Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
18 illum | Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Dak li r-Rum TONI ABELA HAWN fl-Awstralja tant jeżistu denominazzjonijiet reliġjuzi, li t-2 ta' Novembru m'għandu x'jaqsam xejn mal-Għid tal-Mejtin. Hi ġurnata normalissima bħassoltu. Imma okkażjonijiet bħal Jum l-Omm jew Jum il-Missier huma ħaġa oħra. F'dawn il-ġranet tara l-folol jinvadu ċ-ċimiterji. Lili ħaduni ċ-ċimiterju ta' Keilor f'Ġunju li għadda meta fl-Awstralja jkun ċċelebrat Jum il-Missier. Festa multi-etnika sħiħa, bil-familji jagħmlu l-offerti reliġjużi u mbagħad jieklu u jixorbu fuq l-oqbra. Qaluli li n-nies tal-Maċedonja jagħmlu din l-ikla kull nhar ta' Ħadd u jistiednu biex jingħaqdu magħhom lil dawk li jinzertaw fiċ-ċimiterju. Id-diversità multikulturali li teżisti hi xi ħaġa li tiddomina x-xenarju u tagħti xhieda lill-politika multi-etnika tal-Awstralja, wara li kienet abbandunata l-politika tal'assimilazzjoni'. Kont xhieda ta' spettaklu sħiħ ta' fjuri, ikoni, ritratti, ikel u xorb ta' kull tip. Li laqatni wkoll kienet id-diversità lingwistika ta' fuq l-oqbra, skrittura bl-abjad jew lewn ilfidda fuq sfond iswed, il-kulur li jiddomina ċ-ċimiterju. Dort biex nara kienx hemm xi kitba bil-Malti. Xejn. Lanqas qabar wieħed, la fin-naħa 'komuni' u lanqas fit-taqsima aktar 'esklussiva', fejn il-mejtin jindifnu mimdudin fil-ħajt, bi prezz għoli ħafna. Kien hemm gzuz ta' messaġġi fuq l-oqbra, mill-Grieg sar-Russu, mitTaljan sas-Sanskrit. Mill-Ingliz saċ-Ċiniż. Imma Malti mkien. Sintomu ieħor tal-inferjorità neo-kolonjali. Mhux għax il-mejtin jimpurtahom wisq. Imma l-mewt ta' kultura qadima hi xi ħaġa oħra. (ikkontrollat) telgħu l-fondi biex il-klabb tal-Green Gully hu dak li hu llum, kburi bis-suċċessi u bl-iljun bħala simbolu li jfakkar li t-tim kien beda fis-sittinijiet ispirat mit-tim tal-Furjana, f'Malta. Intant, is-sala tallogħob hi miżgħuda b'posters u brochures iwissuk biex tilgħab b'responsabbiltà, li ċ-ċans li tirbaħ hu minimu, li għandek tissettja limitu ta' kemm tilgħab u avvertenzi oħrajn bħal dawn. Tħoss li hemm xi Big Brother (din id-darba benevolent) iwissik biex ma titqaxxarx. Il-volum ta' Maltin li jilagħbu l-pokies f'dan il-klabb hu ta' bejn l-20% u 25% tal-gamblers kollha. GREEN GULLY Storja differenti. Stednuni fil-klabb Malti ta' Green Gully, wieħed miż-żewġ timijiet Maltin li jilagħbu fil-Victoria. Din storja ta' suċċess, b'damma ta' kisbiet u inizjattivi impressjonanti. Il-klabb beda minn kamra tal-landa fuq sodda tal-konkrit. L-art kienet ingħatat, fl-1961, mill-Kunsill Lokali u l-pijunieri Maltin sabuha mimlija tajn, blat aħrax, ħurrieq u sriep. Illum qisek dieħel f'palazz żgħir meta tqis mnejn beda dan il-klabb (illum immexxi b'viżjoni liema bħalha minn Charles Farrugia, li kien wasal l-Awstralja mill-Ħamrun. Farrugia fehem li llum ma jistax ikollok tim tas-soccer jekk ma taħsibx b'mod ġdid u intraprenditorjali. Għalhekk kien irsista fuq li nsista biex iġib (fl-1995) liċenzja għal sala tal-pokies (magni tallogħob). Minn dan il-logħob ĦAXIX U FROTT X'qed isir f'Malta dwar l-effetti tal-erbiċidja? X'qed isir dwar il-kontradizzjoni dwar li l-Maltin qed ikunu avżati biex jikkonsmaw aktar frott u ħaxix (u jaqtgħu ix-xaħmijiet) imma fl-istess waqt qed jimtlew bi traċċi tossiċi. X'imkien qrajt li l-Friends of the Earth ta' Malta sabet li minn testijiet li saru, intwera li 90% ta' dawk il-Maltin li qagħdu għat-test tal-kampjun, kellhom traċċi fl-awrina tal-bexx li jintuża biex joqtol il-ħaxix ħażin. U dan minbarra bexx ieħor bħall-insettiċida. Hemm pajjiżi Ewropej li joqorbu lejn il-persentaġġ qawwi li qed juru l-Maltin (eż. Il-Ġermanja, l-Ingilterra u l-Polonja b'70%) u oħrajn li jidhru ferm aktar konxji tal-ħsara tossika millfrott u l-ħxejjex u li l-persentaġġ tagħhom hu ta' bejn l-10% u l-20%. Illum il-marda li titterrorizza H emm ġurnalisti u ġurnalisti. Hemm dawk li nibtu u dawk li ġew miżrugħa. Anke fil-politika jiġri hekk. Kif jgħid il-poeta Ingliż. Hawn min jitwieled kbir u hawn min ilkobor jagħtuhulu. Dejjem hekk kienet il-ħajja. Nista' nagħti eżempji ta' dak li qiegħed ngħid. Reno Bugeja huwa ġurnalist li nibet. Kulħadd jaqbel li lil kulħadd hi l-kanċer, li m'għandux età lil min qed jolqot. Kemm qed jikkontribwixxu l-frott u l-ħaxix għall-epidemija? X'irid jinkixef li mhux qed jinkixef, u għaliex? MALTA U D-DRAGUN ĊINIŻ! Il-media Awstraljana kontinwament ixxandar programmi dwar in-negozjati għall-investiment u t-tpartit ta' kummerċ maċ-Ċina, li dan l-aħħar oġġezzjonat internazzjonalment għal kif l-Amerika qed tipprova tkompli tiddomina s-suq u l-ekonomija globali. Kważi kull ġimgħa jkunu trasmessi programmi ta' diskussjoni li jevalwaw ilkonnessjoni bejn l-Awstralja u ċ-Ċina u l-vantaġġi ta' dawn il-proċessi bilaterali. Imma f 'Malta, issa hemm min qed jipprotesta li Malta daħlet fi ftehim maċ-Ċina dwar il-provista tal-enerġija, inkluż il-produzzjoni tal-panelli solari li ċ-Ċina lesta tixtri mingħand Malta. L-Oppożizzjoni qed tirrikorri għall-paranojja ta' qabel l-elezzjoni, li tant biegħdet votanti intelliġenti mill-Partit Nazzjonalista. IċĊina qed tkun pinġuta bħala dragun biżarr, lest biex jaħtaf l-enerġija ta' Malta. Komiku l-argument. U mill-aktar parrokkjali. Jidher li Malta se tgħaddi l-ħames snin li ġejjin tikkumbatti din il-mentalità miskina. Il-PN jidher li ma tgħallem xejn mis-sajjetti li bagħatlu l-elettorat. Jidher biss li sofra minn paraliżi tal-ħsieb u baqa' jdawwar mantra qadima. għalkemm għandu l-fehmiet politici tiegħu, huwa tajjeb u imparzjali. Għax għandu dawn il-kwalitajiet ġieli anke sab tfixkil f 'xogħlu. Wieħed li kien miżrugħ, huwa Norman Vella. Kelli diversi inkontri televiżivi miegħu. Mhux xi wieħed minn dawk li kont niddejjaq minnu. Tajjeb, iżda jekk tistaqsini kienx ikun imparzjali, ngħidlek li le. Biex tifhmu x'qiegħed ngħid, ridtu tkunu minfloki meta kien ikolli miegħi lil xi ħadd ieħor tal-Partit Nazzjonalista. Jinħass u ġieli anke jurik li hu parzjali. Miżrugħ fil-mixtla ġurnalistika tal-Where's Everybody. Is-saħħa ngħatatlu u mhux twieled biha. Minn meta ma għadux jippreżenta TVPM ma waqafx jirramba lill-Gvern. Jagħmel xilja wara l-oħra, protesti legali wara l-ieħor u jfittex li jkun intervistat kullimkien. Jippretendi bis-saħħa kollha li jibqa' preżentatur televiżiv. Wieħed Jistenn I l-poplu sensittiv dwar kwalunkwe tnaqqir tal-libertà personali u dan bir-raġun. L-istorja passata talKorp tal-Pulizija għadha fil-memorja kollettiva u żgur li ħadd ma jixtieq ritorn għal dawk iż-żminijiet fejn il-Korp tal-Pulizija kien assoċjat ma' prattiċi xejn feliċi. Lanqas l-istess membri tal-Korp. Spiss niġi f'kuntatt fil-qrib ma' uffiċjali dedikati u bravi illi jafu l-liġi sew u jieħdu x-xogħol tagħhom bis-serjetà. U anke b'umanità. Għax servizz fil-korp jagħti l-opportunità lill-membri tiegħu illi jwettqu ġid fil-komunità barra illi jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum. Għal magħkus u magħdur, fi żmien ta' traġedja jew delitt, ilkomportament tal-Pulizija jkun żgur ta' importanza vitali. L-immaġini tal-Korp talPulizija tjiebet matul is-snin. Ħobbu jew obogħdu, u hawn ħafna illi ma tantx iħobbuh għax jgħidu illi kien imexxi b'mod awtoritarju, imma s-Sur John Rizzo mexxa l-Korp għal snin twal b'awtonomija u 'l bogħod mill-kontroversji. Ħaġa mhux faċli x'ħin tqis il-każijiet delikati illi jitfaċċaw. Is-Sur Rizzo asserixxa l-awtorità tiegħu bl-aktar mod ċar fuq il-korp u ma kienx jidher illi kien jittolera min jindaħallu fil-mod kif imexxih. Tal-anqas din l-impressjoni illi wieħed wasal għaliha, impressjoni illi ovvjament tista' tkun ferm żbaljata. JOE ELLIS Meta tħabbar l-isem tassuċċessur, ħafna kienu dawk li ma ddejqu xejn bit-tali ħatra, u dan jinkludi ħafna Nazzjonalisti. Is-Sur Pietru Pawl Zammit huwa bniedem ġenjali u ħafna kienu dawk li millewwel qalu "dak alright". Jiena ili nafu ftit fuq livell personali u dan nista' nikkonfermah. Imma sfortunatament jidher li mhux jilħaq l-aspettattivi tal-poplu. Żewġ avvenimenti li ġraw din il-ġimgħa jagħtu lok għal tħassib serju dwar ilfutur tal-korp tal-Pulizija. Jalla wieħed jiġbed il-konklużjonijiet tiegħu u jipprova ma jirrepetix l-iżbalji li saru. Huwa uman li wieħed jiżbalja, speċjalment f'kariga daqshekk delikata fejn iridu jittieħdu deċiżjonijiet immedjati. Imma b'daqshekk wieħed mhux eżonerat milli jagħti rendikont għal għemilu, speċjalment għaddikjarazzjonijiet pubbliċi illi qed jagħti l-Kummissarju illi bihom spiss ikompli jħaffer il-ħofra tiegħu stess. U għalhekk żgur illi l-Kummissarju għandu

