Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845
Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 15 Iż-żabra li għadha kif saret riċentament fuq is-siġar fir-Rabat. Tissokta 'il-qerda dilettanteska' tas-siġar fir-Rabat JAMES J. PISCOPO MINKEJJA li għal diversi ġimgħat il-Gvern kien taħt attakki mill-ambjentalisti dwar iż-żbir tas-siġar, fl-aħħar jiem siġar fir-Rabat spiċċaw kważi għera, b'weraq li tgħoddhom fuq subgħajk. F'Awwissu li għadda, l-Oppożizzjoni kienet ikkritikat il-fatt li ż-żbir u l-kura tas-siġar kien jaqa' taħt tliet entitajiet differenti. Ir-responsabbiltajiet jitqassmu taħt il-MEPA, taħt is-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali, u taħt ilMinisteru għall-Infrastruttura li jieħu ħsieb il-landscaping. Iżda mistoqsi jekk din irresponsabbiltà għandhiex tkun taħt il-Ministeru tal-Ambjent, kelliema għall-Ministeru qalet li din kienet prerogattiva talGvern. "Iż-żbir tas-siġar ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tagħna. Mhijiex kwistjoni ta' opinjoni ta' ministru dwar min għandu jkun responsabbli għaż-żbir tassiġar," qalet il-kelliema. Qalet ukoll li minkejja li l-Ministeru tal-Ambjent m'għandux responsabbilità regolatorja dwar is-siġar, qed jikkontribwixxi biex ilproblema tiġi indirizzata b'mod ħolistiku. "Kien f 'dan il-kuntest li waqqafna minn rajna kumitat purament konsultattiv ta' esperti fil-qasam tas-siġar, li ftit ilu ħejjew sensiela ta' suġġerimenti li qed jiġu mgħarbla min-naħa tal-Ministeru tagħna," ssuktat tgħid il-kelliema. Il-mod kif saret iż-żabra qajmet għadab fost diversi ambjentalisti u residenti, fosthom Alfred E Baldacchino, li kien wieħed mill-membri talistess kumitat konsultattiv. "Wara kampanja twila kontra l-qerda tas-siġar f 'pajjiżna, wieħed kien jistenna li bil-bidla fil-gvern kien ikun hemm xi ħjiel ta' xi miżuri biex dan jibda jsir b'mod regolat u bi professjonalità. Imma b'dispjaċir wieħed jinnota li l-qerda, iż-żbir bla rażan, in-nuqqas ta' apprezzament, id-dilettantiżmu, in-nuqqas ta' rieda u interess, u l-isparpaljar ta' fondi pubbliċi għadu għaddej bl-istess ritmu li kien għaddej qabel l-elezzjoni, minkejja xi wegħdiet. Dan kollu sforz il-fragmentazzjoni li hemm bħalissa f 'dawn l-irresponsabbiltajiet li kulħadd qed ifarfar u jgħid li mhux tiegħu," qal Baldacchino. Mistoqsija dwar min jiddeċiedi u b'liem mod jinżabru s-siġar, il-Ministeru għall-Ambjent qal biss li l-permess għaż-żbir tas-siġar joħroġ mir-regolatur fid-dawl tal-aħħar avviż legali li kien hemm. F'Awwissu li għadda, Is-siġar mimlija weraq qabel il-massakru taż-żabra. l-ambjentalisti kienu diġà qalu li ma jistgħux jifhmu għalfejn minkejja li kien hemm Ministeru għall-Ambjent, dan ma kienx responsabbli għas-siġar minħabba l-fragmentazzjoni li hemm firresponsabbiltajiet. Qalu wkoll li minħabba din il-firxa fil-poter, is-sitwazzjoni kienet agħar milli kienet fixxhur ta' qabel.

