Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
SPORTSillum Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 35 onal femminili tal-basketball Angela Adamoli Twieldet fil-15 ta' Ġunju 1972 f'Livorno, l-Italja Tul il-karriera tagħha bħala plejer professjonali, lagħbet 95 logħba mat-tim nazzjonali femminili Taljan A tal-basketball Ħadet it-tmexxija tat-tim nazzjonali f'Ottubru tal-2012 mingħand ilkompatrijott Taljan Santino Coppa li kien ilu fit-tmexxija ta' dan it-tim għal għaxar snin sħaħ Fl-2012, f'kamp organizzat mill-FIBA fis-Slovenja fejn kienu rrappreżentati 25 pajjiż differenti, ġiet ippremjata bħala l-aħjar kowċ Fl-Italja tipprattika wkoll il-boxing femminili mingħand il-kompatrijott Taljan Santino Coppa li kien ilu fittmexxija ta' dan it-tim għal għaxar snin sħaħ oħra hija esperjenza li tgħin lil wieħed jikber f 'ħajtu. Kif tqis il-livell tat-tim nazzjonali Malti meta kkumparat ma' timijiet nazzjonali oħra speċjalment dawk żgħar bħal-Lussemburgu u Ċipru? Fl-opinjoni tiegħi bħalissa ninsabu fl-istess livell talLussemburgu u trid tqis li dan il-pajjiż għandu iktar possibbiltà li jilgħab kontra ħafna pajjiżi differenti. Barra minn hekk naħseb li f 'dan il-mument ninsabu aħjar minn Ċipru. X'tikkummenta fuq il-livell tal-basketball f 'Malta meta kkumparat ma' pajjiżi oħra fosthom l-Italja? Bħalma ma jistgħux isiru paraguni bejn l-Italja u l-Istati Uniti, jien naħseb li ma jistgħux isiru paraguni bejn dawn iż-żewġ pajjiżi hekk kif l-Italja huwa pajjiż ferm ikbar minn Malta u li fih jeżistu ħafna klabbs tal-basketball. Però fuq livell Ewropew, Malta dejjem kellha wirjiet tajbin. Kif tqis il-livell tar-riżorsi fejn jitħarrġu u jilagħbu l-plejers Maltin fil-padiljun f 'Ta' Qali meta kkumparati ma' pajjiżi oħra? Fl-opinjoni tiegħi l-court ta' Ta' Qali huwa sabiħ ħafna u naħseb li jekk jinbena t-tieni court ikun ta' ġid kbir għal dan l-isport għax jirdoppja l-possibbiltajiet li l-plejers jitħarrġu u javvanzaw filbasketball. Għaliex taħseb li t-tim nazzjonali femminili tal-basketabll ma kisibx suċċess kbir fl-aħħar snin? Dan għaliex aħna pajjiż żgħir, għax il-plejers mhumiex professjonali jew għax ir-riżorsi fejn jitħarrġu u jilagħbu l-plejers huma limitati? Jien naħseb li huma dawn ittliet fatturi li semmejt int kollha flimkien. Il-fatt li l-plejers Maltin għandhom l-impjieg 'full time' tagħhom inaqqas mill-possibbiltà ta' ħin biex jitħarrġu. Però jkolli ngħid li l-plejers tiegħi huma ferm dedikati għat-taħriġ u qatt ma fallew sessjoni waħda! Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-tmexxija tat-tim nazzjonali femminili talbasketball? Matul is-sena li ġejja se jiġu organizzati l-Kampjonati Ewropej tal-basketball fejn bħala tim nazzjonali aħna se nieħdu sehem f 'Divizjoni Ċ. Bħala karattru jien dejjem irrid li nakkwista l-massimu u nirbaħ. Naħseb li iktar ma jsir xogħol u taħriġ fuq il-court, iktar għandna ċans li niksbu riżultati tajbin f 'dawn il-Kampjonati. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil-basketball. M'hemmx dubju li kwalunkwe sport jgħin bis-sħiħ fil-formazzjoni ta' kull persuna. L-isport huwa l-iktar ħaġa importanti biex jgħallmek kif tgħix fid-dinja. Dan nistgħu ngħiduh b'mod speċjali għall-basketball għax huwa sport li jinvolvi tim sħiħ ta' plejers!