Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

SPORTSillum 34 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 Indispensabbli għal Birki CRISTIAN ANTONY MUSCAT Gareth Sciberras – captain taċ-champions Birkirkara FC, plejer indispensabbli u mutur f'nofs il-grawnd kemm tal-Istripes kif ukoll tat-tim nazzjonali. Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Missieri kellu passjoni għall-futbol, u ġiet naturalment mgħoddija lili! Bdejt tilgħab futbol fin-nursery ta' San Ġwann. Il-kummenti tiegħek. Ingħaqadt ma' San Ġwann minħabba l-fatt li sħabi tal-iskola kienu jilagħbu magħhom. Kienet esperjenza millisbaħ, fejn ġejt mgħallem il-ħiliet bażiċi fil-futbol. U kien proprju min-nursery ta' San Ġwann li ġbidt l-interess ta' Pietà Hotspurs fejn ingħaqadt magħhom flistaġun 2000-01 fejn domt ma' dan ilklabb sal-istaġun 2004-05. Kif kienet l-esperjenza tiegħek ma' dan it-tim? Ta' 17-il sena ġejt trasferit ma' Pietà Hotspurs u mal-ewwel bdejt nifforma parti mit-tim tal-kbar. Ġejt muri ħafna fiduċja u ġejt mogħti ħafna kuraġġ mittim kollu ta' Pietà u ta' età tassew żgħira kont diġà qed nilgħab fil-Kampjonat BOV Premier. Inħossni fortunat ħafna li kelli esperjenza daqshekk kbira ta' tagħlim ma' dan it-tim! Fl-istagun 2005-06 ingħaqadt ma' Marsaxlokk mingħand Pietà Hotspurs u kien proprju ma' dan it-tim li int bdejt turi l-aħjar tiegħek fil-futbol. Il-kummenti tiegħek. Matul dak il-perjodu Marsaxlokk kienu għaddejjin minn tibdil drastiku fejn il-kumitat kien determinat li jakkwista plejers Maltin żgħażagħ biex jikkreaw tim kompetittiv fil-Kampjonat BOV Premier. Għandi ħafna memorji mill-isbaħ taż-żmien li qattajt nilgħab ma' Marsaxlokk fejn jien fortunat li rnexxieli nibni ħbiberiji mill-aqwa ma' ħafna mill-plejers li kont nilgħab magħhom fit-tim ta' Marsaxlokk. U proprju sena wara li ngħaqadt ma' Marsaxlokk għint lil dan it-tim biex jirbaħ il-kampjonat għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu. Il-kummenti tiegħek. Kien tragward fantastiku minħabba l-fatt li konna għamilna l-istorja u bdilna l-kultura tal-futbol Malti għal dak il-perjodu fejn Marsaxlokk kienu meqjusa bħala wieħed mill-aqwa erba' klabbs f'Malta. Fl-istaġun 2009-10 Marsaxlokk ġew relegati għall-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni minħabba każ ta' korruzzjoni però int xorta bqajt tilgħab ma' dan it-tim. Kienet sena diffiċli għal Marsaxlokk. X'ġiegħlek tibqa' ma' Marsaxlokk f'dik is-sena għalkemm ġejtu relegati? Kienet daqqa kbira għall-klabb u għal kulħadd involut fil-logħba tal-futbol inġenerali. Kien evidenti li l-kumitat ta' dak iż-żmien kien qed jagħmel dak kollu possibbli biex joħrog lill-klabb minn sitwazzjoni daqshekk diffiċli u kienu jemmnu bis-sħiħ li Marsaxlokk kienu se jirritornaw lura fil-Kampjonat BOV Premier f 'temp ta' sena. Għalhekk bħala grupp ta' plejers konna ddeċidejna li ningħaqdu flimkien u niġġieldu lura. Wara Marsaxlokk ingħaqadt ma' Birkirkara fejn matul l-istaġun li għadda rbaħtu l-kampjonat. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek sa issa ma' Birkirkara? Meta kelli l-opportunità li ningħaqad ma' klabb kbir bħal Birkirkara, ħsibt li kien iż-żmien opportun li nagħmel "Kienet sorpriża pożittiva ħafna li ngħatajt ir-responsabbiltà li nkun ilcaptain ta' Birkirkara, u ninsab grat għall-amministrazzjoni u speċjalment għall-kowċ Paul Zammit talli emmnu flabbiltajiet tiegħi bħala mexxej." pass importanti fil-karriera tiegħi. Meta nħares lura ma jiddispjaċini xejn minn dan il-pass li għamilt għall-fatt li nilgħab ma' klabb ferm ambizzjuż bħal m'huwa Birkirkara bi struttura organizzata u fuq kollox b'ħafna plejers ta' talent. X'fisser għalik id-decider kontra Hibernians f'Mejju li għadda u x'fisser ukoll ir-rebħ tal-kampjonat għalik personali kif ukoll għal Birkirkara flaħħar staġun? Id-decider kienet l-iktar logħba importanti tal-karriera tiegħi. Kienet l-ewwel darba li l-kampjonat kellu jiġi deċiż permezz ta' finali. Kienet logħba mimlija emozzjonijiet u kollox ma' kollox ikolli ngħid li l-aqwa tim matul l-istaġun kollu rebaħ. Fid-decider li għadda Hibs rebħu penalty lejn tmiem l-ewwel taqsima minħabba li proprju int missejt il-ballun b'idek fil-kaxxa. X'emozzjonijiet ħassejt f'dak il-ħin? Ma naħsibx li qatt nista' ninsa dak l-episodju f 'dik il-logħba. L-emozzjonijiet tiegħi ħadu kontroll tiegħi nnifsi hekk kif ħassejt li s-sagrifiċċji u x-xogħol li kont għamilt matul l-istaġun kienu sfaw fix-xejn. Qatt kont temmen li wara li dħaltu għall-mistrieħ 1-0 minn taħt stajtu tabilħaqq iddawru r-riżultat favurikom u tirbħu l-kampjonat meta kien għad fadal biss 45 minuta logħob? Biex inkun onest kont irrabjat ħafna waqt il-mistrieħ tad-decider bejn Birkirkara u Hibernians minħabba l-inċident tal-penalty li fih kont involut. Madankollu sħabi l-plejers inkoraġġewni bis-sħiħ biex irnexxieli naffronta u negħleb dik is-sitwazzjoni. Dak huwa mument li se nibqa' ngħożż – dik hija l-qawwa ta' tim daqshekk fantastiku b'personalitajiet mill-aqwa! Wara ftit żmien li kont ilek ma' Birkirkara ngħatajt il-faxxa ta' captain li huwa sinjal ċar ta' fiduċja fik millamministrazzjoni ta' Birkirkara. X'responsabbiltà tħoss bħala captain ta' Birkirkara? Kienet sorpriża pożittiva ħafna li ngħatajt ir-responsabbiltà li nkun il-captain ta' Birkirkara, u ninsab grat għall-amministrazzjoni u speċjalment għall-kowċ Paul Zammit talli emmnu fl-abiltajiet tiegħi bħala mexxej. Reġa' kellkom bidu tal-istaġun mill-aqwa fejn m'hemmx dubju li intom se tkunu l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat. Però jkolli ngħid li flimkien ma' Valletta u Hibernians, din is-sena ngħaqdu wkoll Sliema Wanderers fil-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat. Taqbel ma' din l-affermazzjoni tiegħi? U kif tqis il-possibiltà tagħkom li terġgħu tirbħu l-kampjonat għat-tieni sena konsekuttiva? Naqbel li matul dan l-istaġun ilkampjoant huwa iktar bilanċjat bl-introduzzjoni tal-ħames plejer barrani. Bħal kull sena jidher li matul din is-sena wkoll se jkun hemm l-aqwa erba' jew sitt timijiet fl-ogħla postijiet tal-klassifika. Jien nemmen fil-klabb tiegħi u qed inħares 'il quddiem għal staġun ieħor biex nisfidaw għal kull unur possibbli li joffri l-futbol Malti. Sa issa bdejna fuq sieq tajba hekk kif irnexxielna nirbħu l-ewwel unur talistaġun jiġifieri l-BOV Super Cup! Kif inhi r-relazzjoni tiegħek mal-kowċ ta' Birkirkara Paul Zammit u ma' sħabek il-plejers? Ikolli nghid li bħala captain tal-Istripes għandek relazzjoni iktar mill-qrib mal-kowċ milli plejers oħrajn? Tikkonferma dan? Għandi relazzjoni b'saħħitha mal-kowċ, plejers, staff tekniku u l-amministrazzjoni tal-klabb. Ma nemminx li l-pożizzjoni tiegħi bħala captain tinfluwenza b'xi mod irrelazzjoni tiegħi mal-kowċ. Aħna fortunati li għandna kowċ li huwa tassew professjonali u dedikat għal dak kollu li jinvolvi l-klabb u lill-futbol inġenerali. Niġu issa għan-nazzjonal fejn nistgħu ngħidu li int garanzija u l-mutur tat-tim f'nofs il-grawnd. X'kienet l-esperjenza tiegħek sa issa mat-tim nazzjonali? Għamilt id-debutt tiegħi mattim nazzjonali ta' età żgħira u kont membru fl-istess skwadra sa meta kelli 23 sena. Madankollu minħabba raġunijiet personali u serje ta' drabi li weġġajt, kien miftiehem mal-kowċ ta' dak iż-żmien Dusan Fitzel li nieqaf milli niġi magħżul fit-tim nazzjonali. Madankollu, fl-2010, ingħatajt l-opportunità li nerġa' nirritorna fit-tim nazzjonali grazzi għal John Buttigieg li kien wera fiduċja kbira fl-abiltajiet tiegħi, u ta' dan jien ninsab grat ħafna. Inħossni kburi ta' kull opportunità li nirrappreżenta lil pajjiżi f'livell daqshekk għoli u nidħol għal kull logħba b'passjoni u determinazzjoni kbira. Ma nistgħux ma nsemmux ir-rebħa storika away li bħala tim nazzjonali ksibtu kontra l-Armenja nhar is-7 ta' Ġunju li għadda. X'fissret

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013