Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 SPORTSillum Il-plejer ta' Qormi, Roderick Bajada ffawljat minn plejer ta' Rabat Ajax bi Clifford Gauci jsegwi l-azzjoni Hibernians jiksbu rebħa minima fuq Balzan Hibernians ...........1 Balzan .................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT WARA d-draw diżappuntanti ta' 2-2 li Hibs kisbu l-Ħadd li għadda kontra Floriana, ilbieraħ il-Pawlisti reġgħu rritornaw għar-rebħ permezz ta' rebħa minima ta' 1-0 kontra t-tim inferjuri ta' Balzan. Kienu Hibs li kif mistenni ħarġu fuq l-offensiva meta Tarabai wara li rċieva minn kross ta' Jackson Lima tefa' għoli minn daqqa ta' ras millviċin. Fl-44 minuta wasal il-gowl waħdieni ta' Hibs f 'din illogħba meta wara li rċieva minn korner mogħti millplejer internazzjonali Clayton Failla, l-internazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena Bjorn Kristensen għeleb lillgoalkeeper ferm żagħżugħ ta' Balzan, Jacob Cipriott permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Hibs komplew fuq l-offensiva fit-tieni taqsima hekk kif fid49 minuta freekick tas-solitu Failla ġie mdawwar f 'korner bi bravura minn Cipriott waqt li fit-53 minuta kien imiss lil Andrew Cohen li jimpenja lil Cipriott. Fl-64 minuta l-goalkeeper veteran ta' Hibernians, Mario Muscat salva lit-tim tiegħu minn draw sorprendenti hekk kif huwa laqa' tajjeb xutt b'saħħtu ta' Lydon Micallef wara li l-istess plejer ta' Balzan irnexxielu jaqbeż numru ta' plejers ta' Hibs. Fit-83 minuta Hibs kienu ferm sfortunati li ma rduppjawx l-iskor fil-logħba meta xutt b'saħħtu tal-plejer ikkunsidrat fost l-aqwa barranin fil-Kampjonat BOV Premier, Jackson Lima, stampa mal-mimduda. Hibernians Muscat, Pearson, Soares (Camilleri 44'), Dias (Bartolo 68'), Cohen, Kristensen, Failla, Lima, Levnaic, Dos Santos (Obiefule 81'), Farrugia Balzan Cipriott, Bezzina, Calabretta, Scicluna, Grima, Vignaroli, Sciberras, Dos Reis Santos (Armario Negrin 80'), Beu (McKay 76'), Micallef, Darmanin Referee Andrè Arciola CLAYTON FAILLA Twieled fit-8 ta' Jannar 1986 f'Tal-Pietà Għalkemm ma skorjax il-gowl tar-rebħa, kien tassew determinanti f'din ir-rebħa Pawlista Kellu bidu tal-istaġun mill-aqwa ma' Hibernians, fejn sa issa skorja 5 gowls, 3 minnhom minn penalty Rebaħ l-unur ferm prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena darbtejn: fl-2009 u fl-2012 Fil-karriera mill-aqwa tiegħu sa issa lagħab ma' St Patrick, Sliema Wanderers u Hibernians

