Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 35 irkara u t-tim nazzjonali Gareth Sciberras Twieled fid-29 ta' Marzu 1983 f'Tal-Pietà. Ritratt: Ray Attard Fil-karriera tiegħu lagħab mannursery ta' San Ġwann, Pietà Hotspurs, Marsaxlokk u Birkirkara. F'Ġunju li għadda kien wieħed mill-finalisti għall-unur prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena. għalik personali u għat-tim nazzjonali din ir-rebħa? Rajtek ferm kuntent fillogħba speċjalment meta skorja Michael Mifusd wara biss tmien minuti logħob fejn kont int l-ewwel plejer li mort tifraħ miegħu wara dan il-gowl. Il-fatt li kelli rwol daqstant importanti li għent lil Malta takkwista l-ewwel rebħa away f'fazi ta' kwalifikazzjoni wara tant snin huwa ta' unur kbir. Sfortunatament se nibqa' niftakar ukoll dik il-logħba b'mod partikolari għall-fatt li matul it-tieni taqsima kelli mmur dritt l-isptar minħabba li kont weġġajt il-minkeb. B'hekk tlift iċ-ċelebrazzjonijiet li kien hemm fil-grawnd wara l-istess logħba. Madankollu, se nibqa' ngħożż dak il-ferħ li esperjenzajna bħala plejers meta morna fil-vantaġġ fillogħba! Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek mat-tim nazzjonali? Għad naraw lil Gareth Sciberras bħala captain tattim nazzjonali wara Michael Mifsud? Jien nemmen li ħadd m'għandu jirrifjuta l-opportunità li jilgħab mattim nazzjonali u sakemm indum niġi magħżul fliskwadra se nkompli nagħti l-aħjar tiegħi biex intejjeb il-livell tat-tim nazzjonali. Għall-fatt li nkun captain tattim nazzjonali, din ovvjament hija x-xewqa ta' kull plejer, madankollu s-setup tat-tim nazzjonali għandu struttura li jagħti l-faxxa ta' captain lil dak il-plejer li l-iktar ikun lagħab logħbiet man-nazzjonal. Għalhekk għandha tkun kemxejn diffiċli minn dak l-aspett! Kif inhi r-relazzjoni tiegħek mal-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin kif ukoll ma' sħabek il-plejers tat-tim nazzjonali? Għandi relazzjoni tajba kemm mal-plejers kif ukoll mal-kowċ. Hemm kompetizzjoni sportiva b'saħħitha biex plejer jakkwista post fin-nazzjonal u din hija xi ħaġa li tagħmel ġid kbir lit-tim nazzjonali inġenerali. X'inhu l-futur ta' Gareth Sciberars? Għad naraw lil Sciberras jilgħab barra minn Malta? Ġieli kkunsidrajt li tmur tilgħab barra minn Malta jew kellek xi offerti minn xi klabb barrani? Onestament, jien nemmen li l-opportunitajiet tiegħi li nilgħab barra minn Malta huma ferm rimoti. Tal-età tiegħi iktar tħares li tidra u li tieħu gost tilgħab ilkumplament tal-karriera tiegħek f'ambjent san u fil-każ tiegħi li tkun f'pożizzjoni li tisfida għall-unuri. Bħala plejer ta' suċċess liema bħalu fil-futbol u anki fil-ħajja għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ li qegħdin jikkunsidraw li jagħmlu karriera fil-futbol. Jien fortunat li nilgħab futbol fl-ogħla livell lokalment, u jien se nkompli naħdem qatigħ għax inħobb dak li nagħmel u nieħu gost b'kull mument li fih inkun involut fil-logħba. Apprezzaw kull mument u aħdmu iktar biex ittejbu l-livell tagħkom filfutbol. Madankollu, dejjem agħmlu mill-aħjar li tistgħu biex takkwistaw ir-rispett ta' kulħadd kemm fil-grawnd u anki barra!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013