Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 31 Il-President ta' Malta Dr George Abela se jżur l-attività tal-ASMK f'Ta' Qali llum ILLUM l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) se tkompli b'attivitajiet oħra mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Din se tkun it-tieni attività għall-Karozzi Autocross u l-ewwel waħda għall-Muturi Motocross iżda dawn fuq tiġrija Fun Race. Il-programm se jkun qed jibda f'nofsinhar u d-dħul fil'paddocks' ikun bla ħlas. Waqt dan il-programm għall-ħabta tas-1pm se jkun hemm żjara mill-E.T. Dr George Abela, President ta' Malta. Dan mistenni jattendi fil-Korsa tal-ASMK f'Ta Qali wara li ġiet imħassra ż-żjara li kellu jagħmel nhar il-Ħadd 6 ta' Ottubru. Intant nhar il-Ħadd li għadda 20 ta' Ottubru, l-Assoċjazzjoni organizzat l-ewwel attività tal-istaġun tal-Moto Enduro 2013/14 fil-korsa ta' Ta' Qali. Din saret bil-ħidma tal-membri diriġenti, dawk li għenu u sponsors ewlenin fosthom Dunlop u KTM. F'din l-ewwel attività rreġistraw 35 mutur ta' diversi ċilindrata u għamla. Dawn kellhom jikkompetu kontra l-ħin fi trakka twila żewġ kilometri. Il-korsa li tintrama apposta minn uffiċjali u helpers inkarigati, apparti t-tul talkorsa ġo passaġġi naturali, bnew ostakli b'tyres, zkuk tas-siġar kif ukoll 60,000 litru ta' ilma li ntefa' fil-korsa qabel bdiet l-attività. L-attrazzjoni kienet waħda spettakolari minn dak li mdorrijin naraw fil-korsa tal-ASMK. Il-korsa kienet mgħammra b'marshalls b'esperjenza li kienu jsegwu għal kull eventwalità. L-attività bdiet b'tiġrija 'pole position' biex tistabilixxi l-'istarting list' tas-sewwieqa kollha u fl-istess ħin ikunu Paul Muscat, fuq KTM 250cc għamlu l-ewwel dawra bħala prattika qabel jibdew iż-żewġ heats tal-ġurnata kontra l-ħin. Tul din il-pole run James Zahra fuq Yamaha 250cc irreġistra l-aħjar ħin ta' 4 minuti 31.30 sekondi segwit minn Paul Muscat fuq KTM 250cc li rreġistra ħin ta' 4 minuti, 32.93 sekondi. Edward Ciantar fuq KTM 300cc 2T irreġistra ħin ta' 4 minuti, 34.32 sekondi. Minkejja li dan il-ħin ma jgħoddx għallklassifika finali mill-ewwel dehru indikazzjonijiet ta' min kien se jkompli javvanza filħin. Zahra fl-ewwel ħin uffiċjali ħalla lis-sewwieqa jħarsu lejn l-arloġġ tiegħu fejn dan irreġistra ħin ta' 4 minuti, 2.39 sekondi. It-taqtigħa kompliet fejn l-iktar ħin viċin ta' Zahra kien irreġistrat minn Clayton Camilleri, ħin ta' 4 minuti, 13.09 sekondi segwit minn Matthew Gauci fuq KTM 300cc li rreġistra ħin ta' 4 minuti, 15.64 sekondi. Bħala riżultat finali overall u indipendentament miċċilindrata tal-mutur spiċċa rebbieħ James Zahra segwit minn Camilleri u Gauci rispettivament. Nagħtu ħarsa lejn il-klassijiet fejn b'kollox kienu maqsuma erba' klassijiet - Klassi A li ġabret il-muturi kollha minn 125cc sa 250cc li b'kollox kienu għaxar kompetituri. F'din ilklassi James Zahra fuq Yamaha 250cc ġie ddikjarat rebbieħ b'ħin ta' 4 minuti u 2.39 sekondi segwit minn Clayton Camilleri (KTM) li spiċċa fit-tieni post b'ħin ta' 4 minuti, 13.09 sekondi u Paul Muscat spiċċa fit-tielet post b'ħin ta' 4 minuti u 27.52 sekondi. Camilleri u Muscat kienu qed jikkompetu fuq muturi KTM 250cc. Fi Klassi B li ġabret lillmuturi kollha minn 251cc sa 530cc kellna 11-il kompetitur b'Matthew Gauci fuq KTM 300cc spiċċa rebaħ din il-klassi b'ħin ta' 4 minuti u 15.64 sekondi segwit minn Matthew Salamone fuq KTM 530cc fit-tieni post b'ħin ta' 4 minuti u 21.64 sekondi. Fit-tielet post spiċċa Edward Ciantar fuq KTM 300cc li rreġistra ħin ta' 4 minuti u 35.83 sekondi. Fi Klassi C għall-Muturi Trials kellna seba' kompetituri fejn għal darb'oħra ddomina u rebaħ din il-klassi Damon Bonello fuq Gas Gas 280cc b'ħin ta' 4 minuti u 33.95 sekondi. Damon kien segwit minn Rowen Bonello fuq Beta 125cc fit-tieni post li għamel ħin ta' 5 minuti u 2.09 sekondi. It-tielet post rebħu Theo Said fuq Gas Gas 280cc b'ħin ta' 5 minuti u 17.50 sekondi. Il-Klassi D ġabret lill-muturi kollha misjuqa minn sewwieqa 'juniors'. Din kellha erba' kompetituri fejn fl-ewwel post spiċċa Carl Micallef fuq Honda 250cc b'ħin ta' 4 minuti u 54.11 sekondi segwit minn Kyle Camilleri fuq Suzuki 85cc li rreġistra ħin ta' 5 minuti u 30.37 sekondi. Fit-tielet post spiċċa Daniel Caruana fuq Honda 250cc li rreġistra ħin ta' 7 minuti u 48.78 sekondi. Aktar dettalji u ritratti talattivitajiet jinstabu fuq is-sit elettroniku www.asmk.org.mt. Noel Baldacchino jirbaħ l-unur tal-Ġerrej tax-Xahar ta' Settembru IL-KUNSILL tal-Malta Racing Club flimkien mar-rappreżentanti tas-sidien u s-sewwieqa nhar il-Ħadd li ġej ser jippremjaw lil Noel Baldacchino bħala l-ġerrej tax-xahar ta' Settembru. Din l-għażla ssir wara konsultazzjoni ma' dawk il-ġurnalisti kollha li jirrappurtaw it-tiġrijiet taż-żwiemel fil-korsa talMarsa. Matul ix-xahar ta' Settembru, Baldacchino saq fi 22 tiġrija li minnhom rebaħ ħamsa u ħa sitt pjazzamenti. L-aqwa ġurnata tiegħu kienet fl-20 ta' Settembru fejn waqt il-35 programm tal-istaġun irnexxielu jirbaħ tliet tiġrijiet. Bħalissa Noel Baldacchino jinsab jokkupa l-ewwel post fil-klassifika tal-aqwa ġerrej u din is-sena diġà rebaħ 35 tiġrija. Mis-sena 2000 'l hawn Baldacchino rebaħ it-titlu tal-aqwa ġerrej seba' darbiet inkluż l-aħħar tliet snin konsekuttivi. Is-sena l-oħra kien rebaħ l-unur tal-ġerrej tax-xahar ta' Frar. Il-preżentazzjoni ser issir waqt il-programm ta' tiġrijiet li se jsir illum u barra plakka komemorattiva jingħata wkoll tifkira millKumpanija P&M Farrugia li huma importaturi ta' dak kollu li għandu x'jaqsam mat-tiġrijiet taż-żwiemel. Noel Baldacchino - ir-rebbieħ tal-Ġerrej tax-Xahar għal Settembru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013