Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 29 Naxxar L. jegħlbu lil Balzan b'wirja tajba Balzan .................... 0 Naxxar L ................. 3 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT KIF jindika l-iskor finali, Naxxar Lions ma tantx tħabtu biex għelbu lit-tim immexxi minn Jesmond Zerafa, Balzan, bl-iskor ta' 3-0. Kienu Balzan li ħarġu fuq l-offensiva meta fl-20 minuta Spiteri ra x-xutt tiegħu jistampa mal-wieqfa. Reġa' kien Spiteri li ħames minuti biss wara għadda lil Armario Negrin li minn quddiem Azzopardi tefa' barra. Fil-35 minuta xutt ta' Bellia għadda ftit barra u minuta biss wara Cassar għadda lejn Buhagiar li ra x-xutt b'saħħtu tiegħu jimpenja serjament lil Falzon. Fit-42 minuta Balzan spiċċaw jilagħbu b'għaxar plejers meta tkeċċa għalihom il-goalkeeper Falzon wara li waqqa' lil Zongo fil-kaxxa u mill-11-il metru Gilmar da Silva Ribeiro tefa' ġewwa. Balzan ħolqu l-ewwel azzjoni petrikoluża fil-ftuħ tat-tieni taqsima eżattament fl-46 minuta meta xutt ta' Aematio Negrin ġie milqugħ minn Azzopardi minn mal-art. Fis-57 minuta Gilmar da Silva Ribeiro wara ġirja tajba, daħal tajjeb fil-kaxxa qabel ra x-xutt tajjeb tiegħu jiġi milqugħ minn Ċiprijott. Fit-72 minuta tilfu okkażjoni tad-deheb li jirduppjaw l-iskor iżda kienu ferm sfortunati meta xutt tas-sostitut Daren Falzon ħabat mal-mimduda. Fit-78 minuta Balzan spiċċaw jilagħbu b'disa' plejers wara li tkeċċa għalihom il-plejer internazzjonali Justin Grioli minħabba li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba u mill-freekick li rriżulta wara dan il-fawl issostitut Daren Falzon ra x-xutt sabiħ tiegħu minn freekick dirett jintemm fix-xibka. Jidher li Naxxar Lions ma kinux kuntenti b'dan ir- riżultat u fil-fatt fid-90 minuta skorjaw it-tielet u l-aħħar gowl tagħhom fil-logħba meta l-BOV Plejer tal-Logħba Gilmar da Silva Ribeiro għadda tajjeb lejn Daren Falzon li min quddiem il-goalkeeper Ċiprijott tefa' fix-xibka bla ebda diffikultà biex b'hekk skorja doppjetta personali fil-logħba. Balzan Falzon, Grioli, Scicluna, Bezzina, Agius, Calabretta, Spiteri (Dos Reis Santos 71'), Vignaroli, Grima, Sciberras, Armario Negrin (Darmanin 56') Naxxar L. Azzopardi, Ani, Bellia (Falzon 65'), Briffa (Del Negro 28'), Buhagiar (Debono 86'), Cassar, Da Silva Ribeiro, Doffo, Lopes De Souza, Dos Santos, Zongo Referee Alan Mario Sant GILMAR DA SILVA RIBEIRO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-26 ta'Marzu 1990 fil-Brażil Huwa wieħed mill-akkwisti l-ġodda li għamlu Naxxar Lions matul dan l-istaġun Skorja l-ewwel goal minn penalty f'din ir-rebħa tajba kontra Balzan Qabel Naxxar Lions lagħab ma' Bangu fil-Kampjonat Carioca 1 filBrażil Sliema Wanderers jirritornaw għar-rebħ Sliema W ................ 2 Vittoriosa S ............. 0 MINN CRISTAIN ANTONY MUSCAT PERMEZZ ta' wirja tajba, Sliema Wanderers irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Vittoriosa Stars bl-iskor ta' 2-0. Kienu proprju l-Wanderers li ħarġu fuq l-offensiva meta wara biss 6 minuti logħob, xutt angulat ta' John Mintoff għadda ftit barra. Vittoriosa Stars irrispondew permezz ta' kross ta' Siraj Arab li minnu Marcelo Perira xeħet barra fit-18-il minuta. Żewġ minuti biss wara, Abubakar BelloOsagie resaq viċin permezz ta' daqqa ta' ras wara li rċieva mingħand Jacob Borg. Ftit wara Marcelo Pereira tilef ċans tad-deheb meta ġie waħdu quddiem Bonello wara li rċieva kross invitanti mingħand Oscar Guerrero. Żewġ minuti mit-tmiem talewwel taqsima, John Mintoff kellu xutt minn tarf il-kaxxa jgħaddi ftit barra wara li rċieva mingħand Ohawuchi. Fuq in-naħa l-oħra talgrawnd, Oscar Guerrero kkontrolla kross ta' Adam Spiteri iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet imxellfa f'korner mill-goalkeeper Henry Bonello. Il-Wanderers finalment irnexxielhom jiftħu l-iskor ħames minuti millftuħ tat-tieni taqsima meta minn pass invitanti tas-sostitut Trevor Cilia mil-lemin, Stanley Ohawucuhi tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Jean Matthias Vella. Sliema rduppjaw l-iskor STANLEY OHAWUCHI Twieled fis-27 ta' Mejju 1990 finNiġerja Skorja l-ewwel gowl għal Sliema Wanderers fil-50 minuta li beda t-triq tar-rebħa għal dan it-tim li mistenni jkun kontendent ewlieni għar-rebħ tal-kampjonat fi tmiem l-istaġun Inagħaqad ma' Sliema Wanderers matul l-istaġun li għadda fil-71 minuta permezz ta' xutt imdawwar mill-isbaħ minn ġol-kaxxa ta' Matias Muchardi wara li rċieva assist perfett mingħand Abubakar BelloOsagie, ma ta l-ebda ċans lillgoalkeeper sostitut Sean Cini. Sliema W. Bonello, A. Muscat, Borg (Cilia 46'), Mintoff, Ohawuchi (Gueye 56'), BelloOsagie, Gatt Baldacchino, Woods (B. Muscat 33'), Barbetti, Muchardi, Bianciardi Vittoriosa S. Vella (Cini 67'), Aguiar, Spiteri (Mifsud 64'), Teruel, Pereira, Dos Santos, Camulleri, Brincat, Arab Eddin (Barbara 58'), Arab, Guerrero Referee Marco Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013