Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

22 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 Il-Punt Edward Zammit Lewis Pjan Ħolistiku għallEkonomija b'saħħitha IL-PROSPETTIVI ta' pajjiżna huma pożittivi ħafna, bħala Gvern sa mill-ewwel ġurnata bdejna naħdmu fuq pjan ħolistiku biex ikollna ekonomija b'saħħitha u li tilħaq lil kulħadd. B'dan il-mod ta' ħsieb, flimkien mal-bosta proġetti, strateġiji u ħidmiet oħra li rajna f'dawn l-aħħar seba' xhur qed noħolqu opportunitajiet ġodda u tkabbir ekonomiku. Fix-xhur li ġejjin se nkomplu nkattru l-investiment f 'bosta setturi u b'hekk noħolqu aktar impjiegi ġodda u impjiegi ta' kwalità. Dan kollu ser iwassal biex il-poplu jkun jista' jgħix kwalità ta' ħajja aħjar u kull ċittadin iħoss li l-ekonomija aħjar tfisser ħajja aħjar għalih għaliex dan hu l-għan aħħari ta' dan il-Gvern. Biex insaħħu l-industrija Marittima tagħna, ilGvern ra l-ħtieġa li jinvesti aktar f 'ħaddiema li jafu jaħdmu fl-oqsma tekniċi u amministrattivi. Aħna se nagħtu prijorità lil dan ilqasam u nassiguraw li jkun hemm konnessjoni aktar b'saħħitha bejn l-istituzzjonijiet tat-tagħlim u n-nies tas-sengħa f 'dan is-settur. Qed naraw ukoll il-ħtieġa li t-taħriġ li jingħataw l-istudenti għandu jirrifletti s-snajja' meħtieġa fl-amministrazzjoni pubblika u s-settur privat. Nedejna l-Kumitat għallIstrateġija Marittima Integrata Nazzjonali. L-għan ewlieni ta' dan il-kumitat huwa li jifformalizza strateġija sostenibbli għall-viżjoni talGvern u biex jiġu mmexxija l-attivitajiet tal-baħar u dawk marittimi billi jiġi adottat u integrat fil-politika relatata, l-istruttura tal-Gvern u flattivitajiet relatati mal-baħar. Politika integrata se tgħin biex tinstiga l-potenzjal tassettur marittimu u ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità fissettur marittimu u t-tkabbir ekonomiku tal-baħar hekk imsejħa 'blue economy'. Matul din is-sena li ġejja ser inkunu qegħdin naraw li nimplimentaw inċentivi ġodda u attraenti biex nattiraw setturi ġodda f 'pajjiżna fil-qasam tas-servizzi finanzjarji relatati ma' dawk marittimi. Dan ser nagħmluh billi l-ewwel u qabel kollox intejbu l-qafas leġislattiv rigward dan l-istess settur. Nemmnu li ser naslu u nirnexxu għax ser nagħmlu dan kollu flimkien, malistess Kumitat imwaqqaf, kif ukoll mal-Malta Enterprise u Finance Malta. Dan huwa l-ispirtu li qegħdin naħdmu bih u hekk ser inkomplu naħdmu. Impenjati biex inkomplu nkabbru l-Ekonomija Diġitali, li hija waħda minn l-iktar setturi importanti ta' pajjiżna. Il-Malta Information Technology Agency (MITA) u l-Malta Communications Authority (MCA) qed jaħdmu flimkien fuq it-tfassil talIstrateġija Nazzjonali Malta Diġitali li se twassalna biex verament inkunu fost l-aqwa fl-Ewropa. Din qed titfassal b'konsultazzjoni adekwata miftuħa għal kulħadd. Qed nieħdu inizjattivi varji biex il-poplu u l-industrija jkunu jafu jagħmlu użu aħjar tatteknoloġija. Flimkien mal-Lotteries & Gaming Authority (LGA) qed nagħmlu dak kollu possibbli sabiex noħolqu u nsaħħu strutturi li jipproteġu d-drittijiet u l-kompetittività tal-kumpaniji liċenzjati f 'Malta nġibu oħrajn ġodda u niftħu f 'niċeċ ġodda f 'dan is-settur. Ittri TECHNICAL ATTACHÈ Permezz tal-introduzzjoni ta' liġijiet u regolamenti ġodda fixxhur li ġejjin ser naħdmu biex nagħmlu minn pajjiżna fulkru għal-logħob diġitali, dan biex inressqu iktar investiment lejn Malta u noħolqu iktar impjiegi ta' kwalità. Il-ħidma tal-Gvern biex is-settur tal-gaming jevolvi b'mod b'saħħtu se jkun kumplimentat b'regolamenti ġodda li diġà daħħalna u ser nibqgħu ndaħħlu fix-xhur li ġejjin. Inizjattiva li qed tagħti spinta qawwija lis-setturi ekonomiċi varji li jwasslu għat-Tkabbir Ekonomiku hija propju l-Global Residence Programme. Dan programm li tnieda wara biss ftit xhur ta' Gvern ġdid fi żmien rekord. Il-programm il-ġdid qed iwassal għall-rivitalizzazzjoni tas-settur tal-proprjetà, permezz ta' xiri ta' proprjetà, speċjalment dak ta' ċertu valur minn barranin. Dan qed jippermetti lill-pajjiż biex jikseb aktar flus fit-taxxi, jiżdied ix-xogħol, anke lillprofessjonisti f 'dan is-settur bħall-avukati u konsulenti tat-taxxa u nerġgħu nqajmu s-settur tal-proprjetà f 'pajjiżna. Insemmu wkoll li mal-40 kumpanija diġà wrew interess fl-iżvilupp ta' dik li qabel kienet il-Malta Shipbuilding Yard f 'fulkru marittimu. Hemm ukoll interess tajjeb għall-konċessjonijiet marbuta ma' Casinos, wieħed f 'Malta u ieħor f 'Għawdex. Ħa nibqgħu nagħtu prova li dan hu Gvern li jisma', jaħdem u jwettaq. Edward Zammit Lewis huwa s-Segretarju Parlamentari gћall-Kompettività u Tkabbir Ekonomiku L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Malta Tagħna Lkoll? J. BARBARA ŻABBAR QRAJT l-intervista li dehret fl-ILLUM ma' Mario Cutajar, Kap taċ-Ċivil. Peress li jien għaddejt mill-istess inġustizzji, meta bgħatlu żewġ ittri, waħda reġistrata u l-oħra bħala tfakkira, għalfejn bqajt bla risposta? Lanqas rikonixximent ma rċevejt. Jiena għandi l-provi li kelli raġun u min għamel hekk. Malta Tagħna Lkoll?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013