f'Rio de Janeiro fil-Brażil Skorja doppjetta personali f'din ir-rebħa importanti ta' Valletta Jilgħab bħala plejer ta' nofs il-grawnd offensiv Inġieb f'Malta minn Tarxien Rainbows lura fl-istaġun 2009/10 qabel ingħaqad ma' Valletta fejn kiseb u għadu qed jikseb suċċess liema bħalu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013