Illum previous editions

illum 3 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 29 Wirja mill-aqwa ta' Denni tagħti rebħa meritata lil Valletta Tarxien R.. ..............0 Valletta ..................3 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT DOPPJETTA personali talattakkant prolifiku Brażiljan ta' Valletta u gowl fid-90 minuta ta' Aziz Corr Nyang taw rebħa ferm importanti ta' 3-0 lill-Beltin hekk kif dawn affrontaw lit-tim inferjuri ta' Tarxien Rainbows. Valletta ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-logħba permezz ta' Denni Rocha Dos Santos li t-tentattiv tiegħu għadda ftit għoli. Ryan Fenech ħoloq il-periklu għall-Beltin fid-19-il minuta meta ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ tajjeb minn Nicky Vella. L-istess plejer reġa' kien fl-azzjoni tliet minuti biss wara meta xutt tajjeb tiegħu din id-darba għadda għoli mil-lasti difiżi minn Vella. Fis-37 minuta Valletta tilfu okkażjoni tad-deheb li jiftħu l-iskor meta tentattiv ta' Aziz Corr Nyang ġie mdawwar f 'korner bi bravura mill-goalkeper Nicky Vella. Il-Beltin kienu ferm sfortunati li ma fetħux l-iskor meta fl-40 minuta, Denni Rocha Dos Santos ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jistampa mal-mimduda. Iżda finalment Valletta rnexxielhom isibu x-xibka DENNI ROCHA DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-21 ta' Awwissu 1982 f'Rio de Janeiro fil-Brażil Skorja doppjetta personali f'din ir-rebħa importanti ta' Valletta, b'wieħed mill-gowls jasal minn penalty Jilgħab bħala plejer ta' nofs il-grawnd offensiv Inġieb f'Malta minn Tarxien Rainbows lura fl-istaġun 2009/10 qabel ingħaqad ma' Valletta fejn kiseb u għadu qed jikseb suċċess liema bħalu żewġ minuti biss wara permezz ta' xutt b'saħħtu tas-solitu attakkant prolifiku Brażiljan Denni Rocha Dos Santos wara li dan irċieva mingħand Ryan Fenech. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Valletta ħarġu fuq l-offensiva u fil-51 minuta, Nyang irċieva tajjeb minn kross ta' Nafti iżda xeħet għoli. Erba' minuti biss wara Tarxien Rainbows ħolqu okkażjoni rari ta' skor meta minn kross ta' Jorge Santos Silva, il-ballun spiċċa f 'saqajn Karl Pulo li iżda xeħet għoli. Fil-65 minuta Valletta rduppjaw l-iskor permezz ta' penalty mogħti minn Denni Rocha Dos Santos biex b'hekk skorja doppjetta personali f 'din il-logħba waqt li Tarxien Rainbows spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom il-goalkeeper Nicholas George Vella. Valletta skorjaw it-tielet u l-aħħar gowl tagħhom fil-logħba fid-90 minuta permezz ta' Aziz Corr Nyang li kellu wirja tajba. Tarxien R. Vella, Lopez Alcantara, Agius (Caruana 79'), Martinelli, Potezica, Calheira Seara, Ciantar (Curmi 67'), Souza Santos (Pulo 46'), Sammut, Mifsud, Santos Silva Valletta Cini, Caruana, Fenech (Cremona 87'), Agius, Briffa, Nyang, Bajada, Rocha Dos Santos, Vandelannoite (Borg 74'), Nafti (Mifsud Triganza 66'), Dimech Referee Kevin Azzopardi Mosta jissorprendu u jegħlbu lil Sliema Wanderers Mosta ..................... 3 Sliema W ................ 2 MINN CRISTAIN ANTONY MUSCAT MOSTA ssorprendew meta għelbu bl-iskor ta' 3-2 lit-tim li qed ikun meqjus bħala kontendent għar-rebħ tal-kampjonat fi tmiem l-istaġun, Sliema Wanderers. M'hemmx dubju li f 'din il-logħba l-Wanderers ħassew ferm in-nuqqas tal-attakkant prolifiku Niġerjan, Stanley Ohawuchi li weġġa' għalihom fl-aħħar konfront li fih kienu involuti kontra Vittoriosa Stars. Kienu l-Wanderers li fetħu l-iskor permezz tal-attakkant Niġerjan Abubakar BelloOsagie wara biss 9 minuti logħob minn penalty. Mosta ġabu d-draw fid-29 minuta permezz tal-eks plejer ta' Floriana, Tyrone Farrugia li għeleb lill-goalkeeper ta' Sliema Wanderers, Henry Bonello permezz ta' daqqa ta' ras tajba. U saħansitra rnexxielhom imorru filvantaġġ fis-36 minuta permezz tal-plejer tagħhom Gianmarco Piccioni li waħdu, avvanza tajjeb filkaxxa u għeleb lil Bonello permezz ta' xutt bid-dawra. L-istess plejer reġa' rnexxielu jsib ix-xibka għall-Mostin fil-55 minuta wara li rċieva mingħand Messias waqt li l-plejer Arġentin ta' Sliema Wanderers Matias Muchardi naqqas il-marġni tal-iskor għalihom fid-69 minuta permezz ta' xutt minn tarf il-kaxxa. Fis-77 minuta, Mosta kellhom ċans taddeheb li jagħmluhom erbgħa iżda kienu ferm sfortunati meta xutt imdawwar minn tarf il-kaxxa ta' Piccioni, li kellu logħba mill-aqwa, stampa mal-wieqfa. Kien imiss lil Sliema Wanderers li taħqarhom il-fortuna meta hekk kif fid-89 minuta xutt tal-plejer internazzjoanli u captain ta' Sliema Wanderers, Alex Muscat ħabat mal-wieqfa, biex ftit minuti wara r-referee Philip Farrugia saffar it-tisfira finali. Mosta Piccione, Messias, Martins Fernandes, Ekani, Dos Santos (Calcagno 58'), YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Farrugia (Zammit 85'), Micallef (Grech 68'), Brincat, Farrugia, Cini, Borg Sliema W. Bonello, Muscat, Mintoff, Scerri (Xuereb 83'), Bello-Osagie, GattBaldacchino, Cilia (Borg 79'), Navarra (Gueye 59'), Barbetti, Muchardi, Bianciardi Referee Philip Farrugia GIANMARCO PICCIONI Twieled fit-18 ta' Lulju 1991 fl-Italja Ingħaqad ma' Mosta matul dan l-istaġun Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Sambenedettese, Vicenza u L'Aquila qabel ingħaqad ma' Mosta Kellu logħba mill-aqwa fejn skorja doppjetta personali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 November 2013