Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 33 Barcelona jirbħu l-'El Clasico' u jiftħu 6 punti vantaġġ fuq Real Madrid BARCELONA ġewwa darhom fin-Nou Camp għelbu lill-arċi-rivali eterni Real Madrid bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu mill-fenomenu Brażiljan li ngħaqad magħhom fis-sajf li għadda Neymar fid-19-il minuta u mill-eks plejer ta' Udinese Alexis Sanchez fit-78 minuta biex Real Madrid naqqsu l-marġni tal-iskor tard wisq fillogħba eżattament fid-90 minuta permezz ta' Jese Rodriguez. B'hekk issa Barcelona fetħu vantaġġ ta' 6 punti fuq Real Madrid meta għandhom 28 punt wara li l-'Los Blancos' għandhom 22 punt fil-klassifika. Dan iddistakk konsiderevoli jista' jkun fattur determinanti fit-taqtiegħa għar-rebh tal-kampjonat bejn dawn iż-żewġ timijiet fl-aħħar tal-istaġun. F'logħba oħra mill-istess kampjonat, Celta Vigo li kienu qed jilagħbu barra minn darhom għelbu lil Malaga bl-iskor kbir ta' 5-0. Fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, Arsenal ikkonsolidaw posthom fil-quċċata talklassifika tal-Kampjonat Barclays Premier meta barra minn darhom huma għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Arteta fis-47 minuta u minn daqqa ta' ras ta' Giroud fis-87 minuta. Tajjeb ngħidu li l-awtur tal-ewwel gowl għall-Gunners, Arteta tkeċċa fil-65 minuta. Manchester United dawru telfa b'rebħa meta bi tqanżiħ għelbu lit-tim ferm inqas ikkwotat ta' Stoke City bl-iskor ta' 3-2. Kien Peter Crouch li fetaħ l-iskor għal Stoke City wara biss erba' minuti mis-solitru Robin Van Persie jġib l-iskor indaqs għal United fit-43 minuta iżda żewġ minuti biss wara Arnautovic reġa' poġġa lil Stoke fil-vantaġġ. Rooney ġab l-iskor indaqs għar-Red Devils fit-78 minuta u Javier Hernandez skorja l-gowl tant importanti li ta t-tliet punti prezzjużi lit-tim immexxi mill-kowċ Skoċċiż David Moyes fit-80 minuta. Liverpool komplew jimpressjonaw u ġewwa darhom f 'Anfield għelbu lill-West Bromwich Albion bl-iskor kbir ta' 4-1. Il-gowls ta' Liverpool waslu minn tripletta tal-plejer millUrugway Luis Suarez fit-12, fis-17 u fil-55 minuta waqt li l-gowl l-ieħor għar-Reds wasal mis-solitu plejer internazzjonali Ingliż Daniel Sturridge fis-77 minuta. Il-gowl waħdieni ta' West Bromwich Albion wasal minn penalty ta' James Morrison fis-66 minuta. Everton komplew bis-serje ta' riżultati pożittivi f 'dan ilkampjonat meta barra minn darhom għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta' 2-0 bilgowls għalihom jaslu minn Lukaku u Osman fit-68 u fil-81 minuta. Tajjeb ngħidu li f 'din il-logħba wara biss tmien minuti logħob Aston Villa fallew penalty mogħti mill-iskorer prolifiku tagħhom Christian Benteke. F'logħba oħra ż-żewġ timijiet mhux daqstant b'saħħithom Norwich City u Cardiff City temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. Southampton komplew jimpressjonaw f 'dan ilkampjonat meta ġewwa darhom għelbu lil Fulham bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls tagħhom jiġu skurjati minn Lambert u Rodruguez fil-21 u fit-43 minuta rispettivament. Intant, mill-istess kampjonat flIngilterra, illum jintlagħbu żewġ logħbiet ferm importanti li huma d-derby ta' Newcastle bejn Sundeland u l-istess Newcastle United kif ukoll il-partitissima bejn Chelsea u Manchester City fi Stamford Bridge. Fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Sampdoria ġewwa darhom fil-Marassi għelbu lill-Atalanta bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jiġi skurjat minn Mustafi fit-52 minuta fejn tajjeb ngħidu li Atalanta spiċċaw jilagħbu b'għaxar plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Constantin Nica fit63 minuta. Riżultati Riżultati Primera Liga Is-Sibt 26 ta' Ottubru Malaga vs Celta Vigo 0-5 Barcelona vs Real Madrid 2-1 Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 26 ta' Ottubru Crystal Palace vs Arsenal 0-2 Aston Villa vs Everton 0-2 Liverpool vs WBA 4-1 Manchester U. vs Stoke C. 3-2 Norwich C. vs Cardiff C. 0-0 Southampton vs Fulham 2-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 14:30 Sunderland vs Newcastle U. 17:00 Chelsea vs Manchester C. 17:00 Swansea C. vs West Ham U. 17:00 Tottenham H. vs Hull C. Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 26 ta' Ottubru Sampdoria vs Atalanta 1-0 Inter – Hellas Verona 4-2 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 12:30 Napoli vs Torino 15:00 Bologna vs Livorno 15:00 Catania vs Sassuolo 15:00 Chievo V. vs Fiorentina 15:00 Juventus vs Genoa 15:00 Parma vs AC Milan 15:00 Udinese vs Roma 20:45 Lazio vs Cagliari

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013