Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

Protesta favur il-ħelsien ta' Daniel Holmes MADWAR 150 dimostrant inġabru quddiem il-Qorti fil-Belt Valletta fejn talbu għall-ħelsien ta' Daniel Holmes, li bħalissa qed iservi sentenza ta' 11il sena ħabs minħabba li kien qed jikkultiva l-pjanti tal-kannabis. Iddimostranti talbu wkoll reviżjoni tal-liġi sabiex il-politika Maltija dwar id-drogi tkun taqbel man-norma Ewropea, fejn il-pjanta tal-Kannabis hija meqjusa bħala 'soft drug' u għaldaqstant wieħed jiġi ttrattat b'tali mod. Mart Daniel Holmes, Marzena ta' 26 sena, flimkien mat-tarbija tagħhom ta' tlett xhur Rainbow, kienu preżenti għal din id-dimostrazzjoni fi Triq ir-Repubblika. Hi dehret emozzjonata ħafna, filwaqt li appellat għall-ħelsien ta' żewġha. "L-anġli tal-Mulej niżlu kollha f 'Malta llum," qalet Marzena f 'riferenza għaddimostranti. Il-protesta kienet organizzata mill-Moviment Graffiti, Alternattiva Demokratika u entitajiet oħrajn fosthom il-moviment 'Mid-Dlam għad-Dawl,' b'turija ta' solidarjetà lejn Daniel Holmes, ħamest ijiem qabel ma jingħata l-verdett fl-appell tiegħu. Kelliema f 'isem dawn l-organizzazzjonijiet ikkundannaw is-sentenza ħarxa li ngħatat lil Holmes, filwaqt li kkumparaw din is-sentenza ma' oħrajn. Huma sostnew li f 'reati iktar serji, bħal attentat ta' qtil u feriti ta' natura gravi fuq individwi, il-Qorti tat sentenzi ħafna inqas ħorox. Intqal ukoll kif l-inkjesta dwar il-mewt ta' Barry Lee, li kien akkużat li ttraffika d-droga flimkien ma' Daniel Holmes u li miet fil-ħabs, qatt ma ġiet konkluża. Il-kelliema għamlu wkoll referenza għal studji kliniċi li jissuġġerixxu li l-pjanta tal-kannabis jista' jkollha fatturi mediċi pożittivi, u allura staqsew kif il-liġi Maltija tikkonsidra din id-droga bħala waħda perikoluża. Id-deċizjoni finali talappell ta' Daniel Holmes se tingħata nhar il-Ħamis, 31 ta' Ottubru. Il-Kampanja 'Free Daniel Holmes' qed tinsisti li Holmes għandu jkun meħlus mill-ħabs, filwaqt li ssostni li dan spiċċa l-ħabs minħabba teknikalitajiet li ħadu preċedenza fuq irraġuni. Hija appellat ukoll biex il-Gvern jirrevedi dawn l-anomaliji biex jiġu evitati każijiet simili filfutur. Ritratti: Ray Attard illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 Rainbow u Marzena www.peugeot.com.mt SEE THE CITY IN A DIFFERENT LIGHT NEW CROSSOVER PEUGEOT 2008 EQUIPPED WITH E-HDI AND E-VTI TECHNOLOGIES FOR LOW CO 2 EMISSIONS. Combined consumption (l/100 km): from 3.8 to 5.9. CO2 emissions (g/km): from 98 to 135. Join Peugeot Malta on Facebook: www.facebook.com/peugeotmalta (This model also qualifies for the government scrappage scheme) Michael Attard Ltd. – National Road, Blata l-Bajda – T: 22483140 – M: 79 406 607 – E: sales@michaelattard.com 0677. Peugeot - 2008 Advert - 18x5.indd 1 13/07/2013 19:08

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013