Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845
SPORTSillum 30 illum Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 "Kont nippreferi nispara lil Ronaldo milli nbigħu lil Real Madrid" – Sir Alex Ferguson Elaine Genovese - ir-rebbieħa tal-Malta Open ta' din is-sena li kien is-sitt wieħed fil-karriera mill-aqwa tagħha Sir Alex Ferguson ipprefera li jispara lil Ronaldo milli jbiegħu lil Real Madrid HEKK kif matul din ilġimgħa l-leġġenda ħajja u eks kowċ ta' Manchester United li rebaħ kull m'għandu x'joffri l-futbol kemm fl-Ingilterra kif ukoll fid-dinja, Sir Alex Ferguson ippubblika l-awtobijografija tiegħu bl-isem ta' 'Alex Ferguson – My Autobiography' qanqlet ċertu kontroversja. Fost l-iktar kummenti li ħolqu interess u kontroversja f 'din l-awtobijografija nsibu l-fatt li Ferguson ma ried bl-ebda mod li l-fenomenu Portugiż Cristiano Ronaldo jitlaq lir-Red Devils biex jingħaqad ma' Real Madrid. Iżda bħal ċerti affarijiet oħra fil-ħajja, dawn mhux dejjem imorru skont kif wieħed ikun jixtieq u eventwalment lura fl-2009 Ronaldo ngħaqad ma' Real Madrid għas-somma rekord f 'dak iż-żmien ta' xejn inqas minn 80 miljun sterlina. Sir Alex Ferguson kien mar iddar ta' Ronaldo fil-Portugall u kien stqarr miegħu li kien jippreferi jisparalu milli jħallih jingħaqad mal-ġganti Spanjoli Real Madrid taħt il-Presidenza ta' Florentino Perez. Però Ferguson kien stqarr ukoll li jekk jiġi xi klabb partikolari u joffri somma rekord għall-istess plejer, imbagħad Manchester United kienu jħallu lil Ronaldo biex jingħaqad ma' liema klabb ried. U fil-fatt hekk ġara għax Real Madrid offrew din is-somma rekord u Ronaldo spiċċa biex ingħaqad mal'Los Blancos' kif inhuma iktar magħrufin Real Madrid fejn minn dak iż-żmien 'l hawn impressjona fuq li impressjona. Fost kummenti oħra kontroversjali f 'din l-awtobijografija nsibu dawk li Ferguson għadda fuq l-eks kaptan tat-tim nazzjonali Ingliż, David Beckham, fejn ilkoll nafu li r-relazzjoni bejn dawn it-tnejn marret għallagħar. Ma nistgħux ma nsemmux il-famuż inċident fejn Sir Alex Ferguson allegatament waddab żarbuna li laqtet lil Beckham f 'wiċċu u ferietu. Ferguson stqarr li fi żmien partikolari li Beckham kien mal-United, huwa beda jħoss li kien sar iktar importanti mill-kowċ Skoċċiż. Ferguson jitkellem ukoll fuq l-eks kaptan Irlandiż tarRed Devils Roy Keane fejn jiddeskrivih bħala 'Peter Pan' waqt li jsostni li dan kien jgħaddi kummenti iebsin u kemxejn arroganti filkonfront ta' diversi persuni. Fl-awtobijografija tiegħu li mistennija tkun best-seller madwar id-dinja kollha speċjalment fl-Ingilterra, il-kowċ meqjus fost l-aqwa li pproduċa l-futbol Ingliż u anki dak mondjali ta' kull żmien isemmi wkoll lil Wayne Rooney u l-kuntratt tiegħu ma' Manchester United fejn afferma li l-istilla Ingliża matul l-istaġun li għadda kien talab li jiżdiedlu s-salarju tiegħu mar-Red Devils. Ferguson saħaq li inizjalment Rooney ma kienx kuntent minħabba l-fatt li ma tantx kien qed jingħata ħin biex jilgħab mal-United u anki minħabba l-pożizzjoni li fiha kien qed ikun utilizzat minn Ferguson. Però, il-kowċ Skoċċiż saħaq li l-ikbar raġuni għaliex Rooney kien imdejjaq mal-United kienet dik li xtaq żieda fis-salarju tiegħu mar-Red Devils. Ukoll Fergsuon stqarr li meta tliet snin ilu Wayne Rooney kien se jitlaq minn mal-United minħabba li kien qed iħoss li kien hemm nuqqas ta' ambizzjoni filklabb kien talab li floku l-United jingaġġaw lillplejer Ġermaniż Mesut Ozil li dak iż-żmien kien ingħaqad ma' Real Madrid mingħand it-tim Ġermaniż Werder Bremen u li kellu wirjiet mill-aqwa mat-tim nazzjonali Ġermaniż fitTazza tad-Dinja li kienet saret f 'dik is-sena fl-Afrika ta' Isfel u li kienet intrebħet minn Spanja. Illum l-istess Ozil qed jilgħab ma' Arsenal fejn qed ikollu wirjiet tajbin kif qed ikollu mat-tim nazzjonali Ġermaniż. Flistess awtobijografija tiegħu Ferguson ifaħħar bis-sħiħ lill-eks plejer internazzjonali Ingliż, Paul Scholes fejn nistgħu ngħidu li dan kien fost l-iktar plejers ta' Manchester United favoriti tiegħu. Elaine Genovese tkompli tikkonferma li hija l-aqwa tennista femminili f'pajjiżna FTIT tal-jiem ilu, ittennista Elaine Genovese rebħet il-Kampjonati prestiġjużi f 'pajjiżna talMalta Open tat-tennis fejn kompliet tikkonferma li hija tabilħaqq l-aqwa tennista femminili f 'pajjiżna. ILLUM tkellmet ma' Elaine Genovese nnifisha fejn talbitha ttina rendikont dettaljat ta' dawn ilKampjonati tal-Malta Open u x'fisser għaliha r-rebħ ta' dan il-Malta Open li kien is-sitt wieħed fil-karriera mill-aqwa tagħha. It-tennista ewlenija f 'Malta saħqet li: "Il-Kampjonati tal-Malta Open ta' din issena li saru fil-Marsa Sports Club kien għal darb'oħra tournament ta' suċċess fejn irbaħt dan it-titlu għas-sitt darba. Fis-semi-finali għelibt lit-tennista żagħżugħa Francesca Curmi bl-iskor ta' 6-0, 6-1 biex wasalt sal-finali fejn lgħabt kontra Katrina Sammut biex irbaħt din il-finali bi skor ferm komdu u bl-istess skor li bih għelibt lil Francesca Curmi 6-0, 6-1. Is-sena 2013 kienet waħda memorabbli u ta' suċċess għalija fejn bdejtha billi lgħabt għal klabb fi Sqallija fejn ġejna promossi għall-Kampjonat tas-Serie B. Barra minn hekk mexxejt lil Team Malta biex tegħleb lill-Irlanda u lill-Armenja fit-Tazza tal-Federazzjonijiet li hija l-ikbar kompetizzjoni tat-timijiet fid-dinja fejn ġejt fil-ħames post minn 13-il pajjiż. Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussemburgu kienu mingħajr dubju l-quċċata tas-sena fejn bħala pajjiż irbaħna żewġ midalji tal-fidda fid-'doubles event'. Matul is-sajf li għadda lgħabt numru ta' tournaments internazzjonali fosthom flItalja u rnexxieli nikkwalifika u nirbaħ punt fid-WTA meta għelibt lit-tennista Taljana Rosatello li hija klassifikata fil-520 post fiddinja. Irbaħt ukoll diversi logħbiet f 'opens tat-tennis fl-Italja biex żammejt irranking tiegħi fl-Italja ta' 2.5. Bħala tragwardi għall-futur għandi nikkwalifika f 'żewġ tournaments internazzjonali tal-ITF fl-Eġittu, fejn hemmhekk għandi nikkompeti kontra plejers irrankjati tajjeb ħafna firrankings mondjali tat-tennis biex inkompli nżid iktar punti u nakkwista ranking tad-WTA", temmet tgħid Elaine Genovese. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt