Illum previous editions

illum 3 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 "Ma kinux jeżistu accounts fl-Isptar Mater Dei" – John Dalli JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt "MA kienx hemm accounts fl-Isptar Mater Dei, ma teżistix policy ta' purchasing, lanqas policy ta' kif jiġu mmaniġjati t-teatri taloperazzjonijiet, m'hemmx sistema ta' kif jiġu kontrollati l-inventarji illi hemm, qisu kollox 'open house'." Dikjarazzjoni ċara mill-eks Kummissarju Ewropew responsabbli mis-saħħa John Dalli f 'kummenti malgazzetta ILLUM. John Dalli qal li bħalissa qed jagħmel reviżjoni tassitwazzjoni kif inhi, li issa kważi ffinalizzaha. "Qed jikteb rapport dwar x'hemm u x'inhuma l-kwistjonijiet prinċipali u x'naħseb li għandu jkun il-pass li jmiss." "It-teżi tiegħi hija l-istess waħda bħal tal-2008 meta jiena ħadt is-settur tas-saħħa fir-responsabbiltà tiegħi meta kont Ministru tas-Servizzi Soċjali. Il-poplu Malti għamel investiment enormi fl-isptar. Qed ikollu s-servizz mixtieq jew li jixraqlu l-poplu Malti mill-isptar? Dal-ħafna listi ta' stennija u l-ħafna nies jiġru 'l hawn u 'l hemm filkurituri tal-isptar. Dan huwa l-professjonaliżmu li suppost aħna qed nuru ġol-isptar?" Dalli qal li hu elenka l-problemi li qed isib fissistema tal-isptar, fosthom in-nuqqas ta' kontabbiltà, "il-mod ħażin ta' kif qed isiru ċertu deċiżjonijiet, nuqqas ta' accounts, nuqqas ta' accounting, ma nafux kif qed jintefqu ċertu affarijiet. Jiġifieri l-Gvern irid jidħol fil-fażi ta' kif ser nagħmlu l-implimentazzjoni." "Ma ninsewx l-isptar għandna riżorsi tajbin ħafna, kemm fl-infrastruttura talisptar u kemm fir-riżorsi umani. Għandna tobba u infermiera u ħaddiema oħrajn tajbin ħafna. Però mhumiex immexxijja u ko-ordinati tajjeb ħafna," sostna John Dalli. Dalli qal li "hemm bżonn li ngħoddu l-flus għaliex waħda mill-problemi l-kbar li teżisti Malta u kullimkien hi s-sostennibbilità. Ser nibqgħu nkunu kapaċi li nagħtu dan is-servizz tas-saħħa fil-futur aħna, għalikom iż-żgħar. Ser issibu servizz tas-saħħa b'xejn kif għandna illum? Se nkunu f 'pożizzjoni li niffinanzjaw dan is-servizz tas-saħħa fil-futur? Biex inkunu f 'din il-pożizzjoni hemm bżonn li nagħmlu kontrolli tajbin ukoll," temm jgħid John Dalli. B'reazzjoni għal dawn il-kummenti l-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar issaħħa, Claudio Grech qal li "f 'dan l-istadju jien ma rajtx l-intervista sħiħa u għalhekk ma tantx nista' nikkumenta fid-dettal. Iżda nħoss li meta wieħed jagħmel assessjar oġġettiv irid jgħid xi strutturi "Nemmen li m'għandniex nibbanalizzaw dawn l-argumenti bi clichés sensazzjonali" jeżistu u dawk li għandhom bżonn jitjiebu. M'għandix dubju li hemm numru ta' aspetti maniġerjali u ta' kontroll finanzjarju li jistgħu jittejbu u jissaħħu iżda nħoss li meta nitkellmu rridu nagħmlu dan b'oġġettività u mhux b'sensazzjonaliżmu." "Li wieħed jipprova jagħti l-impressjoni li ma jeżisti xejn tajjeb hija attitudni li żgur ma tagħmilx ġid – dan ifisser li fl-Isptar Mater Dei kulħadd jagħmel kollox bil-mentalità ta' 'open house' "Ma teżisti l-ebda bakketta maġika biex issolvi dawn ilkwistjonijiet" (biex nuża l-istess terminu)? Dan ifisser li kull impjegat fl-amministrazzjoni ta' Mater Dei għaddej fuq xogħlu mingħajr ebda kontroll ta' xejn? Jien ma naħsibx li hu l-każ u probabbilment dan il-kumment huwa pretest għal xi azzjonijiet li jridu jittieħdu fil-ġimgħat li ġejjin. Jien naħseb li ma teżisti l-ebda bakketta maġika biex issolvi dawn il-kwistjonijiet u huma materji operazzjonali u amministrattivi li wieħed irid jaħdem ħafna f 'ambjent kollaborattiv biex ikun jista' jasal għalihom," tenna Grech. "Ma ninsewx li għal kważi nofs l-aħħar leġiżlatura s-Sur Dalli kien il-Ministru responsabbli mis-Saħħa u m'għandix dubju li hu kien ipprova jindirizza dawn l-aspetti iżda ma rnexxilux ukoll. Allura bl-istess argument nistgħu ngħidu li l-'Open House' kien għaddej dak iż-żmien ukoll? Jien ma ngħidx hekk; anzi ngħid li s-Sur Dalli bħal Dr Joe Cassar żgur li kienu ħadmu biex jipprovaw jaslu u għalhekk nemmen li m'għandniex nibbanalizzaw dawn l-argumenti bi clichés sensazzjonali u għandna naħdmu flimkien biex nindirizzaw dawk l-oqsma li fihom għandna sfidi kbar. Huwa proprju għalhekk ukoll li aħna qegħdin nisħqu fuq kunsens f 'dan il-qasam biex inkomplu nsaħħu l-mod ta' kif jitmexxa dan is-settur," temm jgħid Grech mal-gazzetta ILLUM.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 November 2013