Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

Il-veteran li ġie 12 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 M eta ssemmi l-isem ta' Joe Debono Grech, mal-ewwel jiġu f 'moħħok diskorsi mqanqla u diretti kif jaf jagħmel hu biss. Iżda mis-salott tad-dar tiegħu f 'Birkirkara, l-aktar deputat veteran fil-parlament Malti jitkellem b'mod kalm u jirrakkonta b'nostalġija l-karriera politika tiegħu li tmur lura aktar minn 50 sena. Imma aktar minn 50 sena ilu, Debono Grech kellu pjanijiet oħra: kellu l-vokazzjoni għal qassis. Meta ngħidlu li bilkemm nimmaġinah, jgħidli li bil-qasma bejn Boffa u Mintoff fil-partit u l-irvellijiet tal-1958, malajr sab ruħu attiv filPartit Laburista. Bħal missieru, li kien l-ewwel segretarju tal-kumitat Laburista f 'Birkirkara. Il-ġenerazzjoni ta' Debono Grech fil-politika jidher li se tkompli, bittifla tiegħu Joanne tiġi eletta sindku ta' Birkirkara f 'Marzu li għadda. "Għadha indeċiża jekk timxix flistess passi tiegħi. Jien inkoraġġejtha u naħseb li hi tidħol minfloki. Tieħu l-politika b'dedikazzjoni kbira, tmur il-Kunsill qabel u wara x-xogħol. Taħdem aktar minni, kieku mhux ħa ġġib erbat elef vot minn Birkirkara biss u jien ġibt elf u seba' mija minn distrett sħiħ," jgħidli Debono Grech. Joe Debono Grech dwar is-snin tiegħu fil-politika u għalfejn jemmen li tela' bilmirakli f'Marzu li għadda Mingħajr tidwir ta' kliem Minkejja r-reputazzjoni li għandu, Debono Grech jgħidli li ma jqisx ruħu bħala aggressiv. "Li jitlagħli malajr hu fatt, imma daqstant ieħor jgħaddili malajr ukoll." Jiċċara li d-diskorsi mqanqlin tiegħu qatt ma kienu miktuba. "L-ewwel darba li tkellimt konna Għawdex u fl-aħħar minuta kien ikkanċella wieħed mill-kelliema. Mintoff ġie fuqi u insista biex nitkellem qablu. Kont għamilt diskors ta' kwarta u kif spiċċajt Mintoff qalli biex nitkellem f 'post ieħor. Allura preparajt diskors iżda meta rani Mintoff ħadli l-karti minn idi u qattagħhomli. Qalli li l-ewwel irrid nara min se jkun hemm quddiemi biex jismagħni, inkella ma kontx inkun nista' nwassal il-messaġġ b'mod effettiv," jirrakkonta d-deputat Karkariż. Debono Grech jippreferi li jitkellem kif iħossha mingħajr tidwir ta' kliem Il-miraklu ta' Debono Grech Id-deputat Karkariż kważi sar parti mill-għamara tal-parlament! Ilu jitla' fil-Parlament mill-elezzjoni tal-1976, u kien ikkontesta l-ewwel darba għaxar snin qabel. Jgħidli li kien ikkontesta l-ewwel darba minħabba li ma sabux biżżejjed kandidati, fl-isfond tal-interdett impost mill-Knisja. Tant ma kienx qed jistenna li jitla', li l-ewwel vot tiegħu qas kien tah lilu nnifsu iżda lil kandidat ieħor "li kien żamm il-partit ħaj f 'Birkirkara." Dakinhar, fl-1966, kien ġab ftit inqas minn 400 vot f 'Birkirkara u 18-il vot f 'Għawdex. Iżda wara 37 sena fil-Parlament, kemm kienet diffiċli li jikkonvinċi lin-nies li għad għandu x'joffri? "F'Marzu li għadda kelli kollox kontrija. Kelli gwerra biex ma nitlax, minn fuq il-media kont batut ħafna. It-tfal u l-kanvassers għamluli ħafna kuraġġ, imma xorta kien jiddispjaċini James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt anke meta jiġu għandu l-kostitwenti. "Meta jiġu jien mhux ħa nżomm lura, nippreferi ngħid lil persuna li m'għandux dritt għal xi ħaġa milli nidħak bih. Bniedem għandek taqbad u tgħidlu, u mhux tgħidlu jiġi darb'oħra għax ma tistax taqdih. Qabel, ġieli ġew Nazzjonalisti mweġġgħin għandi u jgħiduli li l-ministru Nazzjonalist ma kienx qdihom, imma jien qatt ma ridt nieħu vantaġġ u mhux l-ewwel darba li għidtilhom li l-ministru ma kienx daħak bihom għax dak li kienu qed jitolbu kien impossibbli." Id-deputat jgħidli li fid-distrett, in-nies draw b'Debono Grech għax jafu li m'hemmx kuluri fejn ikun jista' jgħin. Mingħajr ma nistaqsi, jispjegali x'kienu r-raġunijiet ta' meta weħħel tabella mal-uffiċju tiegħu bil-kitba 'Laburisti biss'. "Kien sforz tar-rabja li kelli. Kienu għadhom kif daħluli f 'wieħed milluffiċini tiegħi. Kont ħassejtha ħafna." "Lil Mintoff kont inħobbu avolja kellna xi ngħidu. Imma għalija l-partit l-ewwel u qabel kollox" nħabbat il-bibien fix-xita u ħaddieħor fuq it-televiżjoni. Inti temmen filmirakli?" isaqsini hu qabel ma mar f 'kamra oħra fid-dar biex ġab miegħu l-kartiera. Minnha ħareġ maktur u filwaqt li fetħu kompla jgħidli li hu tela' b'miraklu. "Kont qed nagħmel il-viżti bieb bieb u ndunajt li vera kont sejjer ħażin. Bdejt naqta' qalbi tassew. Dħalt għand familja u għidtilhom li kont sejjer ħażin, u qaluli li se jtuni maktur ta' Medjugorje biex inżommu dejjem fuqi. "Minn hemm qawwejt qalbi u ħassejtni sejjer aħjar. Fis-sala talgħadd tal-voti t-tfal mal-ewwel qaluli li ma tlajtx, imma jien b'ċertezza għidtilhom li ħa nitla'. U hekk ġara. Miraklu kien, anke għaliex qatt ma telgħu tliet deputati minn dan id-distrett u wieħed minnhom iċedi s-siġġu ta' dan id-distrett. Tlajt b'dan il-miraklu." Fil-Parlament: minn mumenti storiċi għal diżappunti B'dawn is-snin kollha t'esperjenza, Debono Grech għadda kemm minn mumenti storiċi li jgħożż kif ukoll dawk inqas sbieħ. "Nibqa' niftakar żgur meta l-Parlament iddeċieda għal Jum ilĦelsien wara li kiseb ir-Repubblika. Imma li sservi ta' ministru filkabinett ta' Mintoff għalija hi xi ħaġa kbira. Jien qatt ma ridt insir imma meta avviċinani qalli li jkollna xi ngħidu jekk ma naċċettax, u ħatarni fl-1983." Imma minkejja din ir-relazzjoni eċċellenti ma' Mintoff, meta dan waqqa' l-gvern fl-1998 kien l-aktar mument ta' qsim il-qalb għal Debono Grech. "Ħafna ddispjaċieni. Kont inħobbu avolja kellna xi ngħidu. Imma għalija l-partit l-ewwel u qabel kollox." Fuq nota aktar pożittiva, jgħid li kellu x-xorti li jiddiskuti filparlament ma' bosta oraturi kbar avolja kienu avversarji politiċi. Fost l-oħrajn, isemmi lil Guido de Marco, Danny Cremona u lil Ġorġ Borg Olivier. Meta ma riedx jitla' f 'elezzjoni Id-diskors jerġa' jdur dwar l-elezzjonijiet li kkontesta. Jgħidli li l-ewwel elezzjoni li kkontesta (1966) ma kinitx l-unika waħda li ħareġ għalija mingħajr ix-xewqa jew l-istennija li jitla'. Jirreferi għal elezzjoni aktar riċenti – dik tal-2004 – l-ewwel elezzjoni għall-Parlament Ewropew. "Jekk il-partit jgħidli li għandu bżonni, jien noħroġ. Hekk għamilt fil-passat u hekk nagħmel jekk jerġa' jitlobni, eżempju din is-sena ma kontx ħiereġ. Meta fl-2004 ikkontestajt għall-Parlament Ewropew, kont iddeċidejt li jekk nitla' ma mmurx. Ma stajtx, il-mara tiegħi kellha bżonni u ma stajtx immur l-Ewropa. Imma ħriġt xorta għax il-Partit xtaq li bil-kandidatura tiegħi jiġbor il-voti tal-Laburisti akkaniti, li forsi kienu għadhom kontra l-Ewropa." "F'Marzu li għadda kelli kollox kontrija. Kelli gwerra biex ma nitlax, u fuq il-media kont batut ħafna" Insaqsih x'jiġi għalih l-ewwel, jekk hux il-lealtà jew il-verità imma jweġibni mingħajr ma jaħsibha darbtejn. "Il-verità. Jien lealissimu lejn ilpartit imma jekk jibdel il-prinċipji tiegħu…" Skont hu, l-aktar ħaġa li ma jaċċettax fil-ħajja hu meta bniedem ma jkunx sinċier, u li jekk xi ħadd iwiegħdu xi ħaġa jistenna li jagħtihielu. Min-naħa l-oħra, l-unika dispjaċir li għandu fil-karriera hu li kellhom ibatu miegħu t-tfal u l-familja, anke jekk iżid jgħid li jekk wieħed ma jridx dispjaċiri ma jidħolx fil-politika. Il-Laburisti tal-lum u tal-bieraħ Nistaqsih jekk hemmx differenzi bejn il-Laburist tal-passat u dak tallum. "Ħafna. Tal-passat kienu suldati tal-azzar. Kellhom il-Knisja u l-Gvern Ingliż kontra tagħhom, kienu jidfnuk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013