Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 PBS: Il-kap tad-drama jitwaqqaflu l-programm GĦAT-TIENI sena konsekuttiva, il-PBS kellu jirrikorri għas-serje barranija 'X FACTOR' biex ikollu xi ħaġa ta' livell x'juri l-Ħadd filgħaxija, wara li l-programm 'Mejd in Malta' twaqqaf wara episodju wieħed biss. Diġà kien hemm preċedent għal dan, wara li s-sena l-oħra l-programm 'Balbuljata' verament kien balbuljata fil-livell ta' kwalità. Iż-żewġ programmi kienu se jkunu komiċi imma milli jidher iċ-ċajt użat ma niżilx tajjeb ma' kulħadd. Din id-deċiżjoni qajmet ċertu interess peress li l-programm kellu d-direzzjoni ta' Frederick Testa, li kien appuntat kap tal-produzzjoni tad-drama li tixxandar fuq TVM u TVM2. Testa kellu wkoll partijiet żgħar bħala attur Frederick Testa (Xellug) ma' wieħed mill-atturi f'Mejd in Malta, Gordon Bonello fl-istess programm. Fil-kariga tiegħu ma' PBS, Testa jaqla' ftit aktar minn €28,000 fis-sena. Ironikament, hu maħsub li xogħol Testa kien li jassigura li l-produzzjonijiet ikunu ta' livell. Mistoqsi minn din ilgazzetta dwar it-tneħħija tal- Sejħa għall- OFFERTI programm, il-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard qal biss li huma "jagħmlu moniteraġġ regolari fuq il-programmi, bil-għan li dejjem itejbu l-kwalità fuq l-istazzjonijiet nazzjonali." Dan jikkonferma li t-tneħħija tal-programm kien biss minħabba l-kwalità fqira tal-programm. Attard naqas milli jirrispondi dwar x'inhuma l-kriterji li jġiegħel il-PBS ineħħi programm wara episodju wieħed, jew jekk din l-għażla affettwatx illivell tal-iskeda ta' TVM. 'Mejd in Malta' kellu aspettattivi għoljin fost it-telespettaturi. L-atturi prinċipali kienu Rodney Gauci u Gordon Bonello, li huma l-istess tnejn li jagħmluha ta' Ġorġ u Pawlu, kif ukoll Manolita Grech. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: - Provision of a Two Factor Authentication Solution – T025/13 Data ta' ħruġ: 18 ta' Ottubru 2013 / Data ta' għeluq: 29 ta' Novembru 2013 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshop li sejjer jiġi organizzat fis-Centre for Development Research and Training (CDRT), It-Telgha Ta' Sa Maison, Il-Furjana, nhar il-Ġimgħa l-1 ta' Novembru fid-9.00 ta' filogħdu (CET). F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi sejrin ikollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. Dawn is-sejħiet għall-offerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department 2123 4710 www.mita.gov.mt Laqgħa ta' Informazzjoni fuq Effiċjenza fl-Enerġija fis-Settur Domestiku L-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi se żżomm laqgħa ta' informazzjoni fuq is-suġġett għal publiku in ġenerali. Il-laqgħa ser issir bil-Malti kif indikat hawn taħt: Sorsi ta' Enerġija Rinovabli fid-djar L-Erbgħa 30 ta' Ottubru: Victoria Hotel, Sliema mill-5.00pm sa 7.45pm. Min hu interessat li jattendi din il-laqgħa li se jssir bla ħlas, huwa mitlub li jirriserva post billi jċempel fuq 22955121 jew jibgħat e-mail fuq events@mra.org.mt.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013