Illum previous editions

illum 3 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 Ir-rotta talġurnalist Jerome Caruana Cilia Periklu max-xatt tal-Marina Gladjat minn John Busuttil Rebbieħ fuq i "Għax Laburist għalquli l-ventilaturi... Din id-darba l-ġurnalist kellu rotta kemxejn differenti: minn ġnien issa għadni nistenna u bla dinjità" fl-Imsida sax-xatt tal-Imsida u Ta' Xbiex. Passiġġata għall-kwiet li hi mtappna mill-ħmieġ mormi fil-baħar. ĠNIEN MILL-ISBAĦ FL-IMSIDA Bdejt ir-rotta tiegħi minn dan il-ġnien fl-Imsida. Il-ġnien li jinsab quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Imsida, biswit il-Monument tal-Ħaddiema huwa miżmum tajjeb ħafna u tassew nadif. Inħeġġeġ lill-ġenituri sabiex jieħdu lit-tfal tagħhom f'dan il-ġnien mill-isbaħ. Fil-ġnien hemm ukoll installat is-servizz ta' WiFi b'xejn. ĦMIEĠ FIL-BAĦAR L-ewwel ħaġa li tinnota meta timxi max-xatt huwa lammont kbir ta' ħmieġ li hemm fil-baħar. Tista' tara minn kollox: boroż tal-ħelu, fliexken tal-luminata, biċċiet tal-gazzetti u saħansitra bottijiet tal-kunserva. Meta ser nitgħallmu nkunu responsabbli u nibżgħu għallambjent? BRING-IN SITES MIMLIJIN Il-bring-in sites bdew jintużaw f'pajjiżna għall-ewwel darba fl-2002. It-tankijiet taż-żibel b'kuluri differenti u mmarkati b'mod ċar, għar-rimi ta' plastik, kartun, metall, injam u bċejjeċ oħra, jgħinu sabiex bi ftit ħsieb, wieħed jgħix f'ambjent aħjar. Inizjattiva importanti li iżda trid titħaddem bl-aktar mod xieraq. It-tankijiet taż-żibel huma mimlijin skart. L-awtoritajiet konċernati għandhom jieħdu l-passi meħtieġa. PERIKLU MAX-XATT Ir-ritratti juru ġebel imkisser u numru ta' ħofor. Dan kollu huwa ta' periklu għal min jiġi jimxi sax-xatt, speċjalment għat-tfal li lmaħt jilagħbu fil-madwar! VEDUTA UNIKA Waħda mill-isbaħ xeni li tista' tara f'din ir-rotta. Minjaf kemm-il darba għaddejna minn dawn l-inħawi u ftit kellna ċans ingawdu din il-veduta u nirrilassaw xi ftit. VINCE Bongailas, boxer, champion tal-Middleweight ta' Malta għal seba snin konsekuttivi u ta' 26 sena kien rebaħ il-Junior European Title. Jikteb il-mużika u l-kanzunetti u kien ħa sehem anke filEurovision Song Festival fl-1998. Għandu 49 sena, missier Liston, perit ta' 24 sena u jaħdem bħala gatekeeper mal-KMS b'paga minima ta' €750 fixxahar. Ikkumbatta kontra l-ħajja, kontra ġellieda professjonali, qala' daqqiet fuq kull parti ta' ġismu iżda l-ebda daqqa ma weġġgħetu daqs kemm qed tweġġgħu n-nuqqas ta' dinjità fixxogħol li ngħata jagħmel. Vince twieled Bormla, bin Alfred (mejjet) minn ĦażŻabbar u Tessie minn ĦalTarxien li għandha 75 sena. Iżda trabba u għex għal dawn l-aħħar 30 sena l-Kalkara. Anke jekk il-karriera tiegħu tal-boxing ħaditu ħafna drabi lil hinn minn gżiritna fejn għex l-Awstralja, l-Ingilterra, l-Italja u l-Olanda matul dawn is-snin. Kellu tfulija iebsa, nieqes minn kull lussu, kienu jgħixu fuq ix-xifer talfaqar iżda skont hu, "biċċa ħobż dejjem sibniha. Iz-zija Mary li kienet miżżewġa wieħed Amerikan sta bene ma kellhiex tfal u ħafna drabi kienet tieħu ħsiebi hi u kienet hi li mbuttatni għall-iskola." Iltqajt ma' Vince f 'biċċa kamra li fakkritni f 'xi film tal-gestapo meta kienu jieħdu lil xi ħadd f 'xi kamra fejn fiha jkun hemm siġġu, mejda mimlija taħżiż u blackboard mal-ħajt. Kien l-uffiċċju ta' Vince Bongailas fl-isports complex tal-Marsa, li meta staqsejtu x'jagħmel qalli "niftaħ il-gradi u nżomm iċ-ċwievet". U qabel bdejt nintervistah mill-ewwel ħareġ il-weġgħa li kellu f 'qalbu, "Champion ta' Malta tal-boxing għal seba' snin, Champion Ewropew, żewġ liċenzji professjonali ta' kowċ u jien mitfugħ hawn qas naf eżatt x'inhu xogħli, mormi." U din il-persuna li qatt ma beża' mid-daqqiet fuq ir-ring infaqa' jibki, "b'salarju li jieħu wieħed li ma jistax jaħdem b'diżabbilità, jiġifieri €750 fix-xahar. Ma nista' nipponta subgħajja lejn ħadd iżda żgur li xi ħadd jaf bija hawn ġew." Għamilli tazza kafè u bdejna l-intervista tagħna u tlabtu jirrakkontali għaliex mar għall-isports tal-boxing. "L-iskola kont maħqur, it-tfal kienu jeħduli l-kolazzjon u jarmuhuli u dan kollu għax kont kwiet. Għalhekk bdejt nirribella u ta' 11-il sena bdejt niġġieled fuq il-Ħawli għal 3 soldi. Kont indawwar faxxa ma' jdejja u niġġieled mingħajr ingwanti. Kien rani Kanadiż li beda jibgħatli rivisti fuq il-boxing u l-boxing għalija bidilni. Tgħallimt li l-boxing mhux qiegħed hemm biex tiġġieled fit-triq iżda hu sport ta' dixxiplina u ta' rispett lillavversarju. Tgħallimt ukoll li f 'din il-logħba aktar taqla' milli tagħti. U daqqa ta' boxer professjonali hi diffiċli li tfiq minnha għax il-boxer jaf kif għandu jagħti d-daqqa u jaf ukoll fejn jolqot biex jirbaħ". Vince Bongailas, wara seba' snin champion ta' Malta fil-middleweight, beda tiela' t-taraġ tas-suċċess f 'dan l-isport. Qaleb bħala professjonali mit-tielet klassi sal-ewwel kategorija fejn beda jiġġieled fl-Ewropa. L-Alpha sponsorjatu fl-Italja flimkien ma' 11-il boxer ieħor mill-Ewropa u beda jitħallas għal kull logħba u kellu wkoll paga diċenti. Għal seba snin sħaħ għex Flaminia Ruma, post fejn diversi sportivi professjonali jitħarrġu u jiġu ċċekkjati minn tobba differenti mhux bħal Malta li tabib wieħed jiċċekkjalek kullimkien. Innutajt li hu ġlieda boxing isejħilha logħba, "Għax dak hu sport u dik hi logħba. Huma n-nies tal-marketing li jonfħuha bħala ġlieda biex ibigħuha." Staqsejt lil Vince dwar din il-logħba (kif isejħilha hu) hawn Malta. Vince b'emozzjoni kbira weġibni, "Il-gvernijiet hawn Malta qed iweġġgħu ħafna nies talisport. Mhux vera qed jagħtu każ l-isport kif suppost. It-

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 November 2013