Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845
SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 Lorenzo jikseb it-tieni pole konsekuttiva fil-Ġappun biex iżomm it-tamiet tiegħu ħajjin IS-SEWWIEQ Spanjol Jorge Lorenzo kompla jżomm it-tamiet tiegħu għar-rebħ tal-kampjonat tal-Moto GP ħajjin meta f 'kundizzjonijiet ta' temp ferm ħżiena rnexxielu jirbaħ il-pole position tal- Ġappun fiċ-ċirkwit ta' Motegi. Is-sewwieq ta' Yamaha rreġistra l-iktar ħin veloċi ta' minuta u 53.471 sekondi fuq trakka mxarrba biex assigura l-ewwel post qabel il-kompatrijott Spanjol u favorit għar-rebħ talkampjonat tal-Moto GP fi tmiem tal-istaġun Marc Marquez. Is-sewwieq ta' Repsol Honda bħalissa qiegħed fil-quċċata talklassifika tal-Moto GP b'vantaġġ ta' 18-il punt fuq Lorenzo u llum jista' jirbaħ it-titlu finali għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu jekk jgħaddi lil Lorenzo bi tmien punti. Is-sewwieq Nicky Hayden se jkun qed jibda fit-tielet post fuq Ducati waqt li sieħeb Marquez fuq Repsol Honda, Dani Pedrosa se jkun qed jibda fir-raba' post biż-żewġ sewwieqa Taljani Valentino Rossi u Andrea Dovizioso jibdew fil-ħames u fis-sitt post rispettivament. Dan tmiem il-ġimgħa fiċ-ċirkwit ta' Motegi kien ikkaratterizzat b'temp ferm kiefer b'ħafna sessjonijiet ta' prattika jkunu affetwati millistess temp bis-sessjoni ta' nhar il-Ġimgħa tiġi mħassra minħabba ċpar u xita waqt li s-sessjoni ta' prattika talbieraħ ukoll ġiet imħassra. B'hekk is-sessjoni ta' kwalifikazzjoni jew kif inhi iktar magħrufa bħala l-pole position ġiet estiża għal 75 minuta. Intant dawn huma l-ħinijiet li kisbu lbieraħ l-ewwel sitt sewwieqa fil-pole position ta' Motegi fil-Ġappun: 1. Jorge Lorenzo (Spanja) Yamaha Factory Racing 1m 53.471 2. Marc Marquez (Spanja) Repsol Honda Team 1m 54.129 3. Nicky Hayden (Stati Uniti) Ducati Team 1m 54.539 4. Dani Pedrosa (Spanja) Repsol Honda Team 1m 54.542 5. Valentino Rossi (Italja) Yamaha Factory Racing 1m 54.732 6. Andrea Dovizioso (Italja) Ducati Team 1m 55.036 Jorge Lorenzo, sewwieq Spanjol ta' Yamaha Vettel pass 'il bogħod milli jidħol fl-istorja MA kienet l-ebda sorpriża hekk kif is-sewwieq ta' Red Bull, Sebastian Vettel rebaħ il-pole position tal-Grand Prix tal-Indja li se jsir illum biex b'hekk jinsab pass 'il bogħod milli jidħol flistorja fejn jekk jirbaħ dan it-titlu llum jirbaħ ir-raba' titlu konsekuttiv tiegħu fil-Formula 1 – xi ħaġa li kien għamilha biss l-eks sewwieq leġġendarju ta' Benetton Renault u Ferrari, il-Ġermaniż Michael Schumacher. Vettel li kien tassew veloċi fl-Indja fejn irreġistra l-aħjar ħin ta' minuta u 24.119 sekondi żamm ir-rekord tiegħu li jirbaħ il-pole fiċ-ċirkwit tal-Indja minn kemm din it-tellieqa ilha tinżamm f 'dan il-pajjiż enormi jiġifieri mill-2011. Fit-tieni post se jkun qed jibda s-sewwieq ta' Mercedes u kompatrijott Ġermaniż, Nico Rosberg. Is-sewwieq ta' Ferrari, Fernando Alonso, li jinsab xejn inqas minn 90 punt wara Vettel filklassifika tal-kampjonat tal-F1 meta għad fadal erba' Is-sewwieq ta' Red Bull viċin li jnaqqax ismu fl-istorja tal-Formula 1 tlielaq biss għat-tmiem tal-kampjonat u li huwa l-uniku sewwieq li jista' jtellef iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tal-kampjonat ta' Vettel, għalkemm dawn il-possibbiltajiet jidhru ferm remoti, kiseb riżultat ferm diżappuntanti hekk kif illum se jkun qed jibda biss mittmien post. Is-sewwieq ta' Mercedes, Lewis Hamilton se jkun qed jibda fit-tielet post waqt li s-sewwieq Awstraljan u sieħeb ta' Vettel fuq Red Bull, Mark Webber se jkun qed jibda fir-raba' post. Intant, dawn huma l-ħinijiet li kisbu lbieraħ l-ewwel għaxar sewwieqa filpole position tal-Indja: Intant, dawn huma l-ħinijiet li kisbu lbieraħ l-ewwel għaxar sewwieqa fil-pole position tal-Indja: 1 Sebastian Vettel - Red Bull Racing-Renault 1:24.119 2 Nico Rosberg - Mercedes 1:24.871 3 Lewis Hamilton - Mercedes 1:24.941 4 Mark Webber - Red Bull Racing-Renault 1:25.047 5 Felipe Massa - Ferrari 1:25.201 6 Kimi Räikkönen - Lotus-Renault 1:25.248 7 Nico Hulkenberg - Sauber-Ferrari 1:25.334 8 Fernando Alonso - Ferrari 1:25.826 9 Sergio Perez - McLaren-Mercedes 1:26.153 10 Jenson Button - McLaren-Mercedes 1:26.487