Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 7 Żvelat aktar użu ħażin talfond għall-Kawżi Ġusti JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt WARA li l-ġimgħa l-oħra din il-gazzetta żvelat kif diversi każini għamlu użu ħażin minn donazzjonijiet tal-Good Causes Funds, ILLUM kompliet tirċievi aktar informazzjoni dwar kif dan isir. Fost oħrajn, sorsi li tkellmu magħna qalu kif xi każini japplikaw għal donazzjonijiet biex jinxtraw strumenti ġodda li jingħataw b'xejn lil aljievi tagħhom. Iżda jidher li l-instrumenti jinxtraw minn benefatturi tal-każin jew familjari, u l-każin jippreżenta l-irċevuti fiskali qisu ħariġhom minn butu. Dan biex ikun jista' jirċievi d-donazzjoni finanzjarja minn dan il-fond u jonfoq l-istess flus fuq proġetti oħra. Fost il-proġetti li ssemmew fil-ħarġa tal-ġimgħa l-oħra, kien hemm l-irħamar ta' bar u tibjid. ILLUM tista' tkompli tiżvela li kien hemm ċirkustanzi oħra fejn il-flus intefqu biex jinxtraw panelli solari, issir il-faċċata talkażin u jittellgħu sulari oħra mal-binjiet preżenti. Dawn il-każijiet ikomplu jagħmlu pressjoni fuq l-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali – li bħalissa qed jinvestiga l-użu talfond – biex ikun hemm regoli stretti ta' kif wieħed jiddefenixxi x'inhuma kawżi ġusti għas-soċjetà u liem le. Filwaqt li m'hemm l-ebda dubju dwar il-kontribut soċjali li għaqdiet bħal dawn jagħtu, fosthom fit-tagħlim tal-mużika, jinħass il-bżonn li dan il-fond ikun regolat aktar u jimxi bi prioritajiet. Il-Ministeru għall-Finanzi kien talab investigazzjoni fuq l-immaniġġjar ta' dan il-fond wara li kienu ġew allokati €3 miljuni, meta filverità fil-fond kien hemm inqas minn €200,000. Ħawwadni ħa nifhem! AKTAR kmieni din il-ġimgħa il-media Nazzjonalista ħarġet tattakka l-ħatra ta' Charles Mizzi bħala chairman ġdid tal-Kordin Grain Terminals, il-kumpanija parastatali għall-ħażna tal-qamħ. L-istess Charles Mizzi hu eks editur tal-gazzetta 'l-Orizzont', iżda l-media Nazzjonalista naqset milli ssemmi li dan kien għexieren ta' snin ilu. Ma qalitx ukoll li flaħħar snin, Charles Mizzi kien appuntat fuq il-bord editorjali tal-PBS minn gvern Nazzjonalista stess. Bord editorjali li ftit li xejn ħa deċiżjonijiet favur ilPartit Laburista u saħansitra mar il-Qorti meta anke l-Awtorità tax-Xandir bdiet DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW issib nuqqas ta' imparzjalità fil-PBS. Fl-artiklu ta' ftit kliem li deher l-Erbgħa 30 t'Ottubru, il-gazzetta 'In-Nazzjon' ma ssemmix ukoll li Mizzi kien qed jinħatar minflok ċertu Charles Demicoli, eksġakketta blu, imma mhux biss. Demicoli kien ilu chairman tal-Kordin Grain Terminal mill-1990, jiġifieri ftit inqas minn kważi kwart ta' seklu tal-istess tmexxija. Fl-2002, Demicoli kien inħatar ukoll chairman ta' dik li kienet l-Awtorità għat-Trasport, fi żmien gvern Nazzjonalista. Kariga li dam jokkupa biss għal sentejn. Ftit wara li nħatar, f 'intervista malMaltaToday Demicoli kien stqarr li hu kburi li hu attivist Nazzjonalist u ma jiddispjaċihx tal-passat. Hu f 'dan il-kuntest li l-kritika Nazzjonalista ftit li xejn tagħmel sens: trid li fil-karigi jibqgħu persuni eks-ġakketta blu li kienu ilhom 23 sena, jew li min inħatar floku mhux Nazzjonalist biżżejjed għal kriterji tagħhom? Charles Demicoli fdat min-Nazzjonalisti biss BSL Charles Mizzi fdat min-Nazzjonalisti u l-Laburisti Britannia Tours … your holiday starts here! BLACK FOREST ROMANTIC ROAD CHRISTMAS MARKETS BELGIAN Visiting Schwenningen, Dorothenhutte, Stasbourg, Triberg, Furtwangen, Titisee, Hamburg, Colmar, Uberlingen, Birnau, Petersburg, Constance, Stuttgart, Europa Theme Park Visiting Neu Ulm, Ulm, Blauberen, Fussen, Munich, Lindau, Neuschwanstein Castle, Bregenz, Augsburg, Landsberg am Lech, Nordlingen, Rothenburg ob der Touber and Dinkelsbuhl PLUS A TOUCH OF FRANCE Visiting Ostende, Bruges, Ghent, Lille, Antwerp & Brussels WHITE CHRISTMAS MAGIC 7-14 December (8/13 Dec. Public Holidays) FROM ¢539 8-14 December (8/13 Dec. Public Holidays) FROM ¢569 WINTER WONDERLAND CHRISTMAS MARKETS 8-14 December (8/13 Dec. Public Holidays) FROM ¢529 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, Services of Tour Leader and all Taxes (Terms and Conditions apply) Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

